4.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2244

tat-3 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2), jistipula li għandu jkun hemm sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness XVIII tiegħu. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3).

(2)

Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) li ġie konkluż matul il-laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj dwar il-kummerċ u fid-dawl tal-aktar dejta reċenti disponibbli għall-2012, l-2013 u l-2014, il-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq ċertu frott u ħxejjex għandu jiġi emendat b'effett mill-1 ta' Novembru 2015.

(3)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan. Għal raġunijiet ta' leġġibbiltà, jeħtieġ li l-Anness XVIII ta' dak ir-Regolament jinbidel fl-intier tiegħu.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVIII tar-Regolament (UE) Nru 543/2011 huwa mibdul bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVIII

DAZJI ADDIZZJONALI FUQ L-IMPORTAZZJONI: IT-TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2

Mingħajr ħsara għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata biss bħala indikattiva. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta' dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif kienu meta seħħet l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu ta' applikazzjoni

Livell tal-iskattar (f'tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta' Ottubru 2015 sal-31 ta' Mejju 2016

451 045

78.0020

Mill-1 ta' Ġunju 2016 sat-30 ta' Settembru 2016

29 768

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta' Mejju 2016 sal-31 ta' Ottubru 2016

16 093

78.0075

Mill-1 ta' Novembru 2015 sat-30 ta' April 2016

13 271

78.0085

0709 91 00

Qaqoċċ

Mill-1 ta' Novembru 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016

16 157

78.0100

0709 93 10

Zukkini

Mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015

Mill-1 ta' Jannar 2016 sat- 31 ta' Diċembru 2016

263 359

258 846

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta' Diċembru 2015 sal-31 ta' Mejju 2016

713 508

78.0120

0805 20 10

Klementina

Mill-1 ta' Novembru 2015 sal-aħħar ta' Frar 2016

267 618

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerine u satsuma); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru

Mill-1 ta' Novembru 2015 sal-aħħar ta' Frar 2016

105 541

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta' Ġunju 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015

Mill-1 ta' Ġunju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016

302 950

293 087

78.0160

Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Mejju 2016

65 269

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta' Lulju 2015 sal-20 ta' Novembru 2015

68 450

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Awwissu 2016

667 666

78.0180

Mill-1 ta' Settembru 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015

Mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016

464 902

54 155

78.0220

0808 30 90

Lanġas

Mill-1 ta' Jannar 2016 sat-30 ta' April 2016

170 513

78.0235

Mill-1 ta' Lulju 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015

Mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016

235 468

118 018

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta' Ġunju 2016 sal-31 ta' Lulju 2016

5 422

78.0265

0809 29 00

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta' Mejju 2016 sal-10 ta' Awwissu 2016

29 831

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

Mill-11 ta' Ġunju 2016 sat-30 ta' Settembru 2016

4 701

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

Mill-11 ta' Ġunju 2016 sat-30 ta' Settembru 2016

17 825 ”