27.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/280
tal-25 ta' Frar 2016
li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1). |
(2) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, il-miżuri restrittivi kontra l-Belarussja għandhom jiġu estiżi sat-28 ta' Frar 2017. |
(3) |
L-applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi għandha tinżamm fir-rigward ta' erba' persuni elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
fid-Deċiżjoni kollha, it-terminu “Anness I” huwa sostitwit bit-terminu “Anness”; |
(2) |
fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta emendi għal-lista li tinsab fl-Anness skont kif ikun meħtieġ mill-iżviluppi politiċi fil-Bjelorussja.”; |
(3) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta' Frar 2017. 2. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”; |
(4) |
l-Anness I huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni; |
(5) |
l-Anness II huwa mħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
K.H.D.M. DIJKHOFF
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).
ANNESS
“ANNESS
Persuni msemmijin fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 4(1)
|
Ismijiet Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni ta' ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
||||
1. |
Navumau, Uladzimir Uladzimiravich Naumov, Vladimir Vladimirovich |
НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч |
НАУМОВ, Владимир Владимирович |
Data tat-twelid: 7.2.1956, Post tat-twelid: Smolensk (Russja) |
Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Eks Ministru tal-Intern u wkoll eks-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa. Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. F'Ottubru 2014 ingħata l-Ordni ‘Għall-Mertu’ grad III mill-President Lukashenka. |
||||
2. |
Paulichenka, Dzmitry Valerievich Pavlichenko, Dmitri Valerievich (Pavlichenko, Dmitriy Valeriyevich) |
ПАЎЛIЧЭНКА, Дзмiтрый Валер'евiч |
ПАВЛИЧЕНКО, Дмитрий Валериевич |
Data tat-twelid: 1966 Post tat-Twelid: Vitebsk
|
Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Kien Kap tal-Grupp ta' Reazzjoni Speċjali fil-Ministeru tal-Intern (SOBR). Negozjant, Kap tal-‘Unur’, l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-veterani minn forzi speċjali tal-Ministeru tal-Intern. |
||||
3. |
Sheiman, Viktar Uladzimiravich (Sheyman, Viktar Uladzimiravich) Sheiman, Viktor Vladimirovich (Sheyman, Viktor Vladimirovich) |
ШЭЙМАН, Biктap Уладзiмiравiч |
ШЕЙМАН, Виктор Владимирович |
Data tat-twelid: 26.5.1958, Post tat-Twelid: Hrodna region Indirizz:
|
Kap tad-Dipartiment ta' Ġestjoni tal-Amministrazzjoni tal-President. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President. |
||||
4. |
Sivakau, Iury Leanidavich (Sivakau, Yury Leanidavich) Sivakov, Iury (Yurij, Yuri) Leonidovich |
СIВАКАЎ, Юрый Леанiдавiч |
СИВАКОВ, Юрий Леонидович |
Data tat-twelid: 5.8.1946 Post tat-Twelid: Onory, Reġjun ta' Sakhalin Indirizz:
|
Organizza l-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Eks-Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, eks-Ministru għall-Intern u eks-Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali.” |