17.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2044

tas-16 ta' Novembru 2015

li jimplimenta l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta' April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' April 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 356/2010.

(2)

Fil-11 ta' Marzu 2014, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 751 (1992) u (UNSCR) 1907 (2009), neħħa persuna waħda mil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi stabbiliti fil-paragrafi 1, 3 u 7 tal-UNSCR 1844 (2008).

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1.


ANNESS

L-entrata għall-persuna li ġejja qed titħassar mill-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010:

Jim'ale, Ali Ahmed Nur