12.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/44 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/2313
tat-30 ta' Novembru 2015
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta' Ġunju 2015, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja inizjalaw Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), kif ukoll il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), li jagħtu lill-bastimenti tal-Unjoni opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li tagħhom ir-Repubblika tal-Liberja għandha s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fejn jidħol is-sajd. |
(2) |
Fit-30 ta' Novembru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/2312 (1) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim u tal-Protokoll. |
(3) |
Għandu jiġi ddefinit il-metodu kif dawn l-opportunitajiet tas-sajd ser jitqassmu fost l-Istati Membri kemm għall-perijodu tal-applikazzjoni provviżorja u kemm għall-perijodu kollu tal-Protokoll. |
(4) |
Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (2), il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati jekk jidher li l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni skont il-Protokoll ma jintużawx kollha. In-nuqqas ta' risposta dwar dan qabel l-iskadenza li jiffissal-Kunsill għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat ma jkunux qed jużaw għalkollox l-opportunitajiet tagħhom tas-sajd tul il-perijodu kkunsidrat. |
(5) |
L-Artikolu 12 tal-Protokoll jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll mid-data tal-iffirmar tiegħu. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:
(a) |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni:
|
(b) |
bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:
|
2. Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim.
3. Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mingħand l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jużawx l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd mingħand xi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
4. L-iskadenza sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li mhumiex qed jużaw għalkollox l-opportunitajiet tas-sajd li ngħatawlhom skont il-Protokoll, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, għandha tkun ta' 10 ijiem ta' xogħol mid-data meta l-Kummissjoni titlobhom tali konferma.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
É. SCHNEIDER
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2312 tat-30 ta' Novembru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).