6.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/51


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/159

tal-4 ta' Frar 2016

li tistabbilixxi l-proċeduri għat-tressiq ta' applikazzjonijiet għall-għotjiet u rikjesti għall-ħlas, u l-informazzjoni marbuta magħhom, fir-rigward, tal-miżuri ta' emerġenza kontra l-pesti tal-pjanti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2016) 524)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014, l-għotjiet jistgħu jingħataw lill-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza implimentati b'riżultat tal-konferma tal-preżenza ta' wieħed mill-pesti, kif elenkati fl-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament.

(2)

In-notifiki uffiċjali tat-tifqigħat tal-pesti jintbagħtu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/917/UE (2). L-informazzjoni mogħtija fin-notifika uffiċjali tikkostitwixxi l-informazzjoni preliminari dwar it-tifqigħa tal-pest.

(3)

Sabiex ikun hemm ġestjoni finanzjarja tajba u informazzjoni rapida dwar il-miżuri tal-ġestjoni tal-pest implimentati mill-Istati Membri, jixraq li jiġu stabbiliti d-dati sa meta l-Istati Membri jkollhom jibagħtu l-applikazzjonijiet għall-għotjiet u r-rikjesti għall-ħlas tagħhom, u li jiġi speċifikat liema informazzjoni għandha tingħata. Partikolarment, għandhom jingħataw l-ewwel estimi u l-estimi aġġornati tan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri.

(4)

Jeħtieġ li tiġi speċifikata r-rata li għandha tiġi applikata għall-konverżjoni tal-estimi finanzjarji u r-rikjesti għall-ħlas imressqa mill-Istati Membri li l-valuta nazzjonali tagħhom mhijiex l-euro.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Informazzjoni preliminari dwar l-estimi tal-ispejjeż

Sabiex jingħataw kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, l-Istati Membri, fi żmien xahrejn mill-konferma uffiċjali tal-preżenza ta' pest imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014, għandhom jagħtu l-informazzjoni preliminari dwar it-tifqigħa tal-pest. In-notifiki lill-Kummissjoni kif deskritti fl-Artikolu 1 u 2 tad-Deċizjoni ta' Implimentazzjoni 2014/917/UE jitqiesu li huma din l-informazzjoni preliminari.

Mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-konferma uffiċjali tal-preżenza tal-pest, l-Istati Membri għandhom jibagħtu applikazzjoni lill-Kummissjoni għal għotja skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 permezz ta' fajl elettroniku, skont il-mudell stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

L-applikazzjoni għandha jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-istima tal-ispejjeż operattivi kif imsemmija fl-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014;

(b)

l-istima tal-ispejjeż għall-kuntratti ta' servizz mal-partijiet terzi kif imsemmija fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014;

(c)

l-istima tal-ispejjeż għall-kumpens tas-sidien u l-operaturi kif imsemmija fl-Artikolu 18(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014;

(d)

fejn applikabbli, l-istima tal-ispejjeż l-oħra essenzjali għall-eradikazzjoni tal-pest kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014, flimkien ma' ġustifikazzjoni xierqa.

Kull tliet xhur wara t-tressiq tal-informazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni aġġornata dwar l-ispejjeż imsemmija f'dak il-paragrafu.

L-applikazzjonijiet għal għotja dwar l-ispiża stmata li hija essenzjali għall-eradikazzjoni u/jew it-trażżin ta' pest li kienet diġà ntbagħtet applikazzjoni għaliha fi snin kalendarji preċedenti, għandu jkun fihom il-verżjoni aġġornata tal-Anness I ta' din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Rikjesti għall-ħlas

Fi żmien sitt xhur mid-data tat-tmiem iffissata fid-deċiżjoni ta' finanzjament annwali jew mill-konferma tat-tlestija tal-eradikazzjoni u/jew mit-trażżin tal-pest, liema minnhom tiġi l-ewwel, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a)

ir-rikjesta għall-ħlas tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba, billi jużaw fajl elettroniku skont il-mudell stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

rapport tekniku skont l-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Rata tal-kambju

Meta l-ammonti tal-ispejjeż stmati jew tan-nefqa mġarrba minn Stat Membru ma jkunux f'euro, l-Istat Membru għandu jikkonvertihom f'euro bl-applikazzjoni tal-aktar rata tal-kambju riċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni għall-għotja tkun tressqet mill-Istat Membru.

Artikolu 4

Applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għat-tifqigħat ta' pesti nnotifikati lill-Kummissjoni mill-1 ta' Jannar 2016.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.

(2)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/917/UE tal-15 ta' Diċembru 2014 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tan-notifika tal-preżenza ta' organiżmi ta' ħsara u ta' miżuri li ttieħdu jew huma maħsuba li jittieħdu mill-Istati Membri (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 59).


ANNESS I

A.   ERADIKAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

B.   TRAŻŻIN

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

C.   MIŻURI OĦRA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

A.   ERADIKAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

B.   TRAŻŻIN

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

C.   MIŻURI OĦRA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Ir-rapport tekniku għandu jkun fih dan li ġej:

1.

Id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-implimentazzjoni tal-miżuri.

2.

Deskrizzjoni tal-miżuri tekniċi implimentati, flimkien maċ-ċifri ewlenin.

3.

Mapep epidemjoloġiċi (mapep taż-żona demarkata, żona tat-tifqigħa, eċċ.).

4.

Informazzjoni dettaljata tal-ksib tal-eradikazzjoni, tat-trażżin jew ta' miżuri oħra wara l-applikazzjoni tal-miżuri kkonċernati.

5.

Ir-riżultati tal-inkjesti epidemjoloġiċi.

6.

Dokumenti rilevanti oħrajn.