25.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/7


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2171

tal-24 ta' Novembru 2015

li jemenda d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu applikabbli fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 94/800/KE (2) il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3). Il-Ftehim għandu jkun applikat għal kwalunkwe kuntratt ta' akkwisti b'valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“livelli limitu”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' prelevament.

(2)

Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2014/25/UE huwa li tippermetti lill-entitajiet kontraenti li japplikawha biex fl-istess waqt ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-livelli limitu stabbiliti permezz ta' din id-Direttiva għall-kuntratti pubbliċi li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f'euro, aġġustati 'l isfel għall-eqreb elf, tal-livelli limitu stipulati fil-Ftehim.

(3)

Għal raġunijiet ta' koerenza, huwa xieraq li jiġu allinjati wkoll il-livelli limitu tad-Direttiva 2014/25/UE li mhumiex koperti mill-Ftehim. Id-Direttiva 2014/25/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

Peress li l-kalkolu tal-livelli limitu riveduti għandu jsir abbażi ta' valur medju tal-euro għal perjodu definit li jagħlaq fil-31 ta' Awwissu u l-livelli limitu riveduti għandhom jiġu ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-bidu ta' Novembru, meta jiġi applikat dan ir-Regolament għandha tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a) l-ammont “EUR 414 000” jinbidel b'“EUR 418 000”,

(b)

fil-punt (b), l-ammont “EUR 5 186 000” jinbidel b'“EUR 5 225 000”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunitа Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(3)  Il-Ftehim huwa ftehim plurilaterali fi ħdan il-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. L-għan tal-Ftehim huwa li jwassal għall-ftuħ reċiproku tas-swieq tal-akkwisti pubbliċi fost il-partijiet tiegħu.