|
14.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2032
tat-13 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1089 rigward il-limiti massimi baġitarji għall-2015 applikabbli għal ċerti skemi ta' appoġġ dirett għar-Renju Unit
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 22(1), 42(2) u 51(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1089 (2) stabilixxa limiti massimi nazzjonali annwali għall-miżuri rilevanti tal-pagamenti diretti fl-2015. |
|
(2) |
Fir-Renju Unit, il-leġiżlazzjoni li timplimenta r-regoli tal-Unjoni dwar il-pagamenti diretti f'Wales ġiet annullata permezz ta' ordni ta' qorti nazzjonali. Bħala konsegwenza, ittieħdu deċiżjonijiet ġodda mir-Renju Unit għall-implimentazzjoni ta' pagamenti diretti f'Wales u dawn ġew innotifikati lill-Kummissjoni. Filwaqt li r-Renju Unit għandu jiżgura li dawk id-deċiżjonijiet il-ġodda jirrispettaw il-qafas legali applikabbli u l-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, jixraq li dawk id-deċiżjonijiet il-ġodda jiġu kkunsidrati. Preċiżament, minħabba li dawk id-deċiżjonijiet jaffettwaw il-kalkolu tal-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-iskema bażika tal-pagamenti u l-pagament lill-bdiewa żgħażagħ għar-Renju Unit, huwa xieraq li dawk il-limiti massimi jiġu emendati kif xieraq. Barra minn hekk, fuq il-bażi ta' dawn id-deċiżjonijiet, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-limiti massimi għall-pagament ta' ridistribuzzjoni għar-Renju Unit għall-2015. |
|
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1089 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Fir-rigward tas-sena 2015, l-implimentazzjoni tal-iskemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bdiet fl-1 ta' Jannar 2015. Għal raġunijiet ta' konsistenza bejn l-applikabbiltà ta' dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2015 u l-applikabbiltà tal-limiti massimi baġitarji korrispondenti, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendar tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1089.
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1089 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1089 tas-6 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2015 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jistipulaw is-sehem speċjali għat-tneħħija tal-mini fil-Kroazja (ĠU L 176, 6.7.2015, p. 29)
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1089 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-punt I, l-annotazzjoni tar-Renju Unit tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fil-punt III, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja għar-Renju Unit:
|
|
(3) |
Fil-punt VI, l-annotazzjoni tar-Renju Unit tinbidel b'dan li ġej:
|