1.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 115/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta’ Marzu 2016
dwar il-ħatra ta’ membri tal-kumitat ta’ spetturi anzjani fuq ix-xogħol għal terminu ġdid ta’ kariga
(2016/C 115/06)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 1995 biex tistabbilixxi Kumitat ta’ Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol (95/319/KE) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Wara li kkunsidrat l-ismijiet imressqa ta’ dawk nominati mill-Istati Membri,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 95/319/KE jistipula li l-Kumitat għandu jkun jikkonsisti minn membru sħiħ minn kull Stat Membru u li jista’ jinħatar membru supplenti għal kull membru sħiħ. |
(2) |
L-Artikolu 5(2) ta’ dik id-Deċiżjoni jistipula li l-membri sħaħ u dawk supplenti tal-Kumitat għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq proposta mill-Istat Membru. |
(3) |
L-Artikolu 5(3) ta’ dik id-Deċiżjoni jistipula li t-terminu tal-kariga tal-membri tal-Kumitat għandu jkun ta’ tliet snin u li l-ħatra tagħhom għandha tkun tiġġedded. |
(4) |
Il-mandat preċedenti tal-Kumitat intemm fil-31 ta’ Diċembru 2015. |
(5) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri ta’ dan il-Kumitat abbażi tal-proposti mill-Istati Membri għal perjodu ta’ tliet snin, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
(1) Il-persuni msemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma maħtura bħala membri sħaħ u supplenti tal-Kumitat ta’ Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol għal perjodu ta’ tliet snin mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2018.
(2) Il-lista tal-membri għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal finijiet ta’ informazzjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 188, 9.8.1995, p. 11.
ANNESS
Stat Membru |
Membru sħiħ |
Membru supplenti |
Il-Belġju |
Is-Sur Paul TOUSSEYN |
Is-Sur Michel ASEGLIO |
Il-Bulgarija |
Is-Sinjura Rumyana MIHAYLOVA |
Is-Sinjura Irena DIMITROVA |
Ir-Repubblika Ċeka |
Is-Sur Rudolf HAHN |
Is-Sur Pavel HEISIG |
Id-Danimarka |
Is-Sur Peter VESTERHEDEN |
Is-Sinjura Annemarie KNUDSEN |
Il-Ġermanja |
Is-Sur Kai SCHÄFER |
Is-Sur Helmut GOTTWALD |
L-Estonja |
Is-Sinjura Maret MARIPUU |
Is-Sur Rein REISBERG |
L-Irlanda |
Is-Sur Brian HIGGISSON |
Is-Sur Martin O’HALLORAN |
Il-Greċja |
Is-Sinjura Chryssoula TOUFEKOULA |
Is-Sur Nikolaos MARAGOS |
Spanja |
Is-Sur José Ignacio SACRISTÁN ENCISO |
Is-Sinjura Graciela DE ANDRÉS NOVO |
Franza |
Is-Sur Yves CALVEZ |
Is-Sinjura Jessy PRETTO |
Il-Kroazja |
Is-Sur Miroslav BABIĆ |
Is-Sur Branko MESIĆ |
L-Italja |
Is-Sur Danilo PAPA |
Is-Sinjura Roberta FABRIZI |
Ċipru |
Is-Sur Anastassios YIANNAKI |
Is-Sur Aristodemos ECONOMIDES |
Il-Latvja |
Is-Sinjur Renārs LŪSIS |
Is-Sinjura Linda MATISĀNE |
Il-Litwanja |
Is-Sur Gintaras ČEPAS |
Is-Sinjura Dalia LEGIENE |
Il-Lussemburgu |
Is-Sur Marco BOLY |
Is-Sur Johny SCHNEIDER |
L-Ungerija |
Is-Sur Péter NESZTINGER |
Is-Sinjura Judit H. NAGY |
Malta |
Is-Sur Mark GAUCI |
Is-Sur Vincent ATTARD |
In-Netherlands |
Is-Sur J.A. VAN DEN BOS (Jan) |
Is-Sinjura M.A. ZUURBIER (Marga) |
L-Awstrija |
Is-Sinjura Gertrud BREINDL |
Is-Sur Josef KERSCHHAGL |
Il-Polonja |
Is-Sinjura Iwona HICKIEWICZ |
Is-Sur Leszek ZAJĄC |
Il-Portugall |
Is-Sur Pedro PIMENTA BRAZ |
Is-Sur Manuel Joaquim MADURO ROXO |
Ir-Rumanija |
Is-Sur Dantes Nicolae BRATU |
Is-Sinjura Larisa Otilia PAPP |
Is-Slovenja |
Is-Sinjura Nataša TRČEK |
Is-Sur Slavko KRIŠTOFELC |
Ir-Repubblika Slovakka |
Is-Sur Andrej GMITTER |
Is-Sinjura Miroslava SKIČKOVÁ |
Il-Finlandja |
Is-Sur Leo SUOMAA |
Is-Sur Raimo ANTILA |
L-Iżvezja |
Is-Sinjura Erna ZELMIN-EKENHEIM |
Is-Sur Håkan OLSSON |
Ir-Renju Unit |
Is-Sur David SNOWBALL |
Is-Sur Tim GALLOWAY |