17.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/220

tal-15 ta' Frar 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK (1).

(2)

Il-Kunsill għamel rieżami tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, filwaqt li qies l-iżviluppi politiċi fiż-Żimbabwe.

(3)

Il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sal-20 ta' Frar 2017.

(4)

Il-miżuri restrittivi għandhom jinżammu għal seba' persuni u entità waħda mniżżlin fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK. Is-sospensjoni tal-miżuri restrittivi għandha tiġġedded għall-ħames persuni elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK.

(5)

Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta' Frar 2017.

3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1) u (2), safejn japplikaw għal persuni elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu sospiżi sal-20 ta' Frar 2017.

Is-sospensjoni għandha tiġi riveduta kull tliet xhur.

4.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-għanijiet tagħha ma ntlaħqux.”.

(2)

L-Anness I huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

(3)

L-Anness II huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


ANNESS I

“ANNESS I

PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLI 4 U 5

I.   Persuni

 

Isem (u kwalunkwe psewdonimu)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

1.

Mugabe, Robert Gabriel

President, imwieled fil-21.2.1924

Passaport AD001095

Kap tal-Gvern u responsabbli għal attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

2.

Mugabe, Grace

Imwielda fit-23.7.1965

Passaport AD001159

ID 63-646650Q70

Assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF (Zimbabwe African National Union — Patriotic Front). Ħadet taħt idejha l-Iron Mask Estate fl-2002; allegata li tikseb profitti kbar mit-tħaffir għad-djamanti.

3.

Bonyongwe, Happyton Mabhuya

Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti, imwieled fis-6.11.1960

Passaport: AD002214

ID: 63-374707A13

Membru anzjan tas-sigurtà assoċjat mill-qrib mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew it-tmexxija tal-politika ripressiva tal-istat. Akkużat li huwa responsabbli għall-ħtif, it-tortura u l-qtil ta' attivisti tal-MDC f'Ġunju 2008.

4.

Chihuri, Augustine

Kummissarju tal-Pulizija, imwieled fl-10.3.1953

Passaport AD000206

ID 68-034196M68

Uffiċjal anzjan tal-pulizija u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt, assoċjat mill-qrib mal-politiki ripressivi taż-ZANU-PF. Stqarr pubblikament li jappoġġa liż-ZANU-PF f'kontravenzjoni tal-Att tal-Pulizija. F'Ġunju 2009 ordna lill-pulizija biex iwaqqgħu l-każijiet kollha relatati mal-omiċidji li twettqu fiż-żmien ta' qabel l-elezzjoni Presidenzjali ta' Ġunju 2008.

5.

Chiwenga, Constantine

Kmandant tal-Forzi ta' Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral (ex-Kmandant tal-Armata, Logutenent Ġeneral), imwieled fil-25.8.1956

Passaport AD000263

ID 63-327568M80

Membru tal-Kmand Operattiv Konġunt u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Uża l-armata għall-akkwisti ta' azjendi agrikoli. Matul l-elezzjonijiet tal-2008 kien arkitett prinċipali tal-vjolenza assoċjata mal-proċess tal-ballottaġġ Presidenzjali.

6.

Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema

Marixxall tal-Ajru (Forza tal-Ajru), imwieled fl-1.11.1955

ID 29-098876M18

Uffiċjal militari anzjan u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat. Involut fi vjolenza politika, inkluż matul l-elezzjoni tal-2008 f'Mashonaland West u f'Chiadzwa.

7.

Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)

Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Logutenent Ġeneral, imwieled fil-25.8.1956 jew l-24.12.1954

ID 63-357671H26

Membru anzjan tal-armata b'rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat.

II.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

1.

Zimbabwe Defence Industries

10th floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Ħarare, Żimbabwe.

Assoċjata mal-Ministeru tad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF”.


ANNESS II

“ANNESS II

PERSUNI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 10(3)

Persuni

Isem (u kwalunkwe psewdonimu)

1.

Bonyongwe, Happyton Mabhuya

2.

Chihuri, Augustine

3.

Chiwenga, Constantine

4.

Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema

5.

Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)”.