15.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/367
tal-4 ta' Marzu 2016
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 171 u 172, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat il-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja (2) (“il-Ftehim”) li ġie ffirmat fit-22 ta' Settembru 2010. |
(2) |
Il-Ftehim ikopri kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri. |
(3) |
Skont l-Artikolu 12(4) tal-Ftehim u d-Deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu (3), il-Ftehim huwa applikat fuq bażi proviżorja mill-Unjoni, fir-rigward tal-elementi li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tagħha, u mir-Renju tan-Norveġja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu. |
(4) |
Il-Ftehim, li jrid jiġi ratifikat ukoll mill-Istati Membri, għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni fir-rigward ta' kwistjoniiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (4).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
S.A.M. DIJKSMA
(1) ĠU C 131E, 8.5.2013, p. 155.
(2) ĠU L 283, 29.10.2010, p. 12.
(3) ĠU L 283, 29.10.2010, p. 11.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.