14.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/221


DEĊIŻJONI (UE) 2016/1509 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-28 ta’ April 2016

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mar-risposta tal-Awtorità (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 — C8-0086/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0090/2016),

1.

Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 409, 9.12.2015, p. 111.

(2)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.