18.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/52 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2381
tas-17 ta' Diċembru 2015
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), fir-rigward tat-trażmissjoni tas-serje kronoloġika għat-tqassim reġjonali l-ġdid
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 jikkostitwixxi l-qafas legali għall-klassifikazzjoni reġjonali sabiex il-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tixrid ta' statistika reġjonali armonizzata fl-Unjoni jkunu possibbli. |
(2) |
Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003, meta ssir emenda lill-klassifikazzjoni tan-NUTS, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat s-serje kronoloġika lill-Kummissjoni għat-tqassim reġjonali l-ġdid sabiex tieħu post id-dejta li diġà ntbagħtet. Il-lista tas-serje kronoloġika u t-tul tagħhom għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni filwaqt li titqies il-fattibbiltà li dawn jingħataw. Din il-lista tas-serje kronoloġika għandhom jingħataw fi żmien sentejn mill-emenda tal-klassifikazzjoni tan-NUTS. |
(3) |
Il-klassifikazzjoni tan-NUTS ġiet emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1319/2013 (2) b'effett mill-1 ta' Jannar 2015 u bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2014 (3) b'effett mill-1 ta' Jannar 2016. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni s-serje kronoloġika għat-tqassim reġjonali l-ġdid f'konformità mal-lista speċifikata fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1319/2013 tad-9 ta' Diċembru 2013 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 342, 18.12.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2014 tat-8 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 241, 13.8.2014, p. 1).
ANNESS
Is-sena tal-bidu meħtieġa skont il-qasam statistiku
Il-qasam |
Il-livell 2 tan-NUTS |
Il-livell 3 tan-NUTS |
L-agrikoltura — il-kontijiet agrikoli |
2007 (1) |
|
L-agrikoltura — il-popolazzjonijiet tal-annimali |
2010 |
|
L-agrikoltura — il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba' |
2007 |
|
L-agrikoltura — il-produzzjoni tal-ħalib |
2010 |
|
L-agrikoltura — l-istruttura tal-azjendi agrikoli |
2010 |
2010 (1) |
Id-demografija — il-popolazzjoni, it-twelid ta' trabi ħajjin, l-imwiet |
1990 (2) |
1990 (2) |
Is-suq tax-xogħol — l-impjiegi, il-qgħad |
2010 |
2010 (1) |
L-ambjent — il-faċilitajiet tat-trattament tal-iskart |
2010 |
|
Is-saħħa — x'wassal għall-mewt |
1994 (3) |
|
Is-saħħa — l-infrastruttura |
1993 (1) |
|
Is-saħħa — il-pazjenti |
2000 (1) |
|
Is-soċjetà tal-informazzjoni |
2010 (1) |
|
Il-kontijiet ekonomiċi reġjonali — Il-kontijiet ta' unità domestika |
2000 |
|
Il-kontijiet ekonomiċi reġjonali — Il-kontijiet reġjonali |
2000 |
2000 |
Ix-xjenza u t-teknoloġija — In-nefqa u l-persunal fir-Riċerka u l-Iżvilupp |
2011 |
|
It-turiżmu |
2012 |
|
(1) It-trażmissjoni mhix obbligatorja.
(2) It-trażmissjoni mhix obbligatorja għas-snin ta' referenza mill-1990 sal-2012.
(3) It-trażmissjoni mhix obbligatorja għas-snin ta' referenza mill-1994 sal-2010.