5.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1980
tal-4 ta' Novembru 2015
li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/931 (3) jelenka l-Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH bħala korp tal-kontroll rikonoxxut għall-kategorija tal-prodotti D għall-Korea t'Isfel, minkejja li dan ir-rikonoxximent ġie irtirat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 (4) wara l-inklużjoni tar-Repubblika tal-Korea fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Billi r-Repubblika tal-Korea hija elenkata bħala pajjiż terz rikonoxxut fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għall-kategorija tal-prodotti D, inkluż għall-ipproċessar ta' ingredjenti importati, il-Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH ma tistax tiġi rikonoxxuta għar-Repubblika tal-Korea għal dik il-kategorija tal-prodotti skont l-Artikolu 10(2)(b) ta' dak ir-Regolament. Għalhekk, ir-rikonoxximent tal-kategorija tal-prodotti D għandu jitħassar mill-Anness IV. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza mat-termini użati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/131, “il-Korea t'Isfel” għandha tiġi sostitwita b'“ir-Repubblika tal-Korea” fir-rikonoxximenti li fadal għall-Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH. |
(2) |
Ir-rikonoxximent tal-Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH għall-kategoriji tal-prodotti A, D u F għall-Guinea Bissau mogħti preċedentement bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1287/2014 (5) ma jidhirx fit-tabella fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, għalkemm ir-rikonoxximent ta' dak il-korp tal-kontroll għal dak il-pajjiż ma ġiex irtirat. Dan ir-rikonoxximent għandu għalhekk jiġi inserit mill-ġdid fl-Anness IV. |
(3) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/931 fih ukoll żbalji b'rabta man-numri tal-kodiċijiet li għandhom jiġu kkoreġuti wkoll. In-numri tal-kodiċijiet għall-Bożnija-Ħerzegovina għall-korp tal-kontroll “Abcert AG”, għall-Kosta tal-Avorju għall-korp tal-kontroll “Istituto Certificazione Etica e Ambientale” u għall-Każakistan u l-Kirgiżistan għall-korp tal-kontroll “Organic Standard” għandhom għalhekk jiġu kkoreġuti. Fl-istess ħin huwa opportun li jiġi kkoreġut żball b'rabta man-numru tal-kodiċi għall-Kirgiżistan għall-korp tal-kontroll “Bio.inspecta AG”, magħmul fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2014 (6). |
(4) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu għalhekk jiġi kkoreġut skont dan. |
(5) |
Fl-interessi taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, dawn il-korrezzjonijiet għandhom isiru mingħajr dewmien. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, għal ċerti korrezzjonijiet magħmula b'dan ir-Regolament fir-rigward ta' żbalji fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/931, huwa xieraq li dawn japplikaw b'mod retroattiv mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti (1), (3), (4)(b) u (5) tal-Anness jibdew japplikaw mit-8 ta' Lulju 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/931 tas-17 ta' Ġunju 2015 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 151, 18.6.2015, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 tat-26 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 23, 29.1.2015, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1287/2014 tat-28 ta' Novembru 2014 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 348, 4.12.2014, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2014 tat-8 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 106, 9.4.2014, p. 15).
ANNESS
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa kkoreġut kif ġej:
(1) |
Fl-anotazzjoni dwar “Abcert AG”, fil-punt 3, ir-ringiela għall-Bożnija-Ħerżegovina tinbidel kif ġej:
|
(2) |
Fl-annotazzjoni dwar “Bio.inspecta AG”, fil-punt 3, ir-ringiela għall-Kirgiżistan tinbidel kif ġej:
|
(3) |
Fl-annotazzjoni dwar “Istituto Certificazione Etica e Ambientale”, fil-punt 3, ir-ringiela għall-Côte d'Ivoire tinbidel kif ġej:
|
(4) |
Fl-annotazzjoni dwar “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Fl-annotazzjoni dwar “Organic Standard”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:
|