23.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 16/25 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/78
tat-22 ta' Jannar 2016
li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran. |
(2) |
Fis-17 ta' Jannar 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) neħħa żewġ entitajiet mil-lista ta' persuni u ta' entitajiet soġġetti għall-miżuri imposti mill-punti (c) u (d) tal-paragrafu 6 tal-Anness B għar-Riżoluzzjoni 2231(2015) tal-KSNU. |
(3) |
Il-miżuri restrittivi kontra dawk iż-żewġ entitajiet li bħalissa huma elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, għandhom għalhekk jiġu sospiżi. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-entitajiet mniżżlin fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, jiżdiedu mal-elenkar fl-Anness V għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Jannar 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
ANNESS
(1) |
Bank Sepah u Bank Sepah International |