|
9.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 32/153 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/168
tal-5 ta' Frar 2016
li temenda l-Annessi għad-Deċiżjoni 2003/467/KE li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini
(notifikata bid-dokument C(2016) 602)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari il-paragrafu 4 tal-Anness A.I, il-paragrafu 7 tal-Anness A.II u l-paragrafu E flimkien mal-paragrafu G tal-Anness D.I tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ ta' annimali bovini fl-Unjoni. Hija tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom reġjun fi Stat Membru jista' jiġi ddikjarat ħieles mit-tuberkulożi, ħieles mill-bruċellożi jew ħieles mil-lewkożi bovina enzootika rigward annimali bovini u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom il-kwalifika ta' Stat Membru uffiċjalment ħieles mill-mard tiġi sospiża. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (2) tipprovdi li r-reġjuni tal-Istati Membri mniżżla fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tagħha jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi rigward annimali bovini. |
|
(3) |
L-Italja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità għal diversi reġjuni mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' status uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi rigward annimali bovini. Dawk ir-reġjuni huma l-Provinċji ta' Genova, Imperia, La Spezia u Savona tar-Reġjun tal-Liguria, il-Provinċji ta' Alessandria, Cuneo u Turin tar-Reġjun tal-Piemonte and l-Provinċji ta' Pesaro-Urbino u Ancona tar-Reġjun tal-Marche. |
|
(4) |
Il-Provinċji ta' Asti, Biella, Novara, Verbania u Vercelli tar-Reġjun tal-Piemonte huma diġà elenkati fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi. Għaldaqstant, ir-Reġjun kollu tal-Liguria, il-Provinċji ta' Pesaro-Urbino u Ancona tar-Reġjun tal-Marche u r-Reġjun kollu tal-Piemonte għandhom jiġu elenkati f'dak il-Kapitolu bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi rigward annimali bovini. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 706/73 (3) jistipula li għall-għan tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-leġiżlazzjoni tas-saħħa tal-annimali, ir-Renju Unit u l-Isle of Man għandhom jiġu ttrattati bħala Stat Membru uniku. |
|
(6) |
Ir-Renju Unit ressaq dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Isle of Man mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fir-rigward tal-annimali bovini. Għadaqstant, l-Isle of Man għandu jiġi elenkat fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi fir-rigward tal-annimali bovini. |
|
(7) |
Il-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma ddikjarati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-annimali bovini. |
|
(8) |
Ir-Renju Unit ressaq dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-Komunità Awtonoma ta' Navarra mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-kwalifika ta' uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-annimali bovini. Għadaqstant, dak ir-reġjun għandu jiġi elenkat fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala reġjun uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-annimali bovini. |
|
(9) |
Il-Kapitoli 1 u 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jelenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma ddikjarati uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enzootika fir-rigward tal-annimali bovini. Franza hija elenkata fil-Kapitolu 1 ta' dak l-Anness bħala Stat Membru ħieles mil-lewkożi bovina enzootika. |
|
(10) |
Franza ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tinnotifika n-nuqqas ta' konformità ta' La Réunion mar-rekwiżiti għaż-żamma tal-kwalifika ta' status ħielsa mil-lewkożi bovina enzootika kif previst fid-Direttiva 64/432/KEE. Il-kwalifika ħielsa mil-lewkożi bovina enzootika tal-La Réunion għandu għalhekk jiġi sospiż. Għaldaqstant, Franza ma għandhiex tibqa' enlenkata fil-Kapitolu 1 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mil-lewkożi bovina enzootika, iżda minflok ir-reġjuni ta' dak l-Istat Membru li huma ħielsa minn dik il-marda għandhom jiġu elenkati fil-Kapitolu 2 ta' dak l-Anness. |
|
(11) |
Għalhekk l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE jiġu emendati skont dan. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati b'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).
(3) Ir-Regolament (KEE) Nru 706/73 tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 1973 li jikkonċerna l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għall-Channel Islands u l-Isle of Man għal kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 68, 15.3.1973, p. 1).
ANNESS
L-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, il-Kapitolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness II, il-Kapitolu 2, l-entrata għal Spanja tinbidel b'dan li ġej: “Fi Spanja:
|
|
(3) |
Fl-Anness III, il-Kapitolu 1 jinbidel b'dan li ġej: “KAPITOLU 1 Stati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina
|
|
(4) |
Fl-Anness III, il-Kapitolu 2, l-entrata li ġejja għal Franza tiddaħħal qabel l-entrata għall-Italja: “Fi Franza:
|