16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2338

tal-11 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward ta' rekwiżiti għal reġistraturi tat-titjira, tagħmir għal-lokalizzazzjoni taħt l-ilma u sistemi ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(5) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tħaddim tal-inġenji tal-ajru jrid jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli ta' implimentazzjoni meħtieġa sabiex ikunu stabbiliti l-kundizzjonijiet għat-tħaddim sikur tal-inġenji tal-ajru.

(2)

Ir-reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (CVR) għandu l-għan li jappoġġa l-investigazzjoni tas-sikurezza mwettqa mill-awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza f'każ li jseħħ aċċident jew inċident. Fir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) hemm stabbiliti salvagwardji rilevanti biex jipproteġu s-CVR mill-iżvelar tad-dejta f'każ fejn tkun infetħet investigazzjoni tas-sikurezza. Bl-introduzzjoni tal-ġestjoni tas-sikurezza, huwa rikonoxxut li s-CVR jista' jintuża barra mill-kuntest ta' investigazzjoni tas-sikurezza sabiex tinżamm jew titjieb is-sikurezza. Għaldaqstant, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (3) għandu jiġi emendat sabiex jiġu rrinfurzati l-kundizzjonijiet li għandhom l-għan li jipprevjenu b'mod effettiv l-użu mhux xieraq u l-iżvelar tar-reġistrazzjonijiet tas-CVR.

(3)

Sabiex titjieb il-prestazzjoni globali tar-reġistraturi tat-titjira u biex jiġi ffaċilitat l-irkupru ta' inġenju tal-ajru u r-reġistraturi tat-titjira tiegħu wara inċident fuq l-ilma, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) pproponiet bosta titjib fir-rekwiżit attwali tas-sikurezza. Dan it-titjib fis-sikurezza jinkludi l-waqfien ta' teknoloġiji ta' reġistrazzjoni skaduti bħal tejp manjetiku jew wajer manjetiku, l-estensjoni tat-tul ta' żmien minimu tar-reġistrazzjoni tas-CVR kif ukoll l-estensjoni tal-ħin ta' trażmissjoni tat-tagħmir għal-lokalizzazzjoni taħt l-ilma tar-reġistratur tat-titjira u l-obbligu li l-ajruplani li jagħmlu titjiriet fuq l-ilma fuq distanza twila jkunu mgħammra b'apparat għal-lokalizzazzjoni taħt l-ilma b'distanza ta' rilevament twil ħafna. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 għandu jiġi emendat sabiex jirrifletti dan it-titjib fis-sikurezza.

(4)

Jeħtieġ li jitqiesu l-għajbien tat-titjira MH370 fit-8 ta' Marzu 2014 u r-rakkomandazzjonijiet li saru fil-laqgħa multidixxiplinari tal-ICAO dwar it-traċċar globali li saret fit-12 u fit-13 ta' Mejju 2014. Il-pożizzjoni ta' inġenju tal-ajru għat-trasport pubbliku għandha tkun magħrufa f'kull ħin, anki f'post remot, sabiex tiġi ffaċilitata l-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru f'każ ta' mġiba mhux normali, emerġenza jew inċident. Kull meta jkun possibbli, il-mezzi tat-traċċar tal-inġenju tal-ajru għandhom jiffunzjonaw anki f'każ ta' interruzzjoni tal-potenza elettrika normali abbord u ma għandhomx jintfew matul it-titjira. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 għandu jiġi emendat sabiex jinkludi rekwiżiti addizzjonali relatati mal-mezzi tat-traċċar tal-inġenji tal-ajru fuq bażi globali, inkluż fuq l-oċeani u ż-żoni remoti.

(5)

B'konformità mal-proposta tal-Panil dwar ir-Reġistratur tal-Ajru (FLIRECP) tal-ICAO, fir-rigward tat-tagħmir tas-CVRs b'tul ta' żmien ta' reġistrazzjoni estiż għal ajruplani kbar, għandha tkun prevista l-introduzzjoni ta' CVR b'tul ta' żmien ta' reġistrazzjoni ta' 25 siegħa abbord l-inġenji tal-ajru mmanifatturati wara l-1 ta' Jannar 2021, b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' aktar minn 27 000 kg.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jindirizzaw 13-il rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza mill-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza (4), bl-għan li tiżdied is-sikurezza billi jiġi ffaċilitat l-irkupru ta' informazzjoni għall-iskop tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili Ewropea u jitjiebu l-prestazzjoni u l-immaniġġar tar-reġistratur tat-titjira kif ukoll il-lokalizzazzjoni tal-inġenji tal-ajru wara inċident fuq l-ilma.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma msejsa fuq l-Opinjoni Nru 01/2014 (5) maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I (Definizzjonijiet), l-Anness IV (il-Parti CAT), l-Anness VI (il-Parti NCC) u l-Anness VIII (il-Parti SPO) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 79, 13.3.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(4)  Ir-referenzi tal-EASA għat-13-il rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza: CAND-1999-002 (McDonnell Douglas MD11, HB-IWF, 02/09/1998); GREC-2006-045 (B737 of Helios, 5B-DBY, 14/08/2005); NORW-2006-013 (ATR42, OY-JRJ 31/01/2005); NETH-2011-015 (Boeing 737, PH-BDP, 10/02/2010); UNKG-2012-013 (Boeing 767, G OOBK, 03/10/2010); FRAN-2012-025 (Airbus 340, F-GLZU, 22/07/2011); FINL-2012-003 (Airbus A330, OH-LTO,11/12/2010); FRAN-2009-016, FRAN-2009-017, FRAN-2009-018, FRAN-2011-017 u FRAN-2011-018 (Airbus A330, F-GZCP, 01/06/2009); UNKG-2008-020 (ATR42, EI-SLD, 18/01/2007).

(5)  L-Opinjoni 01/2014 tal-5 ta' Mejju 2014 tal-EASA fir-rigward tal-emendar tar-rekwiżiti għar-reġistraturi tat-titjira u tal-apparat għal-lokalizzazzjoni taħt l-ilma.

ANNESS

1.

Qed jiddaħħlu l-punti li ġejjin fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 965/2012:

“(8a)

‘traċċar tal-inġenji tal-ajru’ tfisser proċess ibbażat fuq l-art li jżomm u jaġġorna, f'intervalli standardizzati, rekord tal-pożizzjoni ta' erba' dimensjonijiet ta' inġenju tal-ajru waqt titjira;

(8b)

‘sistema ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru’ tfisser sistema li tiddependi fuq it-traċċar tal-inġenji tal-ajru biex tidentifika mġiba anormali tat-titjira u tagħti twissija;”.

2.

L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-CAT.GEN.MPA.105(a), il-punt (10) jinbidel b'dan li ġej:

“(10)

iżgura li:

(i)

ir-reġistraturi tat-titjira ma jiġux inattivati jew mitfija matul it-titjira;

(ii)

fil-każ ta' okkorrenza għajr aċċident jew inċident serju li għandu jiġi rrappurtat skont il-punt ORO.GEN.160(a), ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira ma jitħassrux apposta; kif ukoll

(iii)

fil-każ ta' aċċident jew inċident serju, jew jekk iż-żamma tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira tkun immexxija mill-awtorità ta' investigazzjoni:

(A)

ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira ma jitħassrux apposta;

(B)

ir-reġistraturi tat-titjira jiġu diżattivati minnufih wara li titlesta t-titjira; kif ukoll

(C)

jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni għaż-żamma tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira qabel ma jiġi evakwat il-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.”.

(b)

Il-punt CAT.GEN.MPA.195 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“CAT.GEN.MPA.195 Trattament tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira: żamma, produzzjoni, protezzjoni u użu”.

(ii)

il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Wara aċċident, inċident serju jew okkorrenza identifikata mill-awtorità ta' investigazzjoni, l-operatur ta' inġenju tal-ajru gћandu jżomm id-dejta oriġinali li tkun ġiet irreġistrata gћal perjodu ta' 60 jum jew sakemm l-awtorità ta' investigazzjoni ma tordnalux jagħmel mod ieћor.”.

(iii)

il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*):

(1)

Ħlief biex tiġi żgurata s-servizzibbiltà tas-CVR, ir-reġistrazzjonijiet tas-CVR ma għandhomx jiġu żvelati jew użati ħlief jekk:

(i)

tkun fis-seħħ proċedura marbuta mat-trattament tar-reġistrazzjonijiet tas-CVR u tat-traskrizzjoni tagħhom;

(ii)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel; kif ukoll

(iii)

jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza.

(1a)

Meta r-reġistrazzjoni tas-CVR tiġi spezzjonata biex tiġi żgurata s-servizzibbiltà tas-CVR, l-operatur għandu jiżgura l-privatezza tar-reġistrazzjoni tas-CVR u r-reġistrazzjoni tas-CVR ma għandhiex tiġi żvelata jew użata għal skopijiet oħra ħlief biex tiġi żgurata s-servizzibbiltà tas-CVR.

(2)

Ir-reġistrazzjonijiet tal-FDR jew ir-reġistrazzjonijiet tal-kollegamenti bejn id-dejta għandhom jintużaw gћal finijiet oħrajn gћajr gћall-investigazzjoni dwar inċident jew aċċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju, biss f'każ li dawn ir-reġistrazzjonijiet:

(i)

jintużaw mill-operatur għall-finijiet tal-ajrunavigabbiltà jew tal-manutenzjoni biss; jew

(ii)

ikun jitneħħielhom kull sors ta' identifikazzjoni; jew

(iii)

ikunu żvelati skont proċeduri sikuri.

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).”."

(c)

Jiddaħħal il-punt CAT.GEN.MPA.205 li ġej:

“CAT.GEN.MPA.205 Sistema ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru — Ajruplani

(a)

Sa mhux aktar tard mis-16 ta' Diċembru 2018, bħala parti mis-sistema biex ikun hemm kontroll operattiv fuq it-titjiriet, l-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta' traċċar tal-inġenji tal-ajru li jkun fiha t-titjiriet eliġibbli għal (b) meta mwettqa bl-ajruplani li ġejjin:

(1)

ajruplani li għandhom massa ta' tluq massima ċċertifikata (MCTOM) aktar minn 27 000 kg, b'MOPSC iktar minn 19, u li nħarġilhom għall-ewwel darba ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà (CofA) individwali qabel is-16 ta' Diċembru 2018, mgħammra b'kapaċità li jipprovdu pożizzjoni addizzjonali għat-transponder tar-radar sekondarju ta' sorveljanza;

(2)

l-ajruplani kollha b'MCTOM iktar minn 27 000 kg, b'MOPSC iktar minn 19, u li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fis-16 ta' Diċembru 2018 jew wara; kif ukoll

(3)

l-ajruplani kollha b'MCTOM aktar minn 45 500 kg u li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fis-16 ta' Diċembru 2018 jew wara.

(b)

L-operatur għandu jissorvelja t-titjiriet mit-tlugћ sal-inżul, ħlief meta r-rotta pjanata jew ir-rotot ta' devjazzjoni pjanati jkunu inklużi b'mod sħiħ fi blokok tal-ispazju tal-ajru fejn:

(1)

normalment jingħata servizz ta' sorveljanza ATS li huwa appoġġat minn sistemi ta' sorveljanza ATC li jillokalizzaw l-inġenju tal-ajru f'intervalli ta' ħin b'tul ta' ħin xieraq; kif ukoll

(2)

l-operatur ikun ta lill-fornituri tas-servizz ta' navigazzjoni bl-ajru kompetenti l-informazzjoni meħtieġa ta' kuntatt.”.

(d)

Jiddaħħal il-punt CAT.GEN.MPA.210 li ġej:

“CAT.GEN.MPA.210 Fejn ikun jinsab l-inġenju tal-ajru f'diffikultà — Ajruplani

L-ajruplani li ġejjin għandhom ikunu mgħammra b'mezzi awtomatiċi u robusti biex meta b'inċident l-ajruplan ikun ġarrab ħsara konsiderevoli, jiddeterminaw il-punt eżatt fejn tkun intemmet it-titjira:

(1)

l-ajruplani kollha b'MCTOM iktar minn 27 000 kg, b'MOPSC iktar minn 19 u li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2021 jew wara; kif ukoll

(2)

l-ajruplani kollha b'MCTOM aktar minn 45 500 kg u li jkun nħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2021 jew wara.”.

(e)

F'CAT.IDE.A.185, il-punti (b) sa (h) jinbidlu b'dan li ġej:

“(b)

Sal-31 ta' Diċembru 2018, is-CVR għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas:

(1)

tul is-sagħtejn ta' qabel, fil-każ tal-ajruplani msemmija fil-punt (a)(1), meta s-CofA individwali jkun inħareġ fl-1 ta' April 1998 jew wara dik id-data;

(2)

tul it-30 minuta ta' qabel għall-ajruplani msemmija fil-punt (a)(1), meta s-CofA individwali jkun inħareġ qabel l-1 ta' April 1998; jew

(3)

tul it-30 minuta ta' qabel, fil-każ tal-ajruplani msemmija fil-punt (a)(2).

(c)

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019, is-CVR għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas:

(1)

tul il-25 siegħa ta' qabel għall-ajruplani b'MCTOM ta' aktar minn 27 000 kg u li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2021 jew wara dik id-data; jew

(2)

tul is-sagħtejn ta' qabel fil-każijiet l-oħra kollha.

(d)

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019, is-CVR għandu jirreġistra fuq mezzi oħra għajr għat-tejp manjetiku jew il-wajer manjetiku.

(e)

Is-CVR għandu jirreġistra, b'referenza għall-għażla taż-żmien:

(1)

il-komunikazzjonijiet tal-vuċi trażmessi bir-radju mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira jew li jkunu waslu bir-radju f'dak il-kompartiment;

(2)

il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jsiru permezz tas-sistema ta' telefonija interna u tas-sistema għall-avviżi lill-pubbliku, jekk dawn ikunu installati;

(3)

l-ambjent tas-smigħ tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, inkluż, mingħajr interruzzjoni:

(i)

għall-ajruplani li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' April 1998 jew wara dik id-data, is-sinjali akustiċi li jkunu waslu minn kull mikrofonu tal-kuffja jew tal-maskra li jkun qed jintuża;

(ii)

is-sinjali akustiċi li jkunu waslu minn kull mikrofonu tal-kuffja jew tal-maskra li jkun qed jintuża, fejn dan ikun possibbli, għall-ajruplani msemmija fil-punt (a)(2) li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba qabel l-1 ta' April 1998;

(4)

is-sinjali tal-vuċi jew akustiċi li jidentifikaw l-għajnuniet għan-navigazzjoni jew għall-avviċinament introdotti fil-kuffji tal-widna jew fuq lawdspiker.

(f)

Is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni qabel ma l-ajruplan jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ajruplan ma jkunx għadu jista' jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess. Barra minn hekk, fil-każ tal-ajruplani li jkun inħarġilhom CofA individwali fl-1 ta' April 1998 jew wara dik id-data, is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni b'mod awtomatiku qabel ma l-ajruplan jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ajruplan ma jkunx għadu jista' jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess.

(g)

Minbarra l-punt (f), u skont id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika, is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni malajr kemm jista' jkun waqt il-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota qabel ma tinxtegħel il-magna fil-bidu tat-titjira u għandu jibqa' għaddej biha sal-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira, fil-każ:

(1)

tal-ajruplani msemmija fil-punt (a)(1) li jkun inħarġilhom CofA individwali fl-1 ta' April 1998 jew wara dik id-data; jew

(2)

tal-ajruplani msemmija fil-punt (a)(2).

(h)

Jekk is-CVR mhuwiex utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Sa mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2018, dan it-tagħmir għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum. Jekk is-CVR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(f)

F'CAT.IDE.A.190, il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

Jekk ir-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Sa mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2018, dan it-tagħmir għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum. Jekk l-FDR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(g)

F'CAT.IDE.A.195, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

Jekk ir-reġistratur ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Sa mhux aktar tard mis-16 ta' Ġunju 2018, dan it-tagħmir għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum. Jekk ir-reġistratur ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(h)

CAT.IDE.A.280 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

L-ajruplani b'MOPSC iktar minn 19 għandhom ikunu mgħammra, minn tal-inqas, b'dawn li ġejjin:

(1)

żewġ ELTs, li wieħed minnhom għandu jkun awtomatiku, jew ELT wieħed u mezz għal-lokalizzazzjoni tal-inġenju tal-ajru wieħed li jilħqu r-rekwiżiti ta' CAT.GEN.MPA.210, fil-każ ta' ajruplani li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2008; jew

(2)

ELT awtomatiku wieħed jew żewġ ELTs ta' kwalunkwe tip jew mezz ta' lokalizzazzjoni wieħed tal-inġenji tal-ajru li jilħqu r-rekwiżit ta' CAT.GEN.MPA.210, fil-każ ta' ajruplani li nħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Lulju 2008 jew qabel.”.

(ii)

il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

L-ajruplani b'MOPSC ta' 19 jew inqas għandhom ikunu mgħammra b'minn tal-inqas:

(1)

ELT awtomatiku wieħed jew mezz ta' lokalizzazzjoni wieħed tal-inġenji tal-ajru li jilħqu r-rekwiżit ta' CAT.GEN.MPA.210, fil-każ ta' ajruplani li nħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2008; jew

(2)

ELT wieħed ta' kwalunkwe tip jew mezz ta' lokalizzazzjoni wieħed tal-inġenji tal-ajru li jilħqu r-rekwiżit ta' CAT.GEN.MPA.210, fil-każ ta' ajruplani li nħarġilhom CofA individwali fl-1 ta' Lulju 2008 jew wara.”.

(i)

F'CAT.IDE.A.285, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(f)

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019, l-ajruplani b'MCTOM aktar minn 27 000 kg u b'MOPSC aktar minn 19 u l-ajruplani kollha b'MCTOM aktar minn 45 500 kg għandhom jiġu installati b'tagħmir imwaħħal sew ta' lokalizzazzjoni li jaħdem taħt l-ilma u li jaħdem fi frekwenza ta' 8,8 kHz ± 1 kHz, sakemm:

(1)

l-ajruplan jitħaddem fuq rotot li fuqhom, fl-ebda punt, ma jitbiegħed aktar minn 180 mil nawtiku mill-kosta; jew

(2)

l-ajruplan ikun mgħammar b'mezzi awtomatiċi u robusti biex jiddeterminaw b'mod preċiż, wara inċident fejn l-ajruplan ikun ġarrab ħsara konsiderevoli, il-post tal-punt ta' tmiem it-titjira.”.

(j)

F'CAT.IDE.H.185, il-punti (c) sa (f) jinbidlu b'dan li ġej:

“(c)

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019, is-CVR għandu jirreġistra fuq mezzi oħra minbarra tejp manjetiku jew wajer manjetiku.

(d)

Is-CVR għandu jirreġistra, b'referenza għall-għażla taż-żmien:

(1)

il-komunikazzjonijiet tal-vuċi trażmessi bir-radju mill-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira jew li jkunu waslu bir-radju f'dak il-kompartiment;

(2)

il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jsiru permezz tas-sistema ta' telefonija interna u tas-sistema għall-avviżi lill-pubbliku, jekk dawn ikunu installati;

(3)

l-ambjent tas-smigħ tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira, inkluż, mingħajr interruzzjoni:

(i)

għall-ħelikopters li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Awwissu 1999 jew wara dik id-data, is-sinjali akustiċi li jaslu minn kull mikrofonu tal-ekwipaġġ;

(ii)

għall-ħelikopters li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba qabel l-1 ta' Awwissu 1999, is-sinjali akustiċi li jaslu minn kull mikrofonu tal-ekwipaġġ, fejn ikun prattikabbli;

(4)

is-sinjali tal-vuċi jew akustiċi li jidentifikaw l-għajnuniet għan-navigazzjoni jew għall-avviċinament introdotti fil-kuffji tal-widna jew fuq lawdspiker.

(e)

Is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni qabel ma l-ħelikopter jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ħelikopter ma jkunx għadu jista' jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess.

(f)

Minbarra l-punt (e), għall-ħelikopters imsemmija fil-punt (a)(2) li jkun inħarġilhom CofA individwali fl-1 ta' Awwissu 1999 jew wara dik id-data:

(1)

is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni b'mod awtomatiku qabel ma l-ħelikopter jibda jimxi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sa tmiem it-titjira meta l-ħelikopter ma jkunx għadu jista' jkompli jimxi bil-qawwa tiegħu stess; kif ukoll

(2)

skont id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika, is-CVR għandu jibda r-reġistrazzjoni malajr kemm jista' jkun waqt il-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota qabel ma tinxtegħel il-magna fil-bidu tat-titjira u għandu jibqa' għaddej biha sal-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira.

(g)

Jekk is-CVR mhuwiex utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk is-CVR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(k)

F'CAT.IDE.H.190, il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

Jekk ir-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk l-FDR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(l)

F'CAT.IDE.H.195, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

Jekk ir-reġistratur ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk ir-reġistratur ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

3.

L-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(a)

F'NCC.GEN.106 (a), il-punt (9) jinbidel b'dan li ġej:

“(9)

jiġi żgurat li:

(i)

ir-reġistraturi tat-titjira ma jiġux inattivati jew mitfija matul it-titjira;

(ii)

fil-każ ta' okkorrenza għajr aċċident jew inċident serju li għandu jiġi rrappurtat skont il-punt ORO.GEN.160(a), ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira ma jitħassrux apposta; kif ukoll

(iii)

fil-każ ta' aċċident jew inċident serju, jew jekk iż-żamma tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira tkun immexxija mill-awtorità ta' investigazzjoni:

(A)

ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjiriet ma jitħassrux apposta;

(B)

ir-reġistraturi tat-titjira jiġu diżattivati minnufih wara li titlesta t-titjira; kif ukoll

(C)

jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni għaż-żamma tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira qabel ma jiġi evakwat il-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.”.

(b)

Il-punt NCO.GEN.145 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“NCC.GEN.145 Trattament tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistratur tat-titjira: żamma, produzzjoni, protezzjoni u użu”.

(ii)

il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Wara aċċident, inċident serju jew okkorrenza identifikata mill-awtorità ta' investigazzjoni, l-operatur ta' inġenju tal-ajru gћandu jżomm id-dejta oriġinali li tkun ġiet irreġistrata gћal perjodu ta' 60 jum jew sakemm l-awtorità ta' investigazzjoni ma tordnalux jagħmel mod ieћor.”.

(iii)

il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 996/2010:

(1)

Ħlief biex tiġi żgurata s-servizzibbiltà tas-CVR, ir-reġistrazzjonijiet tas-CVR ma għandhomx jiġu żvelati jew użati ħlief jekk:

(i)

tkun fis-seħħ proċedura marbuta mat-trattament tar-reġistrazzjonijiet tas-CVR u tat-traskrizzjoni tagħhom;

(ii)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel; kif ukoll

(iii)

jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza.

(1a)

Meta r-reġistrazzjoni tas-CVR tiġi spezzjonata biex tiġi żgurata s-servizzibbiltà tas-CVR, l-operatur għandu jiżgura l-privatezza tar-reġistrazzjoni tas-CVR u r-reġistrazzjoni tas-CVR ma għandhiex tiġi żvelata jew użata għal skopijiet oħra ħlief biex tiġi żgurata s-servizzibbiltà tas-CVR.

(2)

Ir-reġistrazzjonijiet tal-FDR jew ir-reġistrazzjonijiet tal-kollegamenti bejn id-dejta għandhom jintużaw gћal finijiet oħrajn gћajr gћall-investigazzjoni dwar inċident jew aċċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju, biss f'każ li dawn ir-reġistrazzjonijiet:

(i)

jintużaw mill-operatur għall-finijiet tal-ajrunavigabbiltà jew tal-manutenzjoni biss; jew

(ii)

ikun jitneħħielhom kull sors ta' identifikazzjoni; jew

(iii)

ikunu żvelati skont proċeduri sikuri”.

(c)

Il-punt NCC.IDE.A.160 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Is-CVR għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas:

(1)

tul il-25 siegħa ta' qabel għall-ajruplani b'MCTOM ta' aktar minn 27 000 kg u li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2021 jew wara dik id-data; jew

(2)

tul is-sagħtejn ta' qabel fil-każijiet l-oħra kollha.”.

(ii)

il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

Jekk is-CVR mhuwiex utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk is-CVR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(d)

F'NCC.IDE.A.165, il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

Jekk ir-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk l-FDR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(e)

F'NCC.IDE.A.215, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'dawn li ġejjin:

(1)

ELT ta' kwalunkwe tip jew mezz ta' lokalizzazzjoni tal-inġenji tal-ajru li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness IV (il-Parti CAT), CAT.GEN.MPA.210, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, meta jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Lulju 2008 jew qabel;

(2)

ELT awtomatiku jew mezz ta' lokalizzazzjoni tal-inġenji tal-ajru li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżit tal-Anness IV (il-Parti CAT), CAT.GEN.MPA.210, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, meta jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2008.”.

(f)

F'NCC.IDE.A.170, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

Jekk ir-reġistratur ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk ir-reġistratur ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(g)

F'NCC.IDE.H.160, il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

Jekk is-CVR mhuwiex utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk is-CVR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(h)

F'NCC.IDE.H.165, il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

Jekk ir-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk l-FDR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(i)

F'NCC.IDE.H.170, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

Jekk ir-reġistratur ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk ir-reġistratur ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

4.

L-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(a)

F'SPO.GEN.107 (a), il-punt (9) jinbidel b'dan li ġej:

“(9)

jiġi żgurat li:

(i)

ir-reġistraturi tat-titjira ma jiġux inattivati jew mitfija matul it-titjira;

(ii)

fil-każ ta' okkorrenza għajr aċċident jew inċident serju li għandu jiġi rrappurtat skont il-punt ORO.GEN.160(a), ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira ma jitħassrux apposta; kif ukoll

(iii)

fil-każ ta' aċċident jew inċident serju, jew jekk iż-żamma tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira tkun immexxija mill-awtorità ta' investigazzjoni:

(A)

ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjiriet ma jitħassrux apposta;

(B)

ir-reġistraturi tat-titjira jiġu diżattivati minnufih wara li titlesta t-titjira; kif ukoll

(C)

jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni għaż-żamma tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistraturi tat-titjira qabel ma jiġi evakwat il-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira.”.

(b)

Il-punt SPO.GEN.145 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“SPO.GEN.145 Trattament tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistratur tat-titjira: żamma, produzzjoni, protezzjoni u użu — operazzjonijiet b'inġenji tal-ajru kumplessi li jaħdmu bil-magni”

(ii)

il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Wara aċċident, inċident serju jew okkorrenza identifikata mill-awtorità ta' investigazzjoni, l-operatur ta' inġenju tal-ajru gћandu jżomm id-dejta oriġinali li tkun ġiet irreġistrata gћal perjodu ta' 60 jum jew sakemm l-awtorità ta' investigazzjoni ma tordnalux jagħmel mod ieћor.”.

(iii)

il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 996/2010 u ħlief biex tiġi żgurata s-servizzibbiltà tas-CVR, ir-reġistrazzjonijiet tas-CVR ma għandhomx jiġu żvelati jew użati ħlief jekk:

(i)

tkun fis-seħħ proċedura marbuta mat-trattament tar-reġistrazzjonijiet tas-CVR u tat-traskrizzjoni tagħhom;

(ii)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-persunal tal-manutenzjoni kollha kkonċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel; u

(iii)

jintużaw biss għaż-żamma jew għat-titjib tas-sikurezza..

Meta r-reġistrazzjoni tas-CVR tiġi spezzjonata biex tiġi żgurata s-servizzibbiltà tas-CVR, l-operatur għandu jiżgura l-privatezza tar-reġistrazzjoni tas-CVR u r-reġistrazzjoni tas-CVR ma għandhiex tiġi żvelata jew użata għal skopijiet oħra ħlief biex tiġi żgurata s-servizzibbiltà tas-CVR.”.

(c)

Il-punt SPO.IDE.A.140 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Is-CVR għandu jkun kapaċi jżomm id-dejta rreġistrata mill-inqas:

(1)

tul il-25 siegħa ta' qabel għall-ajruplani b'MCTOM ta' aktar minn 27 000 kg u li jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2021 jew wara dik id-data; jew

(2)

tul is-sagħtejn ta' qabel fil-każijiet l-oħra kollha.”.

(ii)

il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

Jekk is-CVR mhuwiex utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk is-CVR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(d)

F'SPO.IDE.A.145, il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

Jekk ir-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk l-FDR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(e)

F'SPO.IDE.A.150, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

Jekk ir-reġistratur ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk ir-reġistratur ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(f)

F'SPO.IDE.A.190, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

L-ajruplani għandhom ikunu mgħammra b'dawn li ġejjin:

(1)

ELT ta' kwalunkwe tip jew mezz ta' lokalizzazzjoni tal-inġenji tal-ajru li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness IV (il-Parti CAT), CAT.GEN.MPA.210, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, meta jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba fl-1 ta' Lulju 2008 jew qabel;

(2)

ELT awtomatiku jew mezz ta' lokalizzazzjoni tal-inġenji tal-ajru li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness IV (il-Parti CAT), CAT.GEN.MPA.210, tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, meta jkun inħarġilhom CofA individwali għall-ewwel darba wara l-1 ta' Lulju 2008; jew

(3)

ELT tas-sopravivenza (ELT(S)) jew apparat ta' sinjalar personalizzat għas-sejbien (PLB — personal locator beacon) li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn xi ħadd speċjalizzat fil-kompitu, meta l-ajruplan ikun iċċerifikat għal konfigurazzjoni massima ta' sitta jew anqas.”.

(g)

F'SPO.IDE.H.140, il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

Jekk is-CVR mhuwiex utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk is-CVR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(h)

F'SPO.IDE.H.145, il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

Jekk ir-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR) ma jkunx utilizzabbli, għandu jkollu apparat li jgħin biex dan jinstab meta jkun taħt l-ilma. Dan l-apparat għandu jkollu ħin minimu ta' trażmissjoni taħt l-ilma ta' 90 jum, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Jekk l-FDR ikun utilizzabbli, għandu jkollu trażmettitur lokalizzatur tal-emerġenza awtomatiku.”.

(i)

F'SPO.IDE.H.150, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej: