12.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/359

tal-10 ta' Marzu 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

(2)

Fl-14 ta' Settembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1524 (2) biex b'hekk ġedded il-miżuri għal sitt xhur oħra.

(3)

Fid-dawl tal-imminar jew it-theddid kontinwu tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi estiża għal sitt xhur oħra.

(4)

Il-Kunsill irriveda d-deżinjazzjonijiet individwali. L-Anness jeħtieġ li jiġi emendat u l-entrati għal tliet persuni li huma mejta jeħtieġu li jitħassru.

(5)

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Settembru 2016.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

K.H.D.M. DIJKHOFF


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1524 tal-14 ta' Settembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 157).


ANNESS

I.

Il-persuni li ġejjin huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

PERSUNI

7.

Yuriy Gennadyevich ZHEREBTSOV

41.

Igor Dmitrievich SERGUN

133.

Pavel DREMOV

II.

L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

LISTA TA' PERSUNI

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Sergey Valeryevich AKSYONOV,

Sergei Valerievich AKSENOV (Сергей Валерьевич AKCëHOB),

Serhiy Valeriyovych AKSYONOV (Сергiй Валерiйович Аксьонов)

Data tat-Twelid: 26.11.1972.

Post tat-Twelid: Beltsy (Bălți), issa r-Repubblika tal-Moldova

Aksyonov ġie elett “Prim Ministru tal-Krimea” fil-Verkhovna Rada tal-Krimea fis-27 ta' Frar 2014 fil-preżenza ta' persuni armati favur ir-Russja. Il-“ħatra” tiegħu ġiet iddikjarata bħala li tmur kontra l-kostituzzjoni mill-aġent President Oleksandr Turchynov fl-1 ta' Marzu 2014. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur ir-“referendum” tas-16 ta' Marzu 2014 u kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“Trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014. Fid-9 ta' April 2014 huwa nħatar aġent “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” mill-President Putin. Fid-9 ta' Ottubru 2014, huwa ġie “elett” formalment bħala l-“Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Aksyonov imbagħad saħaq li l-karigi ta' “Kap” u “Prim Ministru” jiġu kkombinati.

Membru tal-Kunsill tal-Istat tar-Russja.

17.3.2014

2.

Vladimir Andreevich KONSTANTINOV (Владимир Андреевич Константинов)

Data tat-Twelid: 19.11.1956

Post tat-Twelid: Vladimirovka (magħruf ukoll bħala Vladimirovca), Reġjun ta' Slobozia, SSR tal-Moldova (issa r-Repubblika tal-Moldova) jew Bogomol, SSR tal-Moldova.

Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea, Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-Verkhovna Rada rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna u appella lill-votanti biex jivvutaw favur l-Indipendenza tal-Krimea. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014.

Mis-17 ta' Marzu 2014 l'hawn, “President” tal-“Kunsill tal-Istat” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

17.3.2014

3.

Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV (Рустам Ильмирович Темиргалиев)

Data tat-Twelid: 15.8.1976

Post tat-Twelid: Ulan-Ude, Buryat ASSR (SFSR tar-Russja)

Bħala ex Viċi Ministru tal-Krimea, Temirgaliev qeda rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Verkhovna Rada dwar ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa għamel pressjoni b'mod attiv favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

Fil-11 ta' Ġunju 2014 huwa rriżenja mill-funzjoni tiegħu bħala “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

17.3.2014

5.

Aleksei Mikhailovich CHALIY (Алексей Михайлович Чалый)

Data tat-Twelid: 13.6.1961

Post tat-Twelid: Moska jew Sevastopol

Chaliy sar “Sindku tal-Poplu ta' Sevastopol” b'nomina mill-poplu fit-23 ta' Frar 2014 u aċċetta dan il-“vot”. Huwa mexxa kampanja b'mod attiv biex Sevastopol issir entità separata tal-Federazzjoni Russa b'segwitu għal referendum tas-16 ta' Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta' Marzu 2014. Huwa kien aġent “gvernatur” ta' Sevastopol mill-1 sal-14 ta' April 2014 u kien President “elett” tal-Assemblea Leġislattiva tal-Belt ta' Sevastopol.

17.3.2014

6.

Pyotr Anatoliyovych Zima (Пётр Анатольевич Зима)

Data tat-Twelid: 29.3.1965

Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta' Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi tad-data lis-Servizz tal-Intelligence Russu (SBU). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukrajna jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta' Marzu 2014 il-formazzjoni ta' Servizz ta' Sigurtà indipendenti tal-Krimea ġiet proklamata mill-ex uffiċjali tas-SBU tal-Krimea.

17.3.2014

8.

Sergey Pavlovych TSEKOV (Сергей Павлович Цеков)

Data tat-Twelid: 29.9.1953 jew 23.9.1953 jew 28.9.1953

Post tat-Twelid: Simferopol

Bħala Viċi Speaker tar-Rada Verkhovna tal-Krimea, Tsekov beda, flimkien ma' Sergey Aksyonov, it-tneħħija illegali tal-gvern tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (ARC). Huwa involva lil Vladimir Konstantinov f'dan it-tentattiv, waqt li heddu bit-tkeċċija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja.

Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

17.3.2014

9.

Ozerov, Viktor Alekseevich (Виктор Алексеевич Озеров)

Data tat-Twelid: 5.1.1958

Post tat-Twelid: Abakan, Khakassia

President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Ozerov, f'isem il-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

11.

Klishas, Andrei Aleksandrovich (Андрей Александрович Клишас)

Data tat-Twelid: 9.11.1972

Post tat-Twelid: Sverdlovsk

President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. F'dikjarazzjonijiet pubbliċi Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukrajna billi ddikjara li “l-President tal-Ukrajna jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta' assistenza komprensiva għad-difiża taċ-ċittadini tal-Krimea”.

17.3.2014

14.

TOTOONOV, Aleksandr Borisovich (Александр Борисович Тотоонов)

Data tat-Twelid: 3.4.1957

Post tat-Twelid: Ordzhonikidze, fit-Tramuntana ta' Ossetia

Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta' Marzu 2014, Totoonov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

15.

PANTELEEV, Oleg Evgenevich (Олег Евгеньевич Пантелеев)

Data tat-Twelid: 21.7.1952

Post tat-Twelid: Zhitnikovskoe, reġjun ta' Kurgan

L-ex l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet Parlamentari tal-Kunsill Federali.

Fl-1 ta' Marzu 2014, Panteleev appoġġa pubblikament,fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

Attwalment l-Ewwel Viċi Gvernatur ta' Kurgan Oblast u l-Kap tad-delegazzjoni tal-Gvern ta' Kurgan Oblast għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

17.3.2014

19.

VITKO, Aleksandr Viktorovich (Александр Викторович Витко)

Data tat-Twelid: 13.9.1961

Post tat-Twelid: Vitebsk (SSR tal-Belarussja)

Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

17.3.2014

33.

Elena Borisovna MIZULINA (imwielda DMITRIYEVA) (Елена Борисовна Мизулина (imwielda Дмитриева)

Data tat-Twelid: 9.12.1954

Post tat-Twelid: Bui, reġjun ta' Kostroma

L-ex Deputat fid-Duma tal-Istat. Oriġinatur u kosponsor ta' proposti leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta' pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

Minn Settembru 2015 'l hawn, Membru tal-Kunsill Federali mir-reġjun Omsk.

21.3.2014

36.

Oleg Genrikhovich SAVELYEV (Олег Генрихович Савельев)

Data tat-Twelid: 27.10.1965

Post tat-Twelid: Leningrad

L-ex Ministru għall-Affarijiet Krimeani. Responsabbli mill-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

Attwalment Viċi Kap tal-Persunal tal-Gvern Russu, responsabbli mill-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Kummissjoni Governattiva dwar l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

29.4.2014

45.

Andriy Yevgenovych PURGIN (Андрiй Eвгенович Пургiн),

Andrei Evgenevich PURGIN (Андрей Евгеньевич Пургин)

Data tat-Twelid: 26.1.1972

Post tat-Twelid: Donetsk

Parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

29.4.2014

46.

Denys Volodymyrovych PUSHYLIN (Денис Володимирович Пушилiн),

Denis Vladimirovich PUSHILIN (Денис Владимирович Пушилин)

Data tat-Twelid: 9.5.1981 jew 9.5.1982

Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta' Donetsk)

Wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali. Kelliem attiv għas-separatisti. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien l-hekk imsejjaħ Viċi President tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Sal-4 ta' Settembru 2015 kien “President” tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

29.4.2014

47.

TSYPLAKOV Sergey Gennadevich (Цыплаков Сергей Геннадьевич)

Data tat-Twelid: 1.5.1983

Post tat-twelid: Khartsyzsk, Oblast ta' Donetsk

Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja tal-Poplu ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk.

29.4.2014

48.

Igor Vsevolodovich GIRKIN (Игорь Всеволодович Гиркин) (magħruf ukoll bħala Igor STRELKOV Ihor STRIELKOV)

Data tat-Twelid: 17.12.1970

Post tat-Twelid: Moska

Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Kap tal-moviment pubbliku “Novorossia”. Il-“Ministru tad-Difiża” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

29.4.2014

53.

Oleg Grigorievich KOZYURA (Олег Григорьевич Козюра)

Data tat-Twelid: 19.12.1962

Post tat-Twelid: Zaporozhye

Il-Kap ta' qabel tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passaporti Russi għar-residenti ta' Sevastopol.

Bħalissa assistent tad-Deputat tal-Kunsill Muniċipali ta' Sevastopol, Mikhail Chaluy.

12.5.2014

54.

Viacheslav PONOMARIOV, Vyacheslav Volodymyrovich PONOMARYOV (В'ячеслав Володимирович Пономарьов), Viacheslav Vladimirovich PONOMAREV (Вячеслав Владимирович Пономарëв)

Data tat-Twelid: 2.5.1965

Post tat-Twelid: Sloviansk (oblast ta' Donetsk)

“Sindku tal-Poplu” awtodikjarat ta' qabel ta' Slaviansk (sal-10 ta' Ġunju 2014). Ponomariov appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomariov huma involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu lil Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn inħelsu; huma żammew maqbuda osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE). Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

12.5.2014

57.

Oleg TSARIOV, Oleh Anatoliyovych TSAROV (Олег Анатолтович Царьов), Oleg Anatolevich TSAREV (Олег Анатольевич Цаpëв)

Data tat-Twelid: 2.6.1970

Post tat-Twelid: Dnepropetrovsk

Qabel kien Membru tar-Rada, bħala tali appella pubblikament għall-ħolqien tal-hekk imsejħa “Repubblika Federali tan-Novorossiya”, magħmula mir-reġjuni Ukreni tax-Xlokk. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika separatisti. Qabel kien “Speaker” tal-hekk imsejjaħ “Parlament tal-Unjoni tar-Repubbliki tal-Poplu” (“Parlament ta' Novorossiya”).

12.5.2014

62.

Aleksandr Yurevich BORODAI (Александр Юрьевич Бородай)

Data tat-Twelid: 25.7.1972

Post tat-Twelid: Moska

Qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk” (eż. fit-8 ta' Lulju 2014 iddikjara li 'l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-“faxxisti” Ukreni), firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politika sepatatista; imexxi l-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

12.7.2014

64.

Alexandr Aleksandrovich KALYUSSKY, (Александр Александрович Калюсский)

Data tat-Twelid: 9.10.1975

Qabel kien l-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru de facto għall-Affarijiet Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.7.2014

65.

Alexander KHRYAKOV, Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV (Александр Витальевич Хряков), Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV (Олександр ВiTалiйович Хряков)

Data tat-Twelid: 6.11.1958

Post tat-Twelid: Donetsk

Qabel kien hekk imsejjaħ “Ministru tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.7.2014

71.

Nikolay KOZITSYN (Николай Козицын)

Data tat-Twelid: 20.6.1956 jew 6.10.1956

Post tat-Twelid: Djerzjinsk, reġjun ta' Donetsk

Kmandant tal-forzi Kosakki.

Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

12.7.2014

81.

Alexander Nikolayevich TKACHYOV (Александр Николаевич Ткачëв)

Data tat-Twelid: 23.12.1960

Post tat-Twelid: Vyselki, reġjun ta' Krasnodar

L-ex Gvernatur tal-Krasnodar Krai.

Ingħata l-medalja “għal-ħelsien tal-Krimea” mill-Aġent kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. F'dik l-okkażjoni, l-Aġent Kap tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea qal li Tkachyov kien minn tal-ewwel li esprimew l-appoġġ tagħhom għat-“tmexxija” l-ġdida tal-Krimea.

Bħalissa l-Ministru tal-Agrikoltura tal-Federazzjoni Russa (mit-22 ta' April 2015 'l hawn).

25.7.2014

83.

Ekaterina Iurievna GUBAREVA (Екатерина Юрьевна Губарева),

Katerina Yuriyovna GUBARIEVA (Катерина Юрiйовнa Губарева)

Data tat-Twelid: 5.7.1983 jew 10.3.1983

Post tat-Twelid: Kakhovka (oblast ta' Kherson)

Fil-kapaċità tagħha bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Affarijiet Barranin” ta' qabel hija kienet responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, il-kont tal-bank tagħha jintuża biex jiffinanzja gruppi separatisti illegali. Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità għalhekk hija appoġġat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti.

Membru tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk ismejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

25.7.2014

98.

Miroslav Vladimirovich RUDENKO (Мирослав Владимирович Руденко)

Data tat-Twelid: 21.1.1983

Post tat-Twelid: Debalcevo

Assoċjat mal-“Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”. Fost affarijiet oħra, huwa stqarr li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. L-hekk imsejjaħ “Deputat tal-Poplu” (membru) tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

12.9.2014

99.

Gennadiy Nikolaiovych TSYPKALOV,

Gennadii Nikolaevich TSYPKALOV (Геннадий Николаевич Цыпкалов)

Data tat-Twelid: 21.6.1973

Post tat-Twelid: Oblast ta' Rostov (Russja)

Ħa post Marat Bashirov bħala l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Qabel kien attiv fil-milizzja tal-“Armata tax-Xlokk”. Tsypkalov b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

100.

Andrey Yurevich PINCHUK (Андрей Юрьевич Пинчук)

Data possibbli tat-twelid: 27.12.1977

Il-“Ministru tas-Sigurtà Statali” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. “Direttur eżekuttiv” tal-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

12.9.2014

102.

Andrei Nikolaevich RODKIN (Андрей Николаевич Родкин)

Data tat-Twelid: 23.9.1976

Post tat-Twelid: Moska

Rappreżentant f'Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru tagħhom ta' sistemi ta' armi mill-forzi armati Ukreni. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Wieħed mill-mexxejja tal-“Unjoni ta' voluntieri ta' Donbas”.

12.9.2014

105.

Mikhail Sergeyevich SHEREMET (Михаил Сергеевич Шеремет)

Data tat-Twelid 23.5.1971

Post tat-Twelid: Dzhankoy

L-hekk imsejjaħ “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-Krimea. Sheremet qeda rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-referendum tas-16 ta' Marzu fil-Krimea dwar l-unifikazzjoni mar-Russja. Fi żmien ir-referendum, intqal li Sheremet ikkmanda lill-“forzi ta' awtodifiża” favur Moska fil-Krimea. Huwa b'hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

116.

Svetlana Sergeevna ZHUROVA (Светлана Сергеевна Журова)

Data tat-Twelid 7.1.1972

Post tat-Twelid: Pavlov-on-the-Neva

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014 ivvotat favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

120.

Serhiy KOZYAKOV (magħruf ukoll bħala Sergey Kozyakov) (Сергей Козьяков)

Data tat-Twelid: 29.9.1982

Fil-kapaċità li kellu qabel bħala l-“Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta' Luhansk” kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. F'Ottubru 2015 inħatar bħala l-“Ministru tal-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, u billi organizza l-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

121.

Oleg Konstantinovich AKIMOV (magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV) (Олег Константинович Акимов)

Data tat-Twelid: 15.9.1981

Post tat-Twelid: Lugansk

Deputat tal-“Unjoni Ekonomika ta' Lugansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Sa mill-2014 'l hawn huwa “Kap” tal-hekk imsejħa “Federazzjoni tal-Għaqdiet tal-Ħaddiema” tar-“Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant hija appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

126.

Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV,

Dmitrii Aleksandrovich SEMENOV (Дмитрий Александрович Семенов)

Data tat-Twelid: 3.2.1963

Post tat-Twelid: Moska

Il-“Viċi Prim Ministru tal-Finanzi” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

127.

Oleg BUGROV (Олег Бугров)

Data tat-Twelid: 29.8.1969

Il-“Ministru tad-Difiża” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

134.

Alexey Yurevich MILCHAKOV magħruf ukoll bħala Fritz, Serbian (Алексей Юрьевич МИЛЬЧАКОВ)

Data tat-Twelid: 30.4. 1991 jew 30.1.1991

Post tat-Twelid: San Pietruburgu

Kmandant tal-unità “Rusich”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

135.

Arseny Sergeevich PAVLOV (magħruf ukoll bħala Motorola)

(Apcé Hий Сергеевич ПÁВЛОВ) (magħruf ukoll bħala Моторoла)

Data tat-Twelid: 2.2.1983

Post tat-Twelid: Ukhta, Komi

Kmandant tal-“Brigata Sparta”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

F'din il-kapaċità, huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

137.

Eduard Aleksandrovich BASURIN (Эдуард Александрович Басурин)

Data tat-Twelid: 27.6.1966 jew 21.6.1966

Post tat-Twelid: Donetsk

L-hekk imsejjaħ “Viċi Kmandant” tal-Ministeru tad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

138.

Alexandr Vasilievich SHUBIN (Александр Васильевич ШУБИН)

Data tat-Twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972

Post tat-Twelid: Luhansk

L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” ta' qabel, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” illegali. President tal-“kummissjoni elettorali ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk” minn Ottubru 2015 'l hawn.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-pajjiż.

16.2.2015

140.

Sergey Yurevich IGNATOV (Сергей Юрьевич ИГНАТОВ) magħruf ukoll bħala KUZOVLEV

 

L-hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk.”

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-pajjiż.

16.2.2015

141.

Ekaterina FILIPPOVA (Екатерина Владимировна ФИЛИППОВА)

Data tat-Twelid: 20.11.1988

Post tat-Twelid: Krasnoarmëisk

L-hekk imsejħa “Ministru tal-Ġustizzja” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

143.

Evgeny Vladimirovich MANUILOV (Евгений Владимирович Мануйлов)

Data tat-Twelid: 5.1.1967

L-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Dħul u t-Taxxi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Lugansk”.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, għaldaqstant huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

145.

Olga BESEDINA (Ольга Игорева БЕСЕДИНА)

Data tat-Twelid: 10.12.1976

L-hekk imsejħa “Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” ta' qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk”.

Billi assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzat aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

148.

Arkady Viktorovich BAKHIN (Аркадий Викторович Бахин)

Data tat-Twelid: 8.5.1956

Post tat-Twelid: Kaunas, Litwanja

L-Ewwel Viċi Ministru tad-Difiża ta' qabel (sas-17 ta' Novembru 2015) u, f'dik il-kapaċità, kien involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.2.2015

149.

Andrei Valeryevich KARTAPOLOV (Андрей Валерьевич Картaпoлoв)

Data tat-Twelid: 9.11.1963

Post tat-Twelid: GDR (DDR)

Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent sa mill-10 ta' Novembru 2015. Id-Direttur ta' qabel tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u l-viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Involut b'mod attiv fit-tiswir u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.2.2015

LISTA TA' ENTITAJIET

 

Isem

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Chernomorneftegaz” (qabel magħrufa bħala PJSC Chernomorneftegaz)

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li tal-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-29 ta' Novembru 2014 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Chernomorneftegaz” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ “ЧЕРНОМОРНЕФТЕГАЗ”). Fundatur: Il-Ministeru tal-Fjuwil u l-Enerġija tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО ТОПЛИВА И ЭНЕРГЕТИКИ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

12.5.2014

2.

Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Port Feodosia” (qabel magħrufa bħala Feodosia)

Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi tal-intrapriża Feodosia f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid bħala l-kumpanija b'responsabbiltà limitata “Port Feodosia” (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “ПОРТ ФЕОДОСИЯ”) fid-9 ta' Frar 2015. Fundatur: Yuri Garyevich Rovinskiy (Юрий Гарьевич Ровинский).

12.5.2014

10.

L-hekk imsejħa “Milizzja tal-Poplu ta' Donbass”“Нарoдное oпoлчéние Дoнбáсса”

Grupp separatista illegali armat responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Fost l-oħrajn, il-grupp militanti ħa l-kontroll ta' diversi binjiet tal-gvern fl-Ukrajna tal-Lvant kmieni f'April 2014, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

Il-mexxej tiegħu ta' qabel, is-Sur Pavel Gubarev, huwa responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f'Donetsk b'forzi favur ir-Russi u talli ddikjara lilu nnifsu l-“gvernatur tal-poplu”.

25.7.2014

13.

Intrapriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol, “Port tal-Baħar ta' Sevastopol” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” Государственное предприятие “Севастопольский морской торговый порт” Gosudarstvenoye predpriyatiye Sevastopolski morskoy torgovy port)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fis-17 ta' Marzu 2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta r-riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpaniji li jappartjenu lill-ministeri Ukreni tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-intrapriża statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Sevastopol” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fis-6 ta' Ġunju 2014 bħala Impriża Unitarja Statali tal-Belt ta' Sevastopol, “Port tal-baħar ta' Sevastopol” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ ГОРОДА СЕВАСТОПОЛЯ “СЕВАСТОПОЛЬСКИЙ МОРСКОЙ ПОРТ”). Fundatur: Il-Gvern ta' Sevastopol (Правительство Севастополя).

25.7.2014

14.

Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Port tal-baħar ta' Kerch”/“Kamysh-Burun” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali “Port tal-baħar kummerċjali ta' Kerch” Государственное предприятие “Керченский морской торговый порт” Gosudarstvenoye predpriyatiye Kerchenski morskoy torgovy port)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni Nru 1757-6/14 fis-17 ta' Marzu 2014“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni ta' xi kumpanniji li jappartjenu lill-ministeri Ukreni tal-infrastruttura jew l-agrikoltura” u riżoluzzjoni Nru 1865-6/14 fis-26 ta' Marzu 2014“Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat ‘Portijiet tal-Baħar tal-Krimea’” ('О Государственном предприятии “Крьмские морские порть”) li tiddikjara l-approprjazzjoni ta' assi tal-intrapriża statali “Port tal-Baħar Kummerċjali ta' Kerch” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. F'termini ta' volum ta' kummerċ, huwa t-tieni l-akbar port tal-baħar kummerċjali fil-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta' Diċembru 2014 bħala l-Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Port tal-Baħar ta' Kerch”“Kamysh-Burun” (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “КЕРЧЕНСКИЙ МОРСКОЙ ПОРТ ‘КАМЫШ-БУРУН’”). Fundaturi: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Vostok-Capital”, irreġistrata f'Donetsk, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “ВОСТОК КЭПИТАЛ”); Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Vostok”, irreġistrata f'Donetsk, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “ВОСТОК”); Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Altcom Invest-Stroi”, irreġistrata f'Donetsk, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “АЛЬТКОМ ИНВЕСТ-СТРОЙ”) u l-Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata “Altcom-Beton”, irreġistrata f'Borispol, l-Ukrajna (ОБЩЕСТВО С ОГРАНИЧЕННОЙ ОТВЕТСТВЕННОСТЬЮ “АЛЬТКОМ-БЕТОН”).

25.7.2014

15.

Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Universal-Avia” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali Universal -Avia Государственное предприятие “Универсал-Авиа” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Universal-Avia”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fl-24 ta' Marzu 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar l-Intrapriża ta' Sjieda tal-Istat ‘Gosudarstvenoye predpriyatiye Universal-Avia’ ('О Государственном предприятии ‘Универсал-Авиа’)” Nru 1794-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi tal-intrapriża statali “Universal-Avia” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea “Universal-Avia” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ “УНИВЕРСАЛ-АВИА”). Fundatur: Il-Ministeru tat-Trasport tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО ТРАНСПОРТА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

25.7.2014

16.

Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (qabel magħrufa bħala ċ-Ċentru “Nizhnyaya Oreanda” Санаторий “Нижняя Ореанда”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fil-21 ta' Marzu 2014 l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta' Assoċjazzjoni ta' sanatorji u ċentri” Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu liċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta' Ottubru 2014 bħala Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ “САНАТОРИЙ ‘НИЖНЯЯ ОРЕАНДА’УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ”). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ).

25.7.2014

18.

Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni ‘Massandra’” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (qabel magħrufa bħala l-entità Statali l-“Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” Национальное производственно-аграрное объединение “Массандра” Nacionalnoye proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye “Massandra”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14“Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta' produtturi ‘Massandra’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fl-1 ta' Awwissu 2014 bħala l-Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni ‘Massandra’” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ “ПРОИЗВОДСТВЕННО-АГРАРНОЕ ОБЪЕДИНЕНИЕ ‘МАССАНДРА’УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ)”. Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ).

25.7.2014

19.

Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” (qabel magħrufa bħala l-“intrapriża Statali Magarach tal-istitut nazzjonali tal-inbid” Государственное предприятие Агрофирма “Магарач” Национального института винограда и вина “Магарач” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Agrofirma Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali “Gosudarstvenoye predpriyatiye ‘Agrofirma Magarach’ nacionalnogo instituta vinograda i vina ‘Magarach’” f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ “НАЦИОНАЛЬНЫЙ НАУЧНО-ИССЛЕДОВАТЕЛЬСКИЙ ИНСТИТУТ ВИНОГРАДА И ВИНА ‘МАГАРАЧ’”). Fundatur: Il-Ministeru tal-Biedja tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО СЕЛЬСКОГО ХОЗЯЙСТВА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

25.7.2014

20.

Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Fabbrika tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’” (qabel magħrufa bħala l-intrapriża Statali l-“Fabbrika tal-inbid effervexxenti Novy Svet” Государственное предприятиеЗавод шампанских вин “Новый свет” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Zavod shampanskykh vin Novy Svet”)

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta' April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta' Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agro-industrijali, li jinsab fit-territorju tar-‘Repubblika tal-Krimea’ li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu lill-entità statali ‘Zavod shampanskykh vin Novy Svet’ f'isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’”. L-intrapriża hija b'hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fl-4 ta' Jannar 2015 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-Repubblika tal-Krimea l-“Fabbrika tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’” (ГОСУДАРСТВЕННОЕ УНИТАРНОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ РЕСПУБЛИКИ КРЫМ “ЗАВОД ШАМПАНСКИХ ВИН НОВЫЙ СВЕТ”). Fundatur: Il-Ministeru tal-Biedja tar-Repubblika tal-Krimea (МИНИСТЕРСТВО СЕЛЬСКОГО ХОЗЯЙСТВА РЕСПУБЛИКИ КРЫМ).

25.7.2014

23.

RUSSIAN NATIONAL COMMERCIAL BANK

РОССИЙСКИЙ НАЦИОНАЛЬНЫЙ КОММЕРЧЕСКИЙ БАНК

Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, ir-Russian National Commercial Bank (RNCB) sar proprjetà totali tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Sar attur dominanti fis-suq, meta qabel l-annessjoni ma kellu l-ebda preżenza fil-Krimea. Billi xtara jew ħa pussess ta' fergħat ta' banek li rtiraw l-operazzjonijiet tagħhom fil-Krimea, l-RNCB appoġġa materjalment u finanzjarjament l-azzjonijiet tal-gvern Russu biex jintegra l-Krimea fil-Federazzjoni Russa, u b'hekk dgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

30.7.2014