20.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 347/1 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/2247 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta' Novembru 2016
dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35)
(riformulazzjoni)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 26.2 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 (1) ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi. Billi jridu jsiru emendi ulterjuri, dik id-Deċiżjoni għandha tkun riformulata fl-interessi taċ-ċarezza. |
(2) |
Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 (2) li għaliha tirreferi d-Deċiżjoni BĊE/2010/21 ġiet irriformulata u mħassra bil-Linja Gwida (EU) 2016/2249 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/34) (3), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
1. It-termini ddefiniti fl-Artikolu 1 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (ECB/2016/34) għandu jkollhom l-istess tifsira meta jintużaw f'din id-Deċiżjoni.
2. Termini tekniċi oħra użati f'din id-Deċiżjoni għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fl-Anness II tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Ir-regoli stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għall-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jkopru l-karta tal-bilanċ, elementi rreġistrati fil-kotba tal-BĊE barra l-karta tal-bilanċ, il-kont tal-qligħ u t-telf u n-noti għall-kontijiet annwali tal-BĊE.
Artikolu 3
Karatterisitiċi kwalitattivi
Il-karatteristiċi kwalitattivi definiti fl-Artikolu 3 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandhom japplikaw għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Prinċipji bażiċi tal-kontabilità
Il-prinċipji fundamentali tal-kontabilità ddefiniti fl-Artikolu 4 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.
Bħala deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(3) tal-Linja Gwida ((UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34), avvenimenti li seħħew wara l-karta tal-bilanċ għandhom jiġu kkunsidrati biss sad-data meta l-Bord Eżekuttiv jawtorizza l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tal-BĊE lill-Kunsill Governattiv għall-approvazzjoni.
Artikolu 5
Metodi ekonomiċi u metodi ta' kontabilità skont id-data tal-ħlas
Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandhom japplikaw għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
Rikonoxximent tal-assi u l-passiv
Assi/passiv finanzjarju jew ta' tip ieħor għandu jkun rikonoxxut biss fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE skont l-Artikolu 6 tal-Linja ta' Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
KAPITOLU II
KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ
Artikolu 7
Kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ
Il-kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ għandha tkun ibbażata fuq l-istruttura stabbilita fl-Anness I.
Artikolu 8
Provvediment għar-rata tal-kambju barrani, ir-rata ta' imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb
Wara illi jikkunsidra sew in-natura tal-attivitajiet tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv jista' jistabbilixxi provvediment għar-rata tal-kambju barrani, ir-rata ta' imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi dwar id-daqs u l-użu tal-provvediment fuq il-bażi ta' stima rraġunata tal-iskoperturi għar-riskju tal-BĊE.
Artikolu 9
Regoli għall-valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ
1. Ir-rati u l-prezzijiet kurrenti tas-suq għandhom jintużaw għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness I.
2. Ir-rivalutazzjoni tad-deheb, strumenti ta' valuta barranija, titoli (minbarra titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità u titoli mhux negozjabbli u titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja li jiġu kontabilizzati bi spejjeż ammortizzati), kif ukoll strumenti finanzjarji, kemm dawk li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ kif ukoll dawk barra l-karta tal-bilanċ, għandha titwettaq fi tmiem is-sena bir-rati u l-prezzijiet medji tas-suq.
3. Ebda distinzjoni m'għandha ssir bejn id-differenzi fil-prezz u r-rivalutazzjoni tal-valuta għad-deheb, iżda għandha tiġi kontabilizzata d-differenza fir-rivalutazzjoni tad-deheb, ibbażata fuq il-prezz f'euro għal kull unità ddefinita tal-piż tad-deheb li jirriżulta mir-rata tal-kambju euro/dollaru Amerikan fid-data tar-rivalutazzjoni trimestrali. Għall-kambju barrani, inklużi t-tranżazzjonijiet li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ u dawk barra l-karta tal-bilanċ, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' valuta b'valuta. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, drittijiet speċjali ta' kreditu (SDRs), inklużi investimenti individwali f'kambju barrani indikat bħala bażi għall-basket SDR, għandhom jiġu ttrattati bħala investiment wieħed. Għal titoli, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' kodiċi b'kodiċi, jiġiferi l-istess numru/tip ISIN, filwaqt li kwalunkwe opzjonijiet inkorporati ma għandux jiġi sseparat għal finijiet ta' valutazzjoni. Titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja jew inklużi fil-partiti “Assi finanzjarji oħrajn” jew “Varji” għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati.
4. Titoli negozjabbli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati u għandhom jiġu vvalutati jew bil-prezz tas-suq jew bi prezz amortizzat (bla ħsara għall-indeboliment), jiddependi fuq kunsiderazzjonijiet ta' politika monetarja.
5. Titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati u għandhom jiġu vvalutati bħala spejjeż ammortizzati (suġġetti għall-indeboliment). L-istess trattament għandu jingħata lil titoli li mhumiex negozjabbli. Titoli klassifikati bħala miżmumin sal-maturità u titoli mhux negozjabbli jistgħu jinbiegħu qabel il-maturità tagħhom f'kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) |
jekk il-kwantità mibjugħa hija meqjusa bħala mhux sinifikanti meta mqabbla mal-ammont totali tal-portafoll ta titoli miżmumin sal-maturità; |
(b) |
jekk it-titoli jinbiegħu matul xahar qabel id-data tal-maturità; |
(c) |
f'ċirkustanzi eċċezzjonali, bħal pereżempju d-deterjorazzjoni sinjifikanti tal-affidabbiltà kreditizzja ta' min jagħmel il-ħruġ. |
Artikolu 10
Tranżazzjonijiet bil-maqlub
Għandu jingħata rendikont għat-tranżazzjonijiet b'lura skont l-Artikolu 10 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
Artikolu 11
Strumenti ta' ishma azzjonarji negozjabbli
Għandu jingħata rendikont tal-istrumenti ta' ekwità negozjabbli skont l-Artikolu 11 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
Artikolu 12
Hedging tar-riskju tar-rata ta' imgħax fuq titoli b'derivati
Għandu jingħata rendikont għall-hedging tar-riskju tar-rata' ta' imgħax skont l-Artikolu 12 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
Artikolu 13
Strumenti sintetiċi
Għandu jingħata rendikont tal-istrumenti sintetiċi skont l-Artikolu 13 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
KAPITOLU III
RIKONOXXIMENT TAD-DĦUL
Artikolu 14
Rikonoxximent tad-dħul
1. L-Artikolu 15(1), (2), (3), (5) u (7) tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandu japplika għar-rikonoxximent tad-dħul.
2. Investimenti f'kontijiet ta' rivalutazzjoni speċjali li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal- Banek Centrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem “l-istatut tal-SEBĊ”) fir-rigward tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li għalihom id-deroga tkun ġiet abrogata għandhom jintużaw biex ipaċu telf mhux realizzat meta dan jeċċedi qligħ ta' rivalutazzjoni preċedenti rreġistrat fil-kont ta' rivalutazzjoni standard korrispondenti kif stabbilit fl-Artikolu 15(1)(ċ) tal-Linja ta' Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34), qabel ma dan it-telf jiġi paċut skont l-Artikolu 33.2 tal-Istatut tas-SEBĊ. L-investimenti f'kontijiet speċjali ta' rivalutazzjoni għad-deheb, għall-valuti u għat-titoli għandhom jitnaqqsu pro rata f'każ ta' tnaqqis fl-investimenti tal-assi rilevanti.
Artikolu 15
Prezz tat-tranżazzjonijiet
L-Artikolu 16 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandu japplika għal din id-Deċiżjoni.
KAPITOLU IV
REGOLI TA' KONTABILITA' GĦAL STRUMENTI BARRA L-KARTA TAL-BILANĊ
Artikolu 16
Regoli ġenerali
L-Artikolu 17 tal-Linja ta' Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandu japplika għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 17
Tranżazzjonijiet bil-quddiem b'kambju barrani
Għandu jingħata rendikont għat-tranżazzjonijiet bil-quddiem skont l-Artikolu 18 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
Artikolu 18
Swaps tal-kambju barrani
Għandu jingħata rendikont għall-swaps tal-kambju barrani skont l-Artikolu 19 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
Artikolu 19
Kuntratti futuri
Għandu jingħata rendikont ta' kuntratti futuri skont l-Artikolu 20 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
Artikolu 20
Tpartit tar-rata ta' imgħax
Għandu jingħata rendikont għall-swaps tar-rata tal-imgħax skont l-Artikolu 21 tal-Linja Gwida(UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
Telf mhux realizzat li jiġi ttrasferit għall-kont tal-qligħ u t-telf fl-aħħar tas-sena għandu jiġi amortizzat fis-snin sussegwenti skont il-metodu tal-linja dritta. Għal swaps tar-rata ta' imgħax bil-quddiem, l-amortizzament għandu jibda sa mid-data tal-valur tat-tranżazzjoni.
Artikolu 21
Ftehim tar-rata bil-quddiem
Għandu jingħata rendikont tal-ftehim tar-rata bil-quddiem skont l-Artikolu 22 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
Artikolu 22
Tranżazzjonijiet ta' titoli bl-quddiem
Għandu jingħata rendikont tat-tranżazzjonijiet bil-quddiem ta' titoli skont il-Metodu A fl-Artikolu 23(1) tal-Linja ta' Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
Artikolu 23
Opzjonijiet
Għandu jingħata rendikont ta' opzjonijiet skont l-Artikolu 24 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
KAPITOLU V
PUBBLIKAZZJONI TAL-KARTA TAL-BILANĊ U TAL-KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF ANNWALI
Artikolu 24
Formati
1. Il-format tal-karta tal-bilanċ annwali ppubblikata tal-BĊE għandu jsegwi l-format fl-Anness II.
2. Il-format tal-kont tal-qligħ u t-telf ippubblikat tal-BĊE għandu jkun konformi mal-Anness III.
KAPITLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 25
Żvilupp, applikazzjoni u interpretazzjoni ta' regoli
1. Fl-interpretazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, għandu jiġi kkunsidrat ukoll ix-xogħol preparatorju, il-prinċipji tal-kontabilità armonizzati bil-liġi tal-Unjoni u l-istandards tal-kontabilità aċċettati ġeneralment.
2. Jekk trattament ta' kontabilità speċifiku mhux stabbilit f'din id-Deċiżjoni u fin-nuqqas ta' deċiżjoni bil-kontra mill-Kunsill Governattiv, il-BĊE għandu jsegwi l-prinċipji ta' valutazzjoni skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju kif adottati mill-Unjoni Ewropea, li huma rilevanti għall-attivitajiet u l-kontijiet tal-BĊE.
Artikolu 26
Revoka
1. Id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 hija b'dan irrevokata.
2. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 27
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2016.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta' Novembru 2016.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Deċiżjoni BĊE/2010/21 tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 1).
(2) Linja Gwida BĊE/2010/20 tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 31).
(3) Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2016 dwar il-qafas legali għall-kontabbiltà u għar-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali (BĊE/2016/34) (ara paġna 37 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali].
ANNESS I
KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ
ASSI
|
Partita tal-karta tal-bilanċ |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
||||||||||||||||||||
1 |
Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb |
Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew “under way”. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f'gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b'terminu u krediti biex jiġi rċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) tranżazzjonijiet ta' titjib jew tnaqqis fil-grad; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew jew purity swaps fejn hemm differenza ta' aktar minn jum ta' negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta |
Valur tas-suq |
||||||||||||||||||||
2 |
Krediti kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija |
Krediti kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-euro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija |
|
||||||||||||||||||||
2.1 |
Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
2.2 |
Bilanci ma' banek u investimenti f'titoli, self barrani u assi esterni oħrajn |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
3 |
Krediti kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
4 |
Krediti kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f'euro |
|
|
||||||||||||||||||||
4.1 |
Bilanċi ma' banek, investimenti f'titoli u self |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
4.2 |
Krediti li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt il-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju (ERM II) |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
5 |
Self lill-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro |
Partiti 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1) |
|
||||||||||||||||||||
5.1 |
Operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu l-likwidità ta' kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta' ġimgħa. |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.2 |
Operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu likwidità bi frekwenza ta' kull xahar, u b'maturità itwal minn dik ta' operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.3 |
Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta' rfinar |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.4 |
Operazzjonijiet strutturali bil-maqlub |
Tranżazzjonijiet bil-maqlub li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.5 |
Faċilità ta' self marġinali |
Faċilità ta' likwidità mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||
5.6 |
Krediti relatati ma' sejħiet marġinali |
Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta' kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu |
Valur nominali jew kost |
||||||||||||||||||||
6 |
Krediti oħra kontra istituzzjonijiet ta' kreditu denominati f'euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub b'rabta mal-amministrazzjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita 7 tal-assi “Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro”, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta' qabel ta' valuta barranija taż-żona tal-euro u krediti oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Krediti u operazzjonijiet oħrajn mhux relatati ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. |
Valur nominali jew kost |
||||||||||||||||||||
7 |
Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro |
|
|
||||||||||||||||||||
7.1 |
Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja |
Titoli miżmuma għal finijiet tal-politika monetarja (inklużi titoli mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali u internazzjonali, jew banek tal-iżvilupp multilaterali, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom). Ċertifikati ta' dejn tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mixtrijin għal finijiet ta' rfinar |
|
||||||||||||||||||||
7.2 |
Titoli oħra |
Titoli minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 7.1 “Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja” u taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), iddenominati f'euro. Strumenti ta' ekwità |
|
||||||||||||||||||||
8 |
Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f'euro |
Krediti fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self) |
Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost |
||||||||||||||||||||
9 |
Krediti Intra-Eurosistema |
|
|
||||||||||||||||||||
9.1 |
Krediti marbutin mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE |
Krediti intra-Eurosistema fil-konfront ta' banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), li jirriżultaw mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE |
Kost |
||||||||||||||||||||
9.2 |
Krediti marbutin mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema |
Krediti marbutin mal-ħruġ ta' karti tal-flus mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 (2) |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
9.3 |
Krediti oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett) |
Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin: |
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
10 |
Partiti fil-proċess li jiġu saldati |
Bilanċi fil-kont tas-saldu (krediti), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
11 |
Assi oħrajn |
|
|
||||||||||||||||||||
11.1 |
Muniti taż-żona tal-euro |
Muniti Euro |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||
11.2 |
Assi fissi tanġibbli u intanġibbli |
Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software |
Kost wara d-deprezzament Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta' assi fuq il-perijodu ta' utilità tiegħu. Il-perijodu ta' utilità huwa l-perijodu li matulu assi fissi huma mistennija li jkunu jistgħu jintużaw mill-entità. Il-perijodi ta' utilità ta' assi fissi materjali individwali jistgħu jiġu reveduti fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi jkunu differenti mill-istimi preċedenti. L-assi ewlenin jistgħu jinkludu komponenti b'perijodi ta' utilità differenti. Il-perijodi ta' utilità ta' dawn il-komponenti għandhom ikunu vvalutati individwalment. Il-kost tal-assi intanġibbli jinkludi l-kost għall-akkwist tal-assi mhux tanġibbli. Spejjeż oħrajn diretti jew indiretti għandhom jiġu nklużi Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT; mingħajr kapitalizzazzjoni) |
||||||||||||||||||||
11.3 |
Assi finanzjarji oħrajn |
|
|
||||||||||||||||||||
11.4 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu |
Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
||||||||||||||||||||
11.5 |
Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel |
Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Prezz mħallsa minn qabel u imgħax akkumulat imħallas, jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b'titolu |
Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq |
||||||||||||||||||||
11.6 |
Varji |
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||
12 |
Telf ghas-sena |
|
Valur nominali |
PASSIV
|
Partita tal-karta tal-bilanċ |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
||||||||
1 |
Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni |
Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 |
Valur nominali |
||||||||
2 |
Passiv lejn istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro |
Partiti 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f'euro kif deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) |
|
||||||||
2.1 |
Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta' riżervi minimi) |
Kontijiet denominati f'euro ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Din il-partita tinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi |
Valur nominali |
||||||||
2.2 |
Faċilità ta' depożitu |
Depożiti mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali |
||||||||
2.3 |
Depożiti b'terminu fiss |
Ġbir għall-finijiet ta' assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta' kalibrazzjoni |
Valur nominali |
||||||||
2.4 |
Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub |
Tranżazzjonijiet b'rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||
2.5 |
Depożiti relatati ma' sejħiet marġinali |
Depożiti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta' assi sottostanti fil-konfront ta' krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu |
Valur nominali |
||||||||
3 |
Passiv ieħor għal residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f'euro |
Tranżazzjonijiet repo konnessi ma' tranżazzjonijiet repo bil-maqlub simultanji għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 7 tal-assi “Titoli ta' residenti fiż-żona tal-euro denominati f'euro”. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Ebda kontijiet kurrenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||
4 |
Ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊE |
Ċertifikati ta' dejn kif deskritt fl-Anness fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Karta ta' skont, maħruġa bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità |
Kost Kull skont huwa ammortizzat |
||||||||
5 |
Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona tal-euro denominati f'euro |
|
|
||||||||
5.1 |
Gvern ġenerali |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba |
Valur nominali |
||||||||
5.2 |
Passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta' kumpaniji u ta' klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (Ara l-partita tal-passiv 2.1); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba |
Valur nominali |
||||||||
6 |
Passiv għal residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'euro |
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ġestjoni tar-riżervi: ta' banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta' depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' titoli denominati f'euro. Bilanċi ta' kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||
7 |
Passiv għal residenti taż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija |
Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
||||||||
8 |
Passiv fil-konfront ta' residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija |
|
|
||||||||
8.1 |
Depożiti, bilanċi u passiv ieħor |
Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
||||||||
8.2 |
Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II |
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
||||||||
9 |
Il-kontroparti ta' drittijiet speċjali ta' kreditu allokati mill-IMF |
Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta' SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv |
Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
||||||||
10 |
Passiv Intra-Eurosistema |
|
|
||||||||
10.1 |
Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin |
Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE, denominat f'euro |
Valur nominali |
||||||||
10.2 |
Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett) |
Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin: |
|
||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
11 |
Partiti fil-proċess li jiġu saldati |
Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta' trasferimenti giro |
Valur nominali |
||||||||
12 |
Passiv ieħor |
|
|
||||||||
12.1 |
Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ |
Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu |
Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
||||||||
12.2 |
Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem |
Nefqa li ssir dovuta f'perjodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta' rapportar. Dħul riċevut fil-perjodu rrapportat imma marbut ma' perjodu futur |
Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq |
||||||||
12.3 |
Varji |
|
|
||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
13 |
Provvedimenti |
|
|
||||||||
|
|
||||||||||
14 |
Kontijiet ta' rivalutazzjoni |
|
|
||||||||
|
|
||||||||||
15 |
Kapital u riżervi |
|
|
||||||||
15.1 |
Kapital |
Kapital imħallas |
Valur nominali |
||||||||
15.2 |
Riżervi |
Riżervi legali, skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward ta' banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati |
Valur nominali |
||||||||
16 |
Profitt għas-sena |
|
Valur nominali |
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(2) Deċiżjoni BĊE/2010/29 tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).
ANNESS II
Karta tal-bilanċ annwali tal-BĊE
(EUR miljun) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Assi (2) |
Sena tar-rappurtar |
Sena preċedenti |
Passiv |
Sena tar-rappurtar |
Sena preċedenti |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb 2. Krediti kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija
3. Krediti kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija 4. Krediti kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f'euro
5. Self lill-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro
6. Krediti oħra kontra istituzzjonijiet ta' kreditu denominati f'euro 7. Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro
8. Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f'euro 9. Krediti Intra-Eurosistema
10. Partiti fil-proċess li jiġu saldati 11. Assi oħrajn
12. Telf ghas-sena |
|
|
1. Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 2. Passiv lejn istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro
3. Passiv ieħor għal residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f'euro 4. Ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊE 5. Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona tal-euro denominati f'euro
6. Passiv għal residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'euro 7. Passiv għal residenti taż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija 8. Passiv fil-konfront ta' residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija
9. Il-kontroparti ta' drittijiet speċjali ta' kreditu allokati mill-IMF 10. Krediti Intra-Eurosistema
11. Partiti fil-proċess li jiġu saldati 12. Obbligazzjonijiet oħrajn
13. Dispożizzjonijiet 14. Kontijiet ta' rivalutazzjoni 15. Kapital u riżervi
16. Profitt għas-sena |
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Assi totali |
|
|
Passiv totali |
|
|
(1) Alternattivament il-BĊE jista' jippubblika l-ammonti eżzatti f'euro, jew ammonti rrawndjati b'mod differenti
(2) It-tabella tal-assi tista' tiġi ppubblikata wkoll fuq it-tabella tal-passiv.
ANNESS III
KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF IPPUBBLIKAT TAL-BĊE
(EUR miljun) |
||||
Kont tal-qligħ u t-telf għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru … |
Rapportar sena |
Sena preċedenti sena |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
Dħul totali nett |
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
(Telf)/qligħ għas-sena |
|
|
(1) Alternattivament il-BĊE jista' jippubblika l-ammonti eżzatti f'euro, jew ammonti rrawndjati b'mod differenti
(2) It-tqassim bejn dħul u spejjeż jista' jkun ipprovdut alternattivament fin-noti spjegattivi tal-kontijiet annwali.
(3) Dan jinkludi provvedimenti amministrattivi.
(4) Dan l-element jintuża fil-każ ta' produzzjoni esterna tal-karti tal-flus (għall-ispejjeż tas-servizzi pprovduti mill-kumpaniji esterni responsabbli mill-produzzjoni f'isem il-banek ċentrali). Huwa rrakkomandat li l-ispejjeż magħmulin fir-rigward tal-ħarġa tal-karti tal-flus tal-euro għandhom jittieħdu fil-kont tal-qligħ u t-telf kif ikun hemm il-fattura għalihom jew meta jsiru, ara wkoll il-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).
ANNESS IV
DEĊIŻJONI MĦASSRA BIL-LISTA TAGĦHA TA' EMENDI SUĊĊESSIVI
Deċiżjoni BĊE/2010/21 |
|
Deċiżjoni BĊE/2012/30 |
|
Deċiżjoni BĊE/2013/52 |
|
Deċiżjoni BĊE/2014/55 |
|
Deċiżjoni BĊE/2015/26 |
ANNESS V
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Deċiżjoni BĊE/2010/21 |
Din id-Deċiżjoni |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
Artikolu 16 |
Artikolu 17 |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
Artikolu 19 |
Artikolu 19 |
Artikolu 20 |
Artikolu 20 |
Artikolu 21 |
Artikolu 21 |
Artikolu 22 |
Artikolu 22 |
Artikolu 23 |
Artikolu 23 |
Artikolu 24 |
Artikolu 24 |
Artikolu 25 |
Artikolu 25 |
Artikolu 26 |
Artikolu 26 |
Artikolu 27 |