19.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/50

tat-18 ta' Jannar 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' April 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/219/PESK (1) dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali), li hija valida għal 24 xahar mill-bidu tal-EUCAP Sahel Mali.

(2)

Fid-19 ta' Jannar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/76 (2) li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK, li tat bidu għall-EUCAP Sahel Mali fil-15 ta' Jannar 2015 u assenjatilha ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sal-14 ta' Jannar 2016.

(3)

Id-Deċiżjoni 2014/219/PESK għandha tiġi emendata biex tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-15 ta' Jannar 2016 sal-14 ta' Jannar 2017,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/219/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 14, paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali bejn il-15 ta' Jannar 2016 u l-14 ta' Jannar 2017 għandu jkun ta' EUR 14 850 000”;

(2)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist mill-EUCAP Sahel Mali għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet. Barra minn hekk, ma għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-prodotti mixtrija mill-EUCAP Sahel Mali. Soġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni, il-EUCAP Sahel Mali tista' tikkonkludi arranġamenti tekniċi mal-Istati Membri, l-Istat ospitanti, Stati terzi parteċipanti u atturi internazzjonali oħra fir-rigward tal-provvista ta' tagħmir, servizzi u siti lill-EUCAP Sahel Mali.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija tapplika mill-15 ta' Jannar 2016.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Jannar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/76 tad-19 ta' Jannar 2015 li tvara l-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) u li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK (ĠU L 13, 20.1.2015, p. 5).