2.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2222

tal-1 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-infiq, l-approvazzjoni tal-konformità u l-kontenut tal-kontijiet annwali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u partikolarment l-Artikoli 36(6), 53(1)(b) u 57(2)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kumissjoni (UE) Nru 908/2014 (2) jistabbilixxi kif għandu jiġi kkalkulat il-kontribut li l-Unjoni għandha tħallas fir-rigward tan-nefqa ddikjarata. Għandu jiġi ċċarat li din id-dispożizzjoni tapplika għall-pagamenti marbutin mal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u mal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (4).

(2)

Għaldaqstant, għandu jiġi ċċarat iktar li, fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-kalkolu tal-kontribut tal-Unjoni għandu jissejjes fuq ir-rata ta' kontribuzzjoni mingħand il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għal kull miżura, kull tip ta' operat b'rata ta' kontribuzzjoni speċifika tal-FAEŻR, u kull għajnuna teknika msemmija fil-pjan ta' finanzjament, u għandu jiġi ċċarat ukoll li, fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-kalkolu għandu jissejjes fuq ir-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR għal kull prijorità msemmija fil-pjan ta' finanzjament.

(3)

Skont l-Artikolu 70(4c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri li qegħdin jirċievu għajnuna finanzjarja jistgħu jidderogaw mir-rati massimi ta' kofinanzjament tal-FAEŻR stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 5 tal-istess Artikolu. Għaldaqstant, jeħtieġ li fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jissemma kif għandu jiġi kkalkulat il-kontribut tal-Unjoni fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali emendati skont l-Artikolu 70(4c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(4)

Barra minn hekk, jixraq li fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jiġi ċċarat li, fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-pagamenti interim huma limitati għall-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lil kull prijorità.

(5)

L-Artikolu 34(9) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jipprevedi li, fejn ikun ġustifikat, il-Kummissjoni tista' ttawwal il-perjodi ta' żmien rilevanti stipulati fil-paragrafi 3 u 4 tal-istess Artikolu. Anki jekk l-Artikolu 34(5) jirreferi lura għall-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu, jixraq ukoll li jiġi inkluż il-paragrafu 5 fil-kontroreferenza tal-Artikolu 34(9) sabiex joħroġ biċ-ċar li l-paragrafu 9 japplika għal kull perjodu ta' żmien rilevanti msemmi fil-paragrafi 3, 4 u 5 tal-Artikolu 34.

(6)

L-Artikolu 34 u l-Artikolu 40 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistipulaw perjodi ta' żmien matul il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità tal-kontijiet u l-proċedura tal-konċiljazzjoni, rispettivament. L-esperjenza miksuba b'rabta mal-applikazzjoni ta' dawk il-perjodi ta' żmien uriet li huwa xieraq li ma jitqiesx ix-xahar ta' Awwissu fil-kalkolu tal-perjodi ta' żmien, billi Awwissu s-soltu jkun il-perjodu tal-btajjel.

(7)

Il-mudell ta' tabella stipulat fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 għandu jiġi emendat biex jiġu kkoreġuti ċerti ineżattezzi. B'mod partikulari, għal każijiet ġodda ta' irregolarità, ma għadux jitqies meħtieġ ir-rekwiżit li jiġi rrappurtat jekk il-każ huwiex inkluż fil-ktieb tad-debituri, billi l-każijiet kollha rrappurtati fit-tabella tal-Anness II għandhom ikunu diġà mniżżlin fil-ktieb tad-debituri skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 908/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 23, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'li ġej:

“1.   Il-kontribut tal-Unjoni li għandu jitħallas fir-rigward tal-infiq pubbliku eleġibbli għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)

fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005: għal kull perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 22(2) ta' dan ir-Regolament abbażi tar-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR għal kull prijorità msemmija fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fl-ewwel jum tal-istess perjodu;

(b)

fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013: għal kull perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 22(2) ta' dan ir-Regolament abbażi tar-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR għal kull miżura, kull tip ta' operat b'rata ta' kontribuzzjoni speċifika tal-FAEŻR u kull għajnuna teknika msemmija fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fl-ewwel jum tal-istess perjodu.

Il-kalkolu għandu jqis il-korrezzjonijiet għall-kontribut tal-Unjoni kif iddikjarat fid-dikjarazzjoni tan-nefqa ta' dak il-perjodu.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-programmi ta' żvilupp rurali emendati skont l-Artikolu 70(4c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, il-kontribut tal-Unjoni għandu jiġi kkalkulat abbażi tar-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR għal kull prijorità msemmija fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fl-aħħar jum tal-perjodu ta' referenza.

2.   Mingħajr ħsara għal-limitu stipulat fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fejn it-total ikkombinat tal-kontribut tal-Unjoni li għandu jitħallas fil-qafas tal-programm ta' żvilupp rurali jisboq it-total ipprogrammat għal ċerta miżura, fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jew ipprogrammat għal ċerta prijorità, fir-rigward tal-programmi ta' żvilupp rurali msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-ammont li għandu jitħallas għandu jitnaqqas sal-ammont ipprogrammat għal dik il-miżura jew prijorità. Kull kontribut tal-Unjoni eskluża b'riżultat ta' dan jista' jitħallas aktar 'il quddiem, dejjem jekk l-Istat Membru jkun ressaq pjan ta' finanzjament u dan ikun ġie aċċettat mill-Kummissjoni.”

(2)

L-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 9 jinbidel b'li ġej:

“9.   F'każijiet iġġustifikati kif xieraq li għandhom jiġu mgħarrfa lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' ttawwal il-perjodi ta' żmien stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 5.”;

(b)

Jiżdied il-paragrafu 11 li ġej:

“11.   Fejn il-perjodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 jinkludu, bis-sħiħ jew parzjalment, ix-xahar ta' Awwissu, dawk il-perjodi ta' żmien għandhom jiġu sospiżi matul dak ix-xahar.”

(3)

Fl-Artikolu 40, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Fejn il-perjodi ta' żmien imsemmija fil-paragrafi 1, 3, u 4 jinkludu, bis-sħiħ jew parzjalment, ix-xahar ta' Awwissu, dawk il-perjodi ta' żmien għandhom jiġu sospiżi matul dak ix-xahar.”

(4)

L-Anness II jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Caude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1). Ir-Regolament imħassar bir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 mill-1 ta' Jannar 2014.


ANNESS

“ANNESS II

Mudell ta' tabella msemmi fl-Artikolu 29(f)

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(f) għandha tiġi pprovduta għal kull aġenzija tal-pagamenti bl-użu ta' din it-tabella:

Każijiet ġodda (1)

Każijiet antiki (2)

 

 

x

x

Aġenzija tal-Pagamenti

A

x

x

Fond

B

x

x

Każ (ġdid/antik):

AA

x

 

Sena finanzjarja tan-nefqa tal-oriġini

V1 (3)

x

 

Kodiċijiet tal-baġit tan-nefqa tal-oriġini

V2 (4)

x

x

Sena finanzjarja n

C

x

x

Unità tal-valuta

D

x

x

Numru tal-identifikazzjoni tal-każ

E

x

x

Identifikazzjoni tal-OLAF jekk applikabbli (5)

F

 

x

Każ fil-ktieb tad-debituri

G

x

x

Identifikazzjoni tal-benefiċjarju

H

x

x

Programm magħluq (għall-FAEŻR biss)

I

x

 

Data tal-approvazzjoni tar-rapport ta' kontroll jew dokument simili kif imsemmi fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013

W

 

x

Sena finanzjarja tas-sejba primarja tal-irregolarità

J

x

 

Data tat-talba tal-irkupru

x

x

x

Soġġett għal proċeduri ġudizzjarji

K

 

x

Ammont oriġinali li għandu jiġi rkuprat

L

x

 

Ammont oriġinali li għandu jiġi rkuprat (prinċipali)

L1

x

 

Ammont oriġinali li għandu jiġi rkuprat (imgħax)

L2

x

 

Ammont prinċipali li għalih kien għaddej l-irkupru fl-aħħar tas-sena finanzjarja n – 1

Y1

x

 

Imgħax li għalih kien għaddej l-irkupru fl-aħħar tas-sena finanzjarja n – 1

Y2

 

x

Ammont totali kkoreġut (il-perjodu ta' rkupru kollu)

M

 

x

Ammont totali rkuprat (il-perjodu ta' rkupru kollu)

N

 

x

Ammont li ġie ddikjarat irrikuperabbli

O

x

 

Ammont (prinċipali) iddikjarat irrikuperabbli

O1

x

 

Ammont (imgħax) iddikjarat irrikuperabbli

O2

x

x

Sena finanzjarja tal-istabbiliment tal-irrikuperabbiltà

P

x

x

Raġuni għall-irrikuperabbiltà

Q

 

x

Ammont ikkoreġut (fis-sena finanzjarja n)

R

x

 

Ammont ikkoreġut (prinċipali) (fis-sena finanzjarja n)

R1

x

 

Ammont ikkoreġut (imgħax) (fis-sena finanzjarja n)

R2

x

 

Imgħax (fis-sena finanzjarja n)

Z

 

x

Ammonti irkuprati (fis-sena finanzjarja n)

S

x

 

Ammont irkuprat (prinċipali) (fis-sena finanzjarja n)

S1

x

 

Ammont irkuprat (imgħax) (fis-sena finanzjarja n)

S2

x

x

Ammont li għalih għadu għaddej l-irkupru

T

x

 

Ammonti (prinċipali) li għalih għadu għaddej l-irkupru

T1

x

 

Imgħax li għalih għadu għaddej l-irkupru

T2

x

 

Ammont soġġett għar-regola ta' 50/50 kif stipulat fl-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fi tmiem is-sena finanzjarja n

BB

x

x

Ammonti li għandu jiġi kkreditat lill-baġit tal-UE

U

‘x’ tfisser li l-kolonna hija applikabbli.”


(1)  Dan jikkonċerna l-każijiet irrappurtati bl-użu tal-mudell stabbilit f'dan l-Anness, b'bidu mis-sena finanzjarja 2015.

(2)  Dan jikkonċerna l-każijiet irrappurtati bl-użu tal-mudell stabbilit f'dan l-Anness sas-sena finanzjarja 2014 inkluża.

(3)  Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta b'bidu mis-sena finanzjarja 2016.

(4)  Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta b'bidu mis-sena finanzjarja 2016.

(5)  Dan jikkonċerna n-numru/i ta' referenza tal-OLAF (numri ta' notifikazzjoni tal-IMS).