5.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60/76 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/318
tal-4 ta' Marzu 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (1). |
(2) |
Fil-5 ta' Marzu 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/364 (2), li stipulat li l-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK għandhom japplikaw sas-6 ta' Marzu 2016 fir-rigward ta' erbatax-il persuna u sas-6 ta' Ġunju 2015 fir-rigward ta' erba' persuni. |
(3) |
Fil-5 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/876 (3), li fost l-oħrajn stipulat li, fir-rigward ta' żewġ persuni minn dawk l-erbgħa, l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi għandha tiġi estiża sas-6 ta' Marzu 2016, u għal persuna minnhom sas-6 ta' Ottubru 2015. Fil-5 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1781 (4), li stipulat fir-rigward ta' dik il-persuna li l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi għandha tiġi estiża sas-6 ta' Marzu 2016. |
(4) |
Il-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/119/CFSP japplikaw sas-6 ta' Marzu 2016 fir-rigward tal-persuni kollha. Fuq il-bażi ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni, l-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri restrittivi għandha tiġi estiża sas-6 ta' Marzu 2017 fir-rigward ta' 16-il persuna, l-entrata rigward persuna waħda għandha titħassar u d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet li jirrigwardaw tliet persuni għandhom jiġu aġġornati. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta' Marzu 2017.”; |
(2) |
l-Anness huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
S.A.M. DIJKSMA
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 tal-5 ta' Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 62, 6.3.2015, p. 25).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/876 tal-5 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 142, 6.6.2015, p. 30).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1781 tal-5 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 259, 6.10.2015, p. 23).
ANNESS
I. |
L-entrata rigward il-persuna li ġejja titħassar mill-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK:
|
II. |
L-entrati rigward il-persuni li ġejjin li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/119/PESK huma sostitwiti b'dan li ġej:
|