16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2342

tal-15 ta' Diċembru 2015

li jemenda d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti minimi ta' applikazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 78 tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 94/800/KE (2) il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3). Il-Ftehim għandu jkun applikat għal kwalunkwe kuntratt ta' akkwisti b'valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-limiti”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' prelevament.

(2)

Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2004/18/KE huwa li l-entitajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu jikkonformaw fl-istess waqt mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-limiti stabbiliti f'dik id-Direttiva għall-kuntratti pubbliċi, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f'euro, imqarrba għall-eqreb elf, tal-limiti stipulati fil-Ftehim.

(3)

Għal raġunijiet ta' koerenza, huwa xieraq li dawn il-limiti jkunu allinjati wkoll fid-Direttiva 2004/18/KE, li mhijiex koperta mill-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva 2004/18/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2004/18/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a) l-ammont “EUR 134 000” jinbidel b'“EUR 135 000”,

(b)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 207 000” jinbidel b“'EUR 209 000”,

(c)

fil-punt (c) l-ammont “EUR 5 186 000” jinbidel b'“EUR 5 225 000”.

(2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), l-ammont “EUR 5 186 000” jinbidel b'“EUR 5 225 000”,

(b)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 207 000” jinbidel b'“EUR 209 000”.

(3)

Fl-Artikolu 56, l-ammont “EUR 5 186 000” jinbidel b'“EUR 5 225 000”.

(4)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(1), l-ammont “EUR 5 186 000” jinbidel b'“EUR 5 225 000”.

(5)

L-Artikolu 67(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a) l-ammont “EUR 134 000” jinbidel b'“EUR 135 000”,

(b)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 207 000” jinbidel b“'EUR 209 000”,

(c)

fil-punt (c), l-ammont “EUR 207 000” jinbidel b'“EUR 209 000”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(3)  Il-Ftehim huwa ftehim multilaterali fi ħdan il-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. L-għan tal-Ftehim hu li jinfetħu swieq tal-akkwist pubbliku mill-gvern fost il-partijiet kontraenti tiegħu.