18.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 301/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2067

tas-17 ta' Novembru 2015

li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, kif ukoll ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(12) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 jinkludi obbligi dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji u ta' persuni fiżiċi. B'kuntrast mar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir kopert jinkludi wkoll, b'rabta maċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi, unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati. Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 jinkludi wkoll rekwiżiti rigward il-kontenut ta' programmi ta' ċertifikazzjoni, li fihom informazzjoni dwar it-teknoloġiji rilevanti li għandhom jissostitwixxu jew inaqqsu l-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u dwar l-użu sigur ta' dawn it-teknoloġiji.

(2)

Għalhekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jenħtieġ li jiġu aġġornati r-rekwiżiti minimi fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet, tal-ħiliet u tal-għarfien li għandhom jiġu koperti, b'tali mod li jiġu speċifikati l-modalitajiet taċ-ċertifikazzjoni u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku.

(3)

Sabiex jitqiesu l-iskemi ta' kwalifika u ta' ċertifikazzjoni eżistenti, b'mod partikolari dawk li ġew adottati fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, li sadanittant ġie mħassar, u r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 (3), dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu inkorporati f'dan ir-Regolament sa fejn ikun possibbli.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 303/2008 għandu jitħassar.

(5)

Sabiex l-Istati Membri jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-programmi tagħhom ta' ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi b'mod li dawn ikopru attivitajiet relatati ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati, huwa xieraq li r-rekwiżit għal pussess ta' ċertifikat skont dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Lulju 2017 fir-rigward ta' attivitajiet relatati ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għaċ-ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) b'rabta ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati, tagħmir ta' sistemi stazzjonarji ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) b'rabta ma' tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, kif ukoll il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati maħruġa skont dawn ir-rekwiżiti.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għal persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

kontrolli relatati mat-tnixxija minn tagħmir li jkun fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fi kwantitajiet ta' 5 tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 jew aktar u li ma jkunux jinsabu f'materjali f'għamla ta' ragħwa, sakemm it-tagħmir ma jiġix issiġillat b'mod ermetiku, jiġi ttikkettat bħala tali u jkun fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fi kwantitajiet ta' inqas minn 10 tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2;

(b)

irkupru;

(c)

stallazzjonijiet;

(d)

tiswijiet, manutenzjoni jew servisjar;

(e)

diżattivazzjoni.

2.   Għandu japplika wkoll għal kumpaniji li jwettqu l-attivitajiet li ġejjin f'dak li għandu x'jaqsam ma' tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, ta' kondizzjonament tal-arja u ta' pompi tas-sħana għal partijiet oħra:

(a)

stallazzjonijiet;

(b)

tiswijiet, manutenzjoni jew servisjar;

(c)

diżattivazzjoni.

3.   Dan ir-Regolament ma għandu japplika għall-ebda attivitajiet ta' manifattura jew ta' tiswija li jsiru fuq it-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1 fuq il-proprjetà tal-manifattur.

Artikolu 3

Ċertifikazzjoni ta' persuni fiżiċi

1.   Persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1) għandu jkollhom ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 4 għall-kategorija korrispondenti kif stipulat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Ċertifikati li juru li d-detentur jissoddisfa r-rekwiżiti biex iwettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1) għandhom jingħataw għall-kategoriji li ġejjin ta' persuni fiżiċi:

(a)

Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija I jistgħu jwettqu l-attivitajiet kollha stipulati fl-Artikolu 2(1);

(b)

Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija II jistgħu jwettqu l-attivitajiet stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1), bil-kundizzjoni li dawn ma jinvolvux li wieħed jiżgassa ċ-ċirkuwitu ta' refriġerazzjoni li fih ikun hemm gassijiet fluworurati b'effett ta' serra. Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija II jistgħu jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 2(1) b'rabta mat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1 u li fih jinsabu inqas minn 3 kilogrammi ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew, fil-każ ta' sistemi ssiġillati b'mod ermetiku u li huma mmarkati bħala tali, li jkun fihom inqas minn 6 kilogrammi ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

(c)

Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija III jistgħu jwettqu l-attività stipulata fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) b'rabta mat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1 u li fih jinsabu inqas minn 3 kilogrammi ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew, fil-każ ta' sistemi ssiġillati b'mod ermetiku u li huma mmarkati bħala tali, li jkun fihom inqas minn 6 kilogrammi ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

(d)

Persuni li għandhom ċertifikat tal-kategorija IV jistgħu jwettqu l-attività stipulata fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1), bil-kundizzjoni li dawn ma jinvolvux li wieħed jiżgassa ċ-ċirkuwitu ta' refriġerazzjoni li fih ikun hemm gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

3.   Il-paragrafu 1 ma japplikax għal persuni fiżiċi li jwettqu l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

ibbrejżajar, issaldjar jew iwweldjar ta' partijiet minn sistema jew biċċa minn tagħmir fil-kuntest ta' waħda mill-attivitajiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 2(1), li għandhom il-kwalifika meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex iwettqu tali attivitajiet, bil-kundizzjoni li dawn l-attivitajiet isiru taħt is-superviżjoni ta' persuna li għandha ċertifikat li jkopri l-attività rilevanti u li hija responsabbli b'mod sħiħ għat-twettiq tal-attività b'mod korrett;

(b)

l-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra minn tagħmir kopert mid-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) b'ċarġ ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra ta' inqas minn 3 kilogrammi u ta' inqas minn 5 tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2, f'postijiet koperti minn permess skont Artikolu 9(1) u l-Artikolu (2) ta' dik id-Direttiva, bil-kundizzjoni li dawk il-persuni fiżiċi jkunu impjegati tal-kumpanija li jkollha l-permess u li dawn ikunu lestew kors ta' taħriġ dwar il-ħiliet u l-għarfien minimi li jikkorrispondu għall-kategorija III kif stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, u li għalih tkun tista' tintwera attestazzjoni ta' kompetenza maħruġa mid-detentur tal-permess.

4.   Persuni fiżiċi li jwettqu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu qed isegwu kors ta' taħriġ bl-għan li jiksbu ċertifikat li jkopri l-attività rilevanti u

(b)

iwettqu l-attività taħt is-superviżjoni ta' persuna li għandha ċertifikat li jkopri l-attività u li hija responsabbli b'mod sħiħ għat-twettiq tal-attività b'mod korrett;

Id-deroga stipulata fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika tul il-perjodi li fihom jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1), u li b'kollox ma għandhomx jaqbżu l-24 xahar.

Artikolu 4

Ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi

1.   Korp ta' ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 għandu joħroġ ċertifikat lill-persuni fiżiċi li jkunu għaddew minn eżami tat-teorija u prattiku organizzat minn korp ta' valutazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 8, li jkopri l-ħiliet u l-għarfien minimi msemmija fl-Anness I, għall-kategorija kkonċernata.

2.   Iċ-ċertifikat għandu jkun fih tal-anqas dan li ġej:

(a)

isem il-korp taċ-ċertifikazzjoni, l-isem sħiħ tad-detentur, in-numru taċ-ċertifikat, u d-data tal-iskadenza, jekk ikun il-każ;

(b)

il-kategorija taċ-ċertifikazzjoni tal-persuni fiżiċi kif speċifikat fl-Artikolu 3(2) u l-attivitajiet assoċjati li d-detentur huwa intitolat li jwettaq, flimkien ma' speċifikazzjoni tat-tip ta' tagħmir ikkonċernat, jekk ikun il-każ;

(c)

id-data tal-ħruġ u l-firma tal-emittent.

3.   Meta sistema eżistenti ta' ċertifikazzjoni bbażata fuq eżami tkopri l-ħiliet u t-tagħrif minimi msemmija fl-Anness I għal kategorija partikolari u tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 8, iżda l-attestazjoni relatata ma tkunx tinkludi l-elementi stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-korp taċ-ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 7 jista' joħroġ ċertifikat lid-detentur ta' din il-kwalifika għall-kategorija korrispondenti mingħajr ma dan tal-aħħar ikollu għalfejn jerġa' jagħmel l-eżami.

4.   Fejn sistema eżistenti ta' ċertifikazzjoni bbażata fuq eżami għal persuni fiżiċi li jwettqu attività waħda jew aktar stipulati fl-Artikolu 2(1) b'rabta ma' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 u 8 u tkopri, b'mod parzjali, il-ħiliet minimi ta' kategorija partikolari skont kif imsemmi fl-Anness I, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jistgħu joħorġu ċertifikat għall-kategorija korrispondenti bil-kundizzjoni li l-applikant jgħaddi minn eżami supplimentari tal-ħiliet u tal-għarfien mhux koperti miċ-ċertifikazzjoni eżistenti minn korp ta' valutazzjoni li għalih issir referenza fl-Artikolu 8.

Artikolu 5

Ċertifikazzjoni ta' kumpaniji

Kumpaniji li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(2) għandu jkollhom ċertifikat kif imsemmi fl-Artikolu 6.

Artikolu 6

Ċertifikati tal-kumpaniji

1.   Korp ta' ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 għandu joħroġ ċertifikat lil kumpanija għal waħda jew aktar mill-attivitajiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2(2), bil-kundizzjoni li l-kumpanija tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

li timpjega persuni fiżiċi li huma ċertifikati b'konformità mal-Artikolu 3, għall-attivitajiet li jeħtieġu ċertifikazzjoni, f'għadd suffiċjenti li jkopri l-volum mistenni ta' attivitajiet;

(b)

li tkun kapaċi turi li l-persuni fiżiċi li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet li għalihom hija meħtieġa ċ-ċertifikazzjoni jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-għodod u l-proċeduri meħtieġa.

2.   Iċ-ċertifikat għandu jkun fih tal-anqas dan li ġej:

(a)

isem il-korp taċ-ċertifikazzjoni, l-isem sħiħ tad-detentur, in-numru taċ-ċertifikat, u d-data tal-iskadenza, jekk ikun il-każ;

(b)

l-attivitajiet li d-detentur taċ-ċertifikat hu intitolat li jwettaq, kif ukoll speċifikazzjoni tad-daqs massimu taċ-ċarġ, espress f'kilogrammi, tat-tagħmir ikkonċernat;

(c)

id-data tal-ħruġ u l-firma tal-emittent.

Artikolu 7

Korp taċ-ċertifikazzjoni

1.   Il-liġijiet nazzjonali jew l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew entitajiet oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan għandhom jaħtru korp taċ-ċertifikazzjoni li jkollu l-permess joħroġ ċertifikati lil persuni fiżiċi jew lil kumpaniji involuti f'waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2.

Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkun indipendenti u imparzjali fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu.

2.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri għall-ħruġ, għall-waqfien u għall-irtirar taċ-ċertifikati.

3.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jżomm rekords li jippermettu li jsiru verifiki tal-istatus ta' persuna jew kumpanija ċertifikata. Ir-rekords għandhom juru li l-proċess ta' ċertifikazzjoni twettaq b'mod effettiv. Ir-rekords għandhom jinżammu għal perjodu minimu ta' ħames snin.

Artikolu 8

Korp ta' evalwazzjoni

1.   Korp ta' evalwazzjoni maħtur mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew minn entitajiet oħrajn li għandhom id-dritt jagħmlu dan għandu jorganizza l-eżamijiet għall-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1). Korp ta' ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7 jista' wkoll jikkwalifika bħala korp ta' evalwazzjoni. Il-korp ta' evalwazzjoni għandu jkun indipendenti u imparzjali fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu.

2.   L-eżamijiet għandhom ikunu ppjanati u strutturati b'tali mod li jiġi żgurat li l-ħiliet u l-għarfien minimi mniżżla fl-Anness I huma koperti.

3.   Il-korp ta' evalwazzjoni għandu jadotta proċeduri ta' rrappurtar u jżomm reġistri sabiex ikun hemm dokumentazzjoni dwar il-persuna u dwar ir-riżultati globali tal-evalwazzjoni.

4.   Il-korp ta' evalwazzjoni għandu jiżgura li l-eżaminaturi li jkunu ntgħażlu għal eżami jkollhom għarfien xieraq tal-metodi u tad-dokumenti rilevanti għall-eżami, kif ukoll kompetenza xierqa fil-qasam li jkun se jiġi eżaminat. Huwa għandu jiżgura wkoll li t-tagħmir, l-għodda u l-materjali meħtieġa għall-eżamijiet prattiċi jkunu disponibbli.

Artikolu 9

Notifika

1.   Sal-1 ta' Jannar 2017, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni għal persuni fiżiċi u kumpaniji koperti mill-Artikolu 7, flimkien mat-titoli taċ-ċertifikati għal persuni fiżiċi li huma konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 u għal kumpaniji li huma konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6, billi jużaw il-format stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2065 (5).

2.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw in-notifika mibgħuta skont il-paragrafu 1 b'informazzjoni rilevanti ġdida, u għandhom jippreżentawha lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 10

Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku

1.   Ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati maħruġa fi Stati Membri oħra għandu japplika biss għal ċertifikati maħruġa skont l-Artikolu 4 għal persuni fiżiċi, u skont l-Artikolu 6 għall-kumpaniji.

2.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lil min għandu ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor biex jipprovdi traduzzjoni taċ-ċertifikat b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.

Artikolu 11

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 303/2008 jitħassar.

Referenzi għar-Regolament (KE) Nru 303/2008 imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 3(1) għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017 għal persuni fiżiċi li jwettqu waħda jew aktar mill-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 2(1) fir-rigward ta' unitajiet ta' refriġerazzjoni ta' trakkijiet u trejlers refriġerati.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 tat-2 ta' April 2008 li jistabbilixxi, skont Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta' kumpaniji u persunal fir-rigward ta' tagħmir fiss ta' refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 92, 3.4.2008, p. 3).

(4)  Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2065 tas-17 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (ara l-paġna 14 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Ir-rekwiżiti minimi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħiliet u mal-għarfien li għandhom jiġu koperti mill-korpi ta' evalwazzjoni

1.

L-eżami għal kull Kategorija msemmija fl-Artikolu 3(2) għandu jkun fih dan li ġej:

(a)

test tat-teorija b'mistoqsija jew aktar sabiex jiġu eżaminati l-ħiliet u l-għarfien partikolari, kif indikat b'(T) fil-kolonni tal-Kategorija;

(b)

test prattiku fejn l-applikant għandu jwettaq il-kompitu korrispondenti bil-materjal, bl-għodod u bit-tagħmir rilevanti, kif indikat b'(P) fil-kolonni tal-Kategorija.

2.

L-eżami għandu jkopri kull wieħed mill-gruppi ta' ħiliet u għarfien 1, 2, 3, 4, 5, 10 u 11.

3.

L-eżami għandu jkopri tal-anqas wieħed mill-gruppi ta' ħiliet u għarfien 6, 7, 8 u 9. Il-kandidat ma għandux ikun jaf minn qabel l-eżami dwar liema wieħed minn dawn l-erba' komponenti se jiġi eżaminat.

4.

Jekk ikun hemm kaxxa waħda biss fil-kolonni tal-kategorija li tikkorrispondi għal diversi kaxex (għadd ta' ħiliet u għarfien) fil-kolonni tal-ħiliet u tal-għarfien, dan ifisser li mhux neċessarjament il-ħiliet u l-għarfien kollha għandhom jiġu eżaminati matul l-eżami.

 

KATEGORIJI

ĦILIET U GĦARFIEN

I

II

III

IV

1

Termodinamika bażika

1.01

Għarfien dwar l-unitajiet standard ta' kejl bażiċi ISO għat-temperatura, għall-pressjoni, għall-massa, għad-densità, għall-enerġija

T

T

T

1.02

Fehim tat-teorija bażika dwar is-sistemi ta' refriġerazzjoni: termodinamika bażika (terminoloġija prinċipali, parametri u proċessi bħal “Superheat”, “High Side”, Sħana ta' Kompressjoni (“Heat of Compression”), “Enthalpy”, Effett ta' Refriġerazzjoni (“Refrigeration Effect”), “Low Side”, Sottotkessiħ (“Sub-cooling”)), proprjetajiet u trasformazzjonijiet termodinamiċi ta' refriġeranti inkluża l-identifikazzjoni ta' taħlitiet zeotropiċi u stati fluwidi.

T

T

1.03

Użu tat-tabelli u tal-grafiki rilevanti, u l-interpretazzjoni tagħhom fil-kuntest ta' verifika ta' tnixxija indiretta (inkluża verifika rigward it-tħaddim tajjeb tas-sistema): grafika log p/h, tabelli ta' saturazzjoni ta' refriġerant, grafika ta' ċiklu singolu ta' refriġerazzjoni bil-kompressjoni

T

T

1.04

Deskrizzjoni tal-funzjoni tal-komponenti ewlenin tas-sistema (kumpressur, evaporatur, kundensatur, valvoli ta' espansjoni termostatika) u t-trasformazzjoni termodinamika tar-refriġerant

T

T

1.05

Għarfien dwar it-tħaddim bażiku tal-komponenti li jintużaw f'sistema ta' refriġerazzjoni li ġejjin, u r-rwol u l-importanza tagħhom fil-prevenzjoni u fl-identifikazzjoni ta' tnixxija ta' refriġerant: (a) valvoli (valvoli ballun, dijaframmi, valvoli globu, valvoli ta' rilaxx), (b) kontrolli ta' temperatura u pressjoni, (c) gejġijiet tal-ħġieġ għall-ispezzjoni ottika u indikaturi tal-umdità, (d) kontrolli kontra l-iffriżar, (e) protetturi tas-sistema, (f) apparat ta' kejl bħat-termometru manifold, (g) sistemi ta' kontroll taż-żejt, (h) riċevituri, (i) separaturi ta' likwidu u żejt

1.06

Għarfien dwar l-imġiba speċifika, il-parametri fiżiċi, is-soluzzjonijiet, is-sistemi, id-devjanzi ta' refriġeranti alternattivi fiċ-ċiklu ta' refriġerazzjoni u l-komponenti għall-użu tagħhom

T

T

T

T

2

L-impatt ambjentali ta' refriġeranti u r-regolamenti ambjentali korrispondenti

2.01

Għarfien bażiku dwar il-politika tal-UE, kif ukoll dik internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, inkluża l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

T

T

T

T

2.02

Għarfien bażiku dwar il-kunċett ta' Potenzjal ta' Tisħin Globali (GWP), dwar l-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta' sustanzi oħra bħala refriġeranti, dwar l-impatt tal-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fuq il-klima (l-iskala tad-daqs tal-GWP tagħhom), dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u dwar l-atti ta' implimentazzjoni rilevanti

T

T

T

T

3

Verifiki qabel ma jinbeda t-tħaddim għall-ewwel darba, wara perjodu twil ta' nuqqas ta' użu, wara xogħol ta' manutenzjoni jew ta' tiswija, jew matul l-operazzjoni

3.01

It-twettiq ta' test tal-pressjoni sabiex tiġi vverifikata l-qawwa tas-sistema

P

P

3.02

It-twettiq ta' test tal-pressjoni sabiex jiġi vverifikat li ma hemm ebda tnixxija mis-sistema

3.03

L-użu ta' pompa li toħloq vakwu

3.04

L-evakwazzjoni tas-sistema sabiex jitneħħew l-arja u l-umdità skont il-prattika standard

3.05

Il-mili tad-dejta fir-rekords tat-tagħmir, u l-mili ta' rapport dwar test wieħed jew aktar, kif ukoll il-verifiki li jkunu twettqu matul l-eżami.

T

T

4

Verifiki għal tnixxija

4.01

Għarfien dwar il-punti possibbli ta' tnixxija ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata u ta' pompi tas-sħana

T

T

T

4.02

Verifika tar-rekords dwar it-tagħmir qabel issir verifika għal tnixxija, u l-identifikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti dwar kwalunkwe kwistjonijiet jew oqsma problematiċi rikorrenti li għandhom jingħataw attenzjoni speċjali

T

T

T

4.03

It-twettiq ta' spezzjoni viżwali u manwali tas-sistema kollha b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 (1)

P

P

P

4.04

It-twettiq ta' verifika għat-tnixxija fis-sistema permezz ta' metodu indirett skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 u skont il-manwal tal-istruzzjonijiet tas-sistema

P

P

P

4.05

L-użu ta' strumenti ta' kejl li jinġarru bħal settijiet ta' manometri, termometri u multimetri għall-kejl fl-unitajiet Volt/Amp/Ohm fil-kuntest ta' metodi indiretti għal verifiki għal tnixxija, u l-interpretazzjoni tal-parametri mkejla.

P

P

P

4.06

It-twettiq ta' verifika għal tnixxija fis-sistema permezz ta' wieħed mill-metodi diretti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1516/2007

P

4.07

It-twettiq ta' verifika għal tnixxija fis-sistema permezz ta' wieħed mill-metodi diretti li ma jinvolvux li wieħed jiżgassa ċ-ċirkuwitu ta' refriġerazzjoni, li ssir referenza għalihom fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007

P

P

4.08

L-użu ta' apparat elettroniku xieraq għad-detezzjoni tat-tnixxija

P

P

P

4.09

Il-mili tad-dejta fir-rekords tat-tagħmir

T

T

T

5

Maniġġar ekoloġiku tas-sistema u tar-refriġerant waqt l-istallazzjoni, il-manutenzjoni, is-servisjar jew l-irkupru

5.01

It-tqabbid u l-iskonnettjar ta' gejġijiet u ta' linji bl-inqas emissjonijiet possibbli

P

P

5.02

It-tbattil u l-mili ta' ċilindru ta' refriġerant fi stat kemm likwidu kif ukoll ta' fwar

P

P

P

5.03

L-użu ta' sett ta' rkupru għall-irkupru tar-refriġerant, u għall-iskonnettjar tas-sett ta' rkupru bl-inqas emissjonijiet possibbli

P

P

P

5.04

It-tneħħija mis-sistema ta' żejt ikkontaminat b'gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

P

P

P

5.05

L-identifikazzjoni tal-istat tar-refriġerant (likwidu, fwar) u tal-kundizzjoni tiegħu (subimkessaħ, saturat jew superimsaħħan) qabel ma jiġi ċċarġjat, sabiex jiġi żgurat li l-iċċarġjar isir b'mod korrett u b'volum xieraq ta' refriġerant. Il-mili tas-sistema b'refriġerant (kemm fil-fażi likwida u dik ta' fwar) mingħajr telf tar-refriġerant

P

P

5.06

L-għażla tat-tip korrett ta' skali, u l-użu tagħhom għall-kejl tal-piż tar-refriġerant

P

P

P

5.07

Il-mili tar-rekords dwar it-tagħmir bl-informazzjoni rilevanti kollha dwar ir-refriġerant li jiġi rkuprat jew miżjud

T

T

5.08

Għarfien dwar ir-rekwiżiti u l-proċeduri għall-maniġġar, għall-użu mill-ġdid, għar-riġenerazzjoni, għall-ħażna u għat-trasport ta' refriġeranti u ta' żjut kontaminati

T

T

T

6

Komponent: stallazzjoni, tħaddim u manutenzjoni ta' kumpressuri reċiprokanti, “screw and scroll”, singoli jew b'żewġ stadji

6.01

Spjegar tal-funzjonament bażiku ta' kumpressur (inklużi kontrolli tal-kapaċità u s-sistema ta' lubrikazzjoni) u riskji ta' tnixxija tar-refriġerant jew ta' emissjoni assoċjati mar-refriġerant.

T

T

6.02

Stallazzjoni korretta ta' kumpressur, inkluż tagħmir ta' kontroll u ta' sikurezza, sabiex ma jseħħu l-ebda tnixxija jew emissjonijiet kbar ladarba s-sistema titħaddem

P

P

6.03

Aġġustament tas-swiċċijiet ta' sikurezza u ta' kontroll

P

6.04

Aġġustament tal-valvoli tal-ġbid u tal-ħruġ

6.05

Verifika tas-sistema ta' ritorn taż-żejt

6.06

Startjar u tifi ta' kumpressur, u verifika tal-kundizzjoni tajba ta' tħaddim tal-kumpressur, inkluż billi jsir kejl matul it-tħaddim tal-kumpressur

P

P

6.07

Kompilazzjoni ta' rapport dwar il-kundizzjoni tal-kumpressur, li fih jiġu identifikati kwalunkwe problemi fit-tħaddim tal-kumpressur li jistgħu jwasslu għal ħsara fis-sistema u eventwalment għal tnixxija jew ħruġ ta' refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni

T

T

7

Komponent: stallazzjoni, tħaddim u manutenzjoni ta' kundensaturi mkessħa bl-arja u bl-ilma

7.01

Spjegar tal-funzjonament bażiku ta' kundensatur, u tar-riskji ta' tnixxija assoċjati miegħu

T

T

7.02

Aġġustament tal-kontroll għar-rilaxx tal-pressjoni tal-kundensatur

P

7.03

Stallazzjoni korretta ta' kundensatur/unità esterna, inkluż tagħmir ta' kontroll u ta' sikurezza, sabiex ma jseħħu l-ebda tnixxija jew emissjonijiet kbar ladarba s-sistema titħaddem

P

P

7.04

Aġġustament tas-swiċċijiet ta' sikurezza u ta' kontroll

P

7.05

Verifika tal-linji ta' ħruġ u tal-likwidu

7.06

Tneħħija ta' gassijiet li ma jikkundensawx mill-kundensatur permezz ta' apparat għat-tindif ta' sistemi ta' refriġerazzjoni

P

7.07

Startjar u tifi ta' kunsdensatur, u verifika tal-kundizzjoni tajba ta' tħaddim tal-kundensatur, inkluż billi jsir kejl matul it-tħaddim

P

P

7.08

Spezzjoni tal-wiċċ tal-kundensatur

P

P

7.09

Kompilazzjoni ta' rapport dwar il-kundizzjoni tal-kundensatur, li fih jiġu identifikati kwalunkwe problemi fit-tħaddim li jistgħu jwasslu għal ħsara fis-sistema u eventwalment għal tnixxija jew ħruġ ta' refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni

T

T

8

Komponent: stallazzjoni, tħaddim u manutenzjoni ta' evaporaturi mkessħa bl-arja u bl-ilma

8.01

Spjegar tal-funzjonament bażiku ta' evaporatur (inkluża sistema kontra l-iffriżar) u tar-riskji ta' tnixxija assoċjati miegħu

T

T

8.02

Aġġustament tal-kontroll tal-pressa tal-evaporazzjoni tal-evaporatur

P

8.03

Stallazzjoni ta' evaporatur, inkluż tagħmir ta' kontroll u ta' sikurezza, sabiex ma jseħħu l-ebda tnixxija jew emissjonijiet kbar ladarba s-sistema titħaddem

P

P

8.04

Aġġustament tas-swiċċijiet ta' sikurezza u ta' kontroll

P

8.05

Verifika biex jiġi żgurat li l-linji tal-pajpijiet tal-likwidu u tal-ġbid jinsabu f'pożizzjoni korretta

8.06

Verifika tal-pajpijiet tal-gass sħun kontra l-iffriżar

8.07

Aġġustament tal-valv ta' regolazzjoni tal-pressjoni tal-evaporazzjoni

8.08

Startjar u tifi tal-evaporatur, u verifika tal-kundizzjoni tajba ta' tħaddim tal-evaporatur, inkluż billi jsir kejl matul it-tħaddim

P

P

8.09

Verifika tal-wiċċ tal-evaporatur

P

P

8.10

Kompilazzjoni ta' rapport dwar il-kundizzjoni tal-evaporatur, li fih jiġu identifikati kwalunkwe problemi fit-tħaddim li jistgħu jwasslu għal ħsara fis-sistema u eventwalment għal tnixxija jew ħruġ ta' refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni

T

T

9

Komponent: stallazzjoni, tħaddim u servisjar ta' Valvoli ta' Espansjoni Termostatiċi (TEV) u ta' komponenti oħra

9.01

Spjegar tat-tħaddim bażiku ta' tipi differenti ta' regolaturi ta' espansjoni (valvoli ta' espansjoni termostatiċi, tubi kapillari), u tar-riskji ta' tnixxija assoċjati miegħu

T

T

9.02

Stallazzjoni ta' valvoli f'pożizzjoni korretta

P

9.03

Aġġustament ta' TEV mekkanika/elettronika

P

9.04

Aġġustament ta' termostati mekkaniċi u elettroniċi

9.05

Aġġustament ta' valvirregolat bil-pressa

9.06

Aġġustament ta' limitaturi tal-pressa elettroniċi u mekkaniċi

9.07

Verifika tal-funzjonament ta' separatur taż-żejt

P

9.08

Verifika tal-kundizzjoni tat-tagħmir ta' filtrazzjoni u tnixxif

9.09

Kompilazzjoni ta' rapport dwar il-kundizzjoni ta' dawn il-komponenti, li fih jiġu identifikati kwalunkwe problemi fit-tħaddim li jistgħu jwasslu għal ħsara fis-sistema u eventwalment għal tnixxija jew ħruġ ta' refriġerant jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni

T

10

Pajpijiet: il-kostruzzjoni ta' sistema ta' pajpijiet li ma tippermettix tnixxija fi stallazzjoni ta' refriġerazzjoni

10.01

Iwweldjar, ibbrejżjar u/jew issaldjar ta' ġonot li ma jippermettux tnixxija fuq tubi, pajpijiet u komponenti tal-metall li jistgħu jintużaw f'sistemi ta' refriġerazzjoni, tal-arja kundizzjonata jew ta' sistemi ta' pompi tas-sħana

P

P

10.02

Il-fabbrikazzjoni/verifika tal-appoġġi tal-pajpijiet u tal-komponenti

P

P

11

Informazzjoni dwar it-teknoloġiji rilevanti għas-sostituzzjoni jew għat-tnaqqis tal-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u dwar l-immaniġġar sikur tagħhom

 

 

 

 

11.01

Għarfien dwar it-teknoloġiji alternattivi rilevanti għas-sostituzzjoni jew għat-tnaqqis tal-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u dwar l-immaniġġar sikur tagħhom

T

T

T

T

11.02

Għarfien dwar id-disinni tas-sistemi rilevanti biex jitnaqqas id-daqs taċ-ċarġ ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika

T

T

11.03

Għarfien dwar ir-regolamenti u l-istandards rilevanti tas-sikurezza għall-użu, għall-ħażna u għat-trasport ta' refriġeranti tossiċi jew li jieħdu n-nar, jew ta' refriġeranti li jeħtieġu livelli ogħla ta' pressjoni waqt it-tħaddim

T

T

11.04

Fehim tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi rispettivi, b'mod partikolari b'rabta mal-effiċjenza enerġetika, ta' refriġeranti alternattivi skont l-applikazzjoni ppjanata, u skont il-kundizzjonijiet klimatiċi tar-reġjuni differenti

T

T


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 tad-19 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rekwiżiti standard għall-kontroll ta' tnixxija minn tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, ikkundizzjonar tal-arja u b'pompa tas-sħana li jkun fihom ċerti gassijiet serra florinati (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 10).


ANNESS II

Tabella ta' korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 303/2008

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 4(1) u (2)

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 4(3)(a)

Artikolu 3(4)

Artikolu 4(3)(b) u (c)

Artikolu 3(3)(a) u (b)

Artikolu 4(4)

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 5

Artikolu 8

Artikolu 6

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 7

Artikolu 11

Artikolu 8

Artikolu 12

Artikolu 9

Artikolu 13

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 14

Artikolu 12

Anness

Anness I

Anness II