17.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2043

tas-16 ta' Novembru 2015

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

(2)

Fit-2 ta' Novembru 2015, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.


ANNESS

L-entrata li ġejja tiżdied fil-Parti A tal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 (Individwi assoċjati mat-Taliban):

Torek Agha (psewdonimu: (a) Sayed Mohammed Hashan, (b) Torak Agha, (c) Toriq Agha, (d) Toriq Agha Sayed).

Titolu: Haji. Indirizz: Pashtunabad, Quetta, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 1960 (b) 1962 (c) Bejn wieħed u ieħor fl-1965. Post tat-twelid: (a) Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan (b) Pishin, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Pakistani 5430312277059 (miksub b'mod frodulenti u minn dak iż-żmien ikkanċellat mill-Gvern tal-Pakistan). Informazzjoni oħra: Kmandant ewlieni tal-kunsill militari tat-Taliban involut fil-ġbir ta' fondi minn donaturi ibbażati fil-Golf. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 2.11.2015.