19.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 302/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/2072

tas-17 ta' Novembru 2015

li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1221/2014 u (UE) 2015/104

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jirrikjedi li jiġu addottati miżuri ta' konservazzjoni, b'kont meħud tal-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli inklużi, fejn rilevanti, ir-rapporti tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (“STECF”) u entitajiet konsultattivi oħra, kif ukoll fid-dawl ta' kwalunkwe parir mill-Kunsilli Konsultattivi.

(3)

Il-Kunsill għandu r-responsabbiltà li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inklużi ċerti kundizzjonijiet li huma marbuta b'mod funzjonali magħhom, skont il-każ. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b'tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk ta' ħut jew tas-sajd u filwaqt li jittieħed kont debitu tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) stipulati f ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(4)

Għalhekk, il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-pariri xjentifiċi disponibbli, billi jitqiesu aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati.

(5)

L-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet soġġetti għal pjanijiet pluriennali speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti skont ir-regoli stipulati f'dawk il-pjanijiet. Għaldaqstant, il-limiti tal-qbid għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (2).

(6)

Minħabba bidliet fil-bijoloġija tal-istokk tal-merluzz tal-Lvant, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (“ICES”) ma setax jistabbilixxi l-punti ta' referenza bijoloġiċi għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fis-sottodiviżjonijiet 25-32 tal-ICES, u minflok ta parir li t-TAC għal dak l-istokk tal-bakkaljaw tiġi bbażata fuq l-approċċ ta' data limitata. Minħabba n-nuqqas ta' punti ta' referenza bijoloġiċi. hu impossibbli li jiġu segwiti r-regoli għall-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokk tal-bakkaljaw f'dawk is-sottodiviżjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1098/2007. Billi n-nuqqas ta' ffissar jew ta' allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd jista' jhedded serjament is-sostenibbiltà tal-istokk tal-bakkaljaw, huwa xieraq li, sabiex nikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-PKS kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, it-TAC tiġi ffissata fuq il-bażi tal-approċċ ta' data limitata, fuq livell korrispondenti għall-approċċ żviluppat u rrakkomandat mill-ICES.

(7)

Minħabba approċċ ġdid mill-ICES għall-pariri xjentifiċi għall-fini tal-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw fis-sottodiviżjonijiet 22-24, huwa xieraq li jiġi applikat approċċ ta' pass pass għat-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd.

(8)

Fid-dawl tal-aħħar pariri xjentifiċi, sabiex jiġu protetti ż-żoni fejn ibid il-bakkaljaw tal-punent, huwa xieraq li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu ffissati barra l-perijodi meta jbid (15 ta' Frar — 31 ta' Marzu 2016, u għalhekk mhux fix-xahar ta' April, kif applikabbli preċedentement). L-iffissar ta' opportunitajiet tas-sajd b'dan il-mod ser jikkontribwixxi għall-iżvilupp pożittiv tal-istokk u b'hekk għall-kisba tal-objettivi tal-PKS kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(9)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistabbilixxi l-objettiv tal-PKS li tintlaħaq ir-rata ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli sal-2015 fejn possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha. Peress li jekk tintlaħaq dik ir-rata ta' sfruttament sal-2016 jkun hemm konsegwenzi serji għas-sostenibbiltà soċjali u ekonomika tal-flotot li jistadu l-istokkijiet tal-laċċa kaħla u l-aringi, huwa aċċettabbli li dik ir-rata ta' sfruttament tintlaħaq mhux aktar tard mill-2017. L-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal dawk l-istokkijiet għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li jiżgura li r-rata ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli tintlaħaq b'mod inkrementali sa dik id-data.

(10)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stipulati f'dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (3), u b'mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni tal-qabdiet u l-isforzi tas-sajd, u t-trażmissjoni tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd lill-Kummissjoni. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jispeċifika l-kodiċijiet marbuta mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jibgħatu d-data lill-Kummissjoni.

(11)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4) introduċa kondizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà, skont l-Artikoli 3 u 4, għat-TAC prekawzjonarji u analitiċi. Skont l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, meta jiffissa t-TACs, il-Kunsill għandu jiddeċiedi liema huma dawk stokkijiet li għalihom ma għandhomx japplikaw l-Artikoli 3 u 4, b'mod partikolari abbażi tal-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet. Iktar reċentement, il-mekkaniżmu ta' flessibbiltà minn sena għal sena ġie introdott mill-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-istokkijiet kollha soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art. Għalhekk, sabiex tiġi evitata flessibbiltà eċċessiva li tikkomprometti l-prinċipju tal-isfruttament razzjonali u responsabbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, ixxekkel il-kisba tal-objettivi tal-PKS u teqred l-istatus bijoloġiku tal-istokkijiet, għandu jiġi stabbiliti li l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplikaw għat-TACs analitiċi biss fejn ma tintużax il-flessibbiltà minn sena għal sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(12)

Fl-2015, fid-dawl tal-embargo impost mill-Federazzjoni Russa fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd mill-Unjoni, ġiet introdotta flessibbiltà ta' 25 % f'termini ta' trasferiment ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati għall-istokkijiet li ġew l-aktar serjament jew direttament milquta mill-embargo Russu. Fid-dawl ta' ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkonsistu fi proroga u estensjoni ta' dak l-embargo fir-rigward tal-Unjoni, kif ukoll in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' ċerti swieq tradizzjonali, u fid-dawl tal-pariri xjentifiċi, huwa xieraq li l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet li ma ntużawx fl-2015 ikunu jistgħu jiġu trasferiti għall-2016 sa livell ta' 25 %, u fir-rigward tal-kavalli tal-Atlantiku tal-Grigal, sa livell ta' 17,5 % tal-kwota inizjali tal-2015. Huwa għalhekk xieraq li tiġi introdotta tali flessibbiltà kemm fir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (5) u (UE) 2015/104 (6). Ma għandha tapplika l-ebda flessibbiltà oħra għat-trasferiment ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati fir-rigward tal-istokkijiet ikkonċernati.

(13)

Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u biex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016. Għal raġunijiet ta' urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Għar-raġunijiet deskritti fil-premessa 12, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-possibbiltà tat-trasferiment ta' dawk l-opportunitajiet tas-sajd li ma jintużawx fl-2015 għandhom japplikaw b'effett mill-1 ta' Jannar 2015,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar Baltiku għall-2016.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ICES” tfisser Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar;

(2)

“Baħar Baltiku” tfisser iż-żoni ICES IIIb, IIIc u IIId;

(3)

“sottodiviżjoni” tfisser sottodiviżjoni ICES tal-Baħar Baltiku kif definita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (7);

(4)

“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(5)

“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u rreġistrat fl-Unjoni;

(6)

“stokk” tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tinsab f'żona ta' ġestjoni partikolari;

(7)

“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta' kull stokk li tista':

(i)

tinqabad fuq perijodu ta' sena, għal attivitajiet tas-sajd li huma soġġetti għal obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; jew

(ii)

tinħatt l-art fuq perjodu ta' sena, għal attivitajiet tas-sajd li mhumiex soġġett għal obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(8)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, Stat Membru jew pajjiż terz.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

TACs u allokazzjonijiet

It-TACs, il-kwoti u, fejn ikun il-każ, il-kondizzjonijiet marbutin b'mod funzjonali mat-TACs huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet ta' opportunitajiet tas-sajd

L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri, kif stipulat f'dan ir-Regolament, għandha tkun bla preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)

ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(d)

kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jew trasferiti skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(e)

tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art ta' qabdiet u qabdiet inċidentali mhux soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art

1.   Qabdiet ta' speċi soġġetti għal limiti fuq il-qbid u li nqabdu f'żoni tas-sajd speċifikati fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art, kif stabbilit fl-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament.

2.   Qabdiet u qabdiet inċidentali tal-barbun tat-tbajja' għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss meta jkunu saru minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru li għandu kwota u sakemm dik il-kwota ma' tkunx ġiet eżawrita.

3.   L-istokkijiet ta' speċi mhux fil-mira fil-limiti bijoloġiċi sikuri msemmija fl-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 huma identifikati fl-Anness għall-finijiet tad-deroga mill-obbligu li l-qabdiet jingħaddu skont il-kwoti rilevanti previsti f'dak l-Artikolu.

KAPITOLU III

FLESSIBBILTÀ FL-IFFISSAR TAL-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD TA' ĊERTI STOKKIJIET

Artikolu 7

Emenda għar-Regolament (UE) 2015/104

Fir-Regolament (UE) 2015/104, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 18a

Flessibbiltà fl-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd ta' ċerti stokkijiet

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika għall-istokkijiet li ġejjin:

(a)

il-kavalli fiż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIb, IIIc u IIId;

(b)

il-kavalli fiż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali ta' Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta' IIa, XII u XIV;

(c)

il-kavalli fl-ilmijiet Norveġiżi ta' IIa u IVa;

(d)

l-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni, dawk Norveġiżi u dawk internazzjonali ta' I u II;

(e)

l-aringa fil-Baħar tat-Tramuntana fit-tramuntana ta' 53° N;

(f)

l-aringa fiż-żoni IVc u VIId;

(g)

l-aringa fiż-żoni VIIa, VIIg, VIIh, VIIj u VIIk;

(h)

is-sawrell fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IVa, VI, VIIa-c, VIIe-k, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali ta' Vb; fl-ilmijiet internazzjonali ta' XII u XIV.

2.   Kull kwantità sa 25 % tal-kwota inizjali ta' Stat Membru tal-istokkijiet identifikati fil-punti (d) sa (h) tal-paragrafu 1 li ma tkunx ġiet intużata fl-2015 għandha tinżdied għall-finijiet tal-kalkolu tal-kwota tal-Istat Membru kkonċernat għall-istokk rilevanti għall-2016. Dik il-perċentwali għandha tkun ta' 17,5 % għal stokkijiet identifikati fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1. Għandu jittieħed kont ta' kull kwantità trasferita lil Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u ta' kull kwantità mnaqqsa skont l-Artikoli 37, 105, u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 sabiex jiġu stabbiliti l-kwantitajiet użati u l-kwantitajiet mhux użati skont dan il-paragrafu.

3.   Fejn Stat Membru uża l-għażla prevista fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' stokk partikolari, ma għandha tapplika l-ebda flessibbiltà oħra fir-rigward ta' trasferiment ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati fir-rigward ta' dak l-istokk.”.

Artikolu 8

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1221/2014

Fir-Regolament (UE) Nru 1221/2014, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5a

Flessibbiltà fl-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd ta' ċerti stokkijiet

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika għall-istokkijiet li ġejjin:

(a)

l-aringa fis-sottodiviżjoni 30-31 tal-ICES;

(b)

l-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottodiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-ICES;

(c)

l-aringa fis-sottodiviżjoni 28.1 tal-ICES;

(d)

il-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottodiviżjonijiet 22-32 tal-ICES.

2.   Kull kwantità ta' mhux aktar minn 25 % tal-kwota inizjali ta' Stat Membru tal-istokkijiet identifikati fil-paragrafu 1 li ma ntużatx fl-2015 għandha tinżdied sabiex tiġi kkalkulata l-kwota tal-Istat Membru kkonċernat għall-istokk rilevanti għall-2016. Għandu jittieħed kont ta' kull kwantità trasferita lil Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u ta' kull kwantità mnaqqsa skont l-Artikoli 37, 105, u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 sabiex jiġu stabbiliti l-kwantitajiet użati u l-kwantitajiet mhux użati skont dan il-paragrafu.

3.   Fejn Stat Membru uża l-għażla prevista fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' stokk partikolari, ma għandha tapplika l-ebda flessibbiltà oħra fir-rigward ta' trasferiment ta' opportunitajiet tas-sajd mhux użati fir-rigward ta' dak l-istokk.”.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 9

Trażmissjoni tad-data

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data li tirrigwarda l-kwantitajiet tal-istokkijiet maqbuda jew li nħattu l-art lill-Kumissjoni, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Flessibbiltà

1.   Ħlief meta jkun speċifikat mod ieħor fl-Anness għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għall-istokkijiet soġġetti għal TAC prekawzjonarja u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitika.

2.   L-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà ta' sena b'sena prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Madankollu, l-Artikoli 7 u 8 għandhom japplikaw b'effett mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 tal-10 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) Nru 1180/2013 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.)


ANNESS

TACs applikabbli għall-bastimenti TAS-sajd tal-Unjoni f'żoni fejn jeżistu t-TACs skont l-ispeċi u ż-żona

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f'tunnellati ta' piż ħaj, ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kondizzjonijiet marbuta magħhom b'mod funzjonali.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Ir-referenza għall-istokkijiet tal-ħut hija skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hija prevista t-tabella komparattiva li ġejja tal-ismijiet bil-Latin u l-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi Alpha-3

Isem komuni

Clupea harengus

HER

Aringa

Gadus morhua

COD

Bakkaljaw

Pleuronectes platessa

PLE

Barbun tat-tbajja'

Salmo salar

SAL

Salamun tal-Atlantiku

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla


Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

Sottodiviżjonijiet 30-31

HER/3D30.; HER/3D31.

Finlandja

99 098

 

 

Żvezja

21 774

 

 

Unjoni

120 872

 

 

TAC

120 872

 

TAC analitika


Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

Sottodiviżjonijiet 22-24

HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24.

Danimarka

3 683

 

 

Ġermanja

14 496

 

 

Finlandja

2

 

Għandu japplika l-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament.

Polonja

3 419

 

 

Żvezja

4 674

 

 

Unjoni

26 274

 

 

TAC

26 274

 

TAC analitika

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.


Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.2; HER/3D29.; HER/3D32.

Danimarka

3 905

 

 

Ġermanja

1 035

 

 

Estonja

19 942

 

Għandu japplika l-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament.

Finlandja

38 927

 

 

Latvja

4 921

 

 

Litwanja

5 182

 

 

Polonja

44 224

 

 

Żvezja

59 369

 

 

Unjoni

177 505

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika


Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

Sottodiviżjoni 28.1

HER/03D.RG

Estonja

16 124

 

 

Latvja

18 791

 

Għandu japplika l-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament.

Unjoni

34 915

 

 

TAC

34 915

 

TAC analitika


Speċi

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 25-32

COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32.

Danimarka

9 451

 

 

Ġermanja

3 760

 

 

Estonja

921

 

 

Finlandja

723

 

 

Latvja

3 514

 

 

Litwanja

2 315

 

 

Polonja

10 884

 

 

Żvezja

9 575

 

 

Unjoni

41 143

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC ta' prekawzjoni

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.


Speċi:

Bakkaljaw

Gadus morhua

Żona:

Sottodiviżjonijiet 22-24

COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Danimarka

5 552  (1)

 

 

Ġermanja

2 715  (1)

 

 

Estonja

123 (1)

 

 

Finlandja

109 (1)

 

 

Latvja

459 (1)

 

 

Litwanja

298 (1)

 

 

Polonja

1 486  (1)

 

 

Żvezja

1 978  (1)

 

 

Unjoni

12 720  (1)

 

 

TAC

12 720  (1)

 

TAC analitika

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.


Speċi:

Barbun tat-tbajja'

Pleuronectes platessa

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-32

PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32.

Danimarka

2 890

 

 

Ġermanja

321

 

 

Polonja

605

 

 

Żvezja

218

 

 

Unjoni

4 034

 

 

TAC

4 034

 

TAC analitika


Speċi:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-31

SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31.

Danimarka

19 879  (2)

 

 

Ġermanja

2 212  (2)

 

 

Estonja

2 020  (2)

 

 

Finlandja

24 787  (2)

 

 

Latvja

12 644  (2)

 

 

Litwanja

1 486  (2)

 

 

Polonja

6 030  (2)

 

 

Żvezja

26 870  (2)

 

 

Unjoni

95 928  (2)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.


Speċi:

Salamun tal-Atlantiku

Salmo salar

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjoni 32

SAL/3D32.

Estonja

1 344  (3)

 

 

Finlandja

11 762  (3)

 

 

Unjoni

13 106  (3)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC ta' prekawzjoni


Speċi:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

Ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottodiviżjonijiet 22-32

SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

Danimarka

19 958

 

 

Ġermanja

12 644

 

 

Estonja

23 175

 

 

Finlandja

10 447

 

 

Latvja

27 990

 

 

Litwanja

10 125

 

 

Polonja

59 399

 

 

Żvezja

38 582

 

 

Unjoni

202 320

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika


(1)  Din il-kwota tista' tinqabad mill-1 ta' Jannar sal-14 ta' Frar u mill-1 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2016.

(2)  Espress fl-għadd ta' ħut individwali.

(3)  Espress fl-għadd ta' ħut individwali.