19.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 105/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Marzu 2016
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016
(2016/C 105/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
1. |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016 kien adottat definittivament fil-25 ta’ Novembru 2015 (2), |
2. |
fl-10 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2016, |
3. |
minħabba l-fatt li l-ABE Nru 1 tal-baġit ġenerali 2016 jinħtieġ li jiġi adottat mingħajr dewmien sabiex ikun jista’ jkopri l-ħtiġijiet immedjati u urġenti ta’ finanzjament li jirriżultaw mill-influss bil-massa ta’ refuġjati u migranti fl-Unjoni, huwa ġġustifikat li jitqassar, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill, il-perijodu ta’ tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali stipulat fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 ġiet adottata fis-16 ta’ Marzu 2016.
Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.