19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/89


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2405

tat-18 ta' Diċembru 2015

li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-UE għall-prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Ukrajna

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 187(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (2) awtorizzat l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (3) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim. L-Artikolu 29(1) tal-Ftehim jistipula li d-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta' oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna jridu jitnaqqsu jew jiġu eliminati skont l-Anness I-A tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV ta' dak il-Ftehim. L-Appendiċi ta' dak l-Anness jelenka l-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw fl-Ukrajna, inklużi prodotti agrikoli li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

Sakemm il-Ftehim jiġi applikat b'mod provviżorju, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), infteħu kwoti tariffarji għall-2014 u l-2015 għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw fl-Ukrajna u dawn kienu amministrati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (5).

(3)

Il-Ftehim se jiġi applikat b'mod provviżorju mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem. Għalhekk jeħtieġ li jinfetħu kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli mniżżlin fl-Anness I-A tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tal-Ftehim mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem.

(4)

Kif previst fil-Ftehim, sabiex jibbenefikaw mill-konċessjonijiet tariffarji previsti f'dan ir-Regolament, il-prodotti mniżżlin fl-Anness għandu jkollhom magħhom prova tal-oriġini.

(5)

In-Nomenklatura Magħquda (NM) mogħtija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (6), kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 (7), fiha kodiċijiet tan-NM ġodda li huma differenti minn dawk imsemmija fil-Ftehim. Għaldaqstant, l-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jirrifletti l-kodiċijiet tan-NM l-ġodda.

(6)

Parti mill-Ftehim għandha tiġi applikata b'mod provviżorju mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem. Sabiex ikun żgurat li l-kwoti tariffarji mogħtija skont il-Ftehim jiġu applikati u amministrati b'mod effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għandhom jinfetħu kwoti tariffarji tal-UE għall-prodotti mniżżlin fl-Anness li joriġinaw fl-Ukrajna.

Artikolu 2

Id-dazji doganali li japplikaw għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti mniżżlin fl-Anness li joriġinaw fl-Ukrajna għandhom jiġu sospiżi fil-kwoti tariffarji rispettivi stipulati fl-Anness.

Artikolu 3

Il-prodotti mniżżlin fl-Anness għandu jkollhom magħhom prova tal-oriġini kif stipulat fl-Anness III tal-Protokoll I tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra.

Artikolu 4

Il-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).

(3)  Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 312, 31.10.2014, p. 1).


ANNESS

Minkejja r-regoli ta' interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta' valur indikattiv, filwaqt li l-iskop tal-iskema preferenzjali jkun deċiż, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Volum annwali tal-kwota

(il-piż nett f'tunnellati sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)

09.6700

0204 22 50

0204 22 90

Saqajn tan-nagħaġ u qatgħat oħrajn bl-għadma (minbarra l-karkassi u n-nofs karkassi, il-kwarti ta' quddiem qosra u l-qatgħat tad-dahar u/jew l-aħjar truf), friski jew imkessħin

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

1 500  (1)

0204 23

Laħam tan-nagħaġ bla għadma, frisk jew imkessaħ

0204 42 30

0204 42 50

0204 42 90

Qatgħat tal-laħam tan-nagħaġ bl-għadma, iffriżati (minbarra l-karkassi u n-nofs karkassi u l-kwarti ta' quddiem qosra)

0204 43 10

0204 43 90

Laħam tal-ħaruf iffriżat, bla għadma

Laħam tan-nagħaġ iffriżat, bla għadma

09.6701

0409

Għasel naturali

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

5 000  (2)

09.6702

0703 20

Tewm, frisk jew imkessaħ

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

500

09.6703

1004

Ħafur

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

4 000

09.6704

1701 12

Zokkor tal-pitravi mhux raffinat li ma fihx miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

20 070

1701 91

 

1701 99

Zokkor ieħor minbarra z-zokkor mhux raffinat

1702 20 10

Zokkor tal-aġġru f'forma solida, li fih miżjudin ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur

1702 90 30

Isoglukows f'forma solida, li fih fl-istat xott 50 % tal-piż fruktows

1702 90 50

Maltodextrin f'forma solida u ġulepp tal-maltodextrin, li fihom fl-istat xott 50 % tal-piż fruktows

1702 90 71

1702 90 75

1702 90 79

Karamella

1702 90 80

Ġulepp tal-inulina

1702 90 95

Zokkor ieħor, inklużi zokkor maqlub (invert) u zokkor ieħor u taħlit ta' ġulepp taz-zokkor li fihom fl-istat xott 50 % tal-piż fruktows

09.6705

1702 30

1702 40

Glukows u ġulepp tal-glukows, li ma fihomx fruktows jew fihom fl-istat xott anqas minn 50 % tal-piż fruktows, ħlief zokkor maqlub (invert)

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

10 000  (3)

1702 60

Fruktows ieħor u ġulepp tal-fruktows, li fihom fl-istat xott aktar minn 50 % tal-piż fruktows, ħlief zokkor maqlub (invert)

09.6706

2106 90 30

Ġuleppijiet tal-isoglukows imħawrin jew ikkuluriti

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

2 000

2106 90 55

Ġulepp tal-glukows u ġulepp tal-maltodestrin imħawrin jew ikkuluriti

2106 90 59

Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew ikkuluriti (minbarra l-ġuleppijiet tal-isoglukows, tal-laktows, tal-glukows u tal-maltodestrin)

09.6707

ex 1103 19 20

Xgħir u barli mitħun oħxon (groats) u pasti tal-barli

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

6 300  (4)

1103 19 90

Xgħir u barli mitħun oħxon (groats) u pasti taċ-ċereali (minbarra l-qamħ, is-segala, l-ħafur, il-qamħirrum, ir-ross u l-barli)

1103 20 90

Griebeb taċ-ċereali (minbarra l-qamħ, is-segala, l-ħafur, il-qamħirrum, ir-ross u l-barli)

1104 19 10

1104 19 50

1104 19 61

1104 19 69

Ħbub tal-qamħ imremblin jew imqattgħin irqaq

Ħbub tal-qamħirrum imremblin jew imqattgħin irqaq

Ħbub tal-barli mremblin

Ħbub tal-barli mqattgħin irqaq

ex 1104 29

Ħbub maħdumin (pereżempju mqaxxrin, imfarrkin f'biċċiet tondi, mfettin jew mitħunin oħxon), minbarra dawk tal-ħafur, tas-segala u tal-qamħirrum

1104 30

Nibbieta taċ-ċereali, sħiħa, irrumblata, mqatta' rqiq jew mitħuna

09.6708

1107

Malt, kemm jekk inkaljat jew le

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

7 000

1109

Gluteina tal-qamħ, imnixxfa jew le

09.6709

1108 11

Lamtu tal-qamħ

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

10 000

1108 12

Lamtu tal-qamħirrum

1108 13

Lamtu tal-patata

09.6710

3505 10 10

3505 10 90

Destrini u lamti oħrajn modifikati (minbarra l-lamti, esterifikati jew eterifikati)

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

1 000  (5)

3505 20 30

3505 20 50

3505 20 90

Kolol li fihom, bil-piż, 25 % jew iktar ta' lamti jew destrini jew lamti oħrajn modifikati

09.6711

2302 10

2302 30

2302 40 10

2302 40 90

Granza, dqiq inferjuri (sharps) u fdal oħrajn, fil-forma ta' gerbub jew le, ġejjin mit-tnaqqih, tħin jew xogħol ieħor fuq ċereali (minbarra dawk tar-ross)

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

17 000  (6)

2303 10 11

Fdal mill-manifattura ta' lamtu mill-qamħirrun (ħlief likuri konċentrati mit-tixrib), b'kontenut ta' proteina, kalkulat fuq il-prodott xott, ta' aktar minn 40 % tal-piż

09.6712

0711 51

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus ippreservat provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

500

2003 10

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

09.6713

0711 51

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus ippreservat provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

500

09.6714

2002

Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

10 000

09.6715

2009 61 90

Meraq tal-għeneb (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer), b'valur Brix mhux ogħla minn 30, ta' valur ma jaqbiżx it-18-il EUR kull 100 kg piż nett

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

10 000  (7)

2009 69 11

Meraq tal-għeneb (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer), ta' valur Brix aktar minn 67, ta' valur taħt it-22 EUR kull 100 kg piż nett

2009 69 71

2009 69 79

2009 69 90

Meraq tal-għeneb (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer), b'valur Brix ogħla minn 30 iżda taħt is-67, ta' valur taħt it-18-il EUR kull 100 kg piż nett

2009 71

2009 79

Meraq tat-tuffieħ

09.6716

0403 10 51

0403 10 53

0403 10 59

0403 10 91

0403 10 93

0403 10 99

0403 90 71

0403 90 73

0403 90 79

0403 90 91

0403 90 93

0403 90 99

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le, imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

2 000

09.6717

0405 20 10

0405 20 30

Dlik (pejst) tal-butir b'kontenut ta' xaħam, bil-piż, ta' 39 % jew aktar iżda mhux aktar minn 75 %

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

250

09.6718

0710 40

0711 90 30

2001 90 30

2004 90 10

2005 80

Qamħ ħelu

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

1 500

09.6719

1702 50

Fruktows kimikalment pur

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

2 000  (8)

1702 90 10

Maltosju kimikament pur

ex 1704 90 99

Ħelu ieħor taz-zokkor, mingħajr kawkaw, li fih 70 % jew aktar tal-piż sukrows

1806 10 30

1806 10 90

Trab tal-kawkaw, li fih 65 % jew aktar tal-piż sukrows jew isoglukows imfisser bħala sukrows

ex 1806 20 95

Preparazzjonijiet oħrajn fi blokki, ċangaturi jew biċċiet jiżnu iktar minn 2 kg jew f'forma likwida, pejst, trab, granulari jew f'xi forma oħra bl-ingrossa ġo kontenituri jew pakki diretti, b'kontenut itqal minn 2 kg, li fihom inqas minn 18 % tal-piż butir tal-kawkaw u 70 % jew aktar tal-piż sukrows

ex 1901 90 99

Preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 % tal-piż kawkaw kalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows

2101 12 98

2101 20 98

Preparazzjonijiet b'bażi ta' kafè, tè jew matè

3302 10 29

Taħlit ta' sustanzi li jfuħu u taħlit b'bażi ta' waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta' tip użati fl-industriji tax-xorb, li fihom l-aġenti kollha ta' taħwir li jikkaratterizzaw xarba, b'saħħa alkoħolika attwali bil-volum li ma taqbiżx iż-0,5 %

09.6720

1903

Tapjoka u sostituti tagħha ppreparati minn lamtu, f'forma ta' qxur, ħbub, perli, frakijiet jew forom simili

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

2 000

1904 30

Qamħ bulgur

09.6721

1806 20 70

Frak tal-ħalib taċ-ċikkulata

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

300 (9)

2106 10 80

Konċentrati ta' proteini u sustanzi ta' proteini minsuġin oħrajn

2202 90 99

Xorb mhux alkoħoliku, minbarra l-ilma, li fih 2 % jew iktar piż ta' xaħam miksub mill-prodotti ta' titli 0401 sa 0404

09.6722

2106 90 98

Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

2 000

09.6723

2207 10

2208 90 91

2208 90 99

Alkoħol etiliku mhux żnaturat

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

27 000  (10)

2207 20

Alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta' kull saħħa

09.6724

2402 10

Sigarri, cheroots u cigarillos, li fihom tabakk

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

2 500

2402 20 90

Sigaretti li fihom it-tabakk, li ma fihomx imsiemer tal-qronfol

09.6725

2905 43

Mannitol

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

100

2905 44

D-gluċitol (sorbitol)

3824 60

Sorbitol ħlief dak ta' subtitlu 2905 44

09.6726

3809 10 10

3809 10 30

3809 10 50

3809 10 90

Aġenti għall-irfinar, katalisti (carriers) biex iħaffu ż-żbigħ jew l-iffissar ta' sustanzi taż-żbigħ u prodotti oħrajn u preparazzjonijiet (pereżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), ta' tip użati fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew bħalhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra, b'bażi ta' sustanzi amilaċeużi

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti

2 000


(1)  B'żieda ta' 150 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(2)  B'żieda ta' 200 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(3)  B'żieda ta' 2 000 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(4)  B'żieda ta' 300 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(5)  B'żieda ta' 200 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(6)  B'żieda ta' 1 000 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(7)  B'żieda ta' 2 000 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(8)  B'żieda ta' 200 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(9)  B'żieda ta' 40 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.

(10)  B'żieda ta' 14 600 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.