8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1801

tas-7 ta' Ottubru 2015

li jwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2015 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2), u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2014 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 (2),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 (3),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 24/2014 (4), u

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (5).

(2)

Il-kwoti tas-sajd għas-sena 2015 ġew stabbiliti bir-Regolamenti li ġejjin:

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1221/2014 (6),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (7),

ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (8), u

r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106 (9).

(3)

Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati għalih, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd tal-futur ta' dak l-Istat Membru.

(4)

L-Artikolu 105(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dan it-tnaqqis tal-kwoti tas-sajd għandu jsir fis-sena/snin ta' wara billi jiġu applikati l-fatturi rispettivi ta' multiplikazzjoni mogħtija f'dawk il-paragrafi.

(5)

Ċerti Stati Membri qabżu l-kwoti tas-sajd allokati lilhom għall-2014. Għalhekk, jixraq li jitwettaq tnaqqis tal-kwoti tas-sajd allokati lilhom fl-2015 u, fejn rilevanti, fis-snin ta' wara, għall-istokkijiet mistada żżejjed.

(6)

Fl-2012, Spanja qabżet il-kwota tagħha tas-sajd għall-istokk tal-iskampu fiż-żoni IX u X; fl-ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1 (NEP/93411). It-tnaqqis ta' 75,45 tunnellata li rriżulta minn dan is-sajd żejjed kien applikabbli fl-2013 u, fuq talba ta' Spanja, ġie mqassam fuq perjodu ta' tliet snin, sa mill-2013. Il-bqija tat-tnaqqis annwali applikabbli għall-istokk NEP/93411 ta' Spanja jammonta għal 19-il tunnellata fl-2015, mingħajr ħsara għal kull adattament ieħor fil-kwoti.

(7)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 871/2014 (10) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1360/2014 (11) stipulaw tnaqqis tal-kwoti tas-sajd għal ċerti pajjiżi u speċijiet għall-2014. Madanakollu, għal ċerti Stati Membri, it-tnaqqis li kellu jiġi applikat għal ċerti speċijiet kien ikbar mill-kwoti rispettivi disponibbli fl-2014 u, għalhekk, ma setax jitwettaq bis-sħiħ matul dik is-sena. Biex ikun żgurat li każijiet bħal dawn jitnaqqas l-ammont kollu għall-istokkijiet rispettivi, għandhom jitqiesu l-kwantitajiet li jkun għad fadal meta jiġi stabbilit it-tnaqqis tal-kwoti għall-2015 u, fejn rilevanti, minn kwoti sussegwenti.

(8)

It-tnaqqis mill-kwoti tas-sajd kif previst minn dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għat-tnaqqis applikabbli għall-kwoti tal-2015 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 (12) u skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 (13).

(9)

Billi l-kwoti jingħataw f'tunnellati jew f'biċċiet sħaħ, il-kwantitajiet li fihom inqas minn tunnellata jew minn biċċa ma jitqisux,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tas-sajd iffissati fir-Regolamenti (UE) Nru 1221/2014, (UE) Nru 1367/2014, (UE) 2015/104, u (UE) 2015/106 għas-sena 2015 għandhom jitnaqqsu skont kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr ħsara għat-tnaqqis previst fir-Regolament (UE) Nru 165/2011 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 185/2013.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1262/2012 tal-20 ta' Diċembru 2012 li jiffissa għall-2013 u l-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 22).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 tad-19 ta' Novembru 2013 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku (ĠU L 313, 22.11.2013, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 24/2014 tal-10 ta' Jannar 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 4).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kusnill (UE) Nru 1221/2014 tal-10 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) Nru 1180/2013 (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 16).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).

(8)  r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/106 tad-19 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 19, 24.1.2015, p. 8).

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 871/2014 tat-11 ta' Awwissu 2014 għat-twettiq ta' tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2014 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti (ĠU L 239, 12.8.2014, p. 14).

(11)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1360/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 għat-twettiq ta' tnaqqis mill-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2014 minħabba sajd eċċessiv ta' stokkijiet oħrajn fis-sena preċedenti u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 871/2014 fir-rigward tal-ammonti li għandhom jitnaqqsu fis-snin futuri (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 106).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 tat-22 ta' Frar 2011 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010 (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 11).

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2013 tal-5 ta' Marzu 2013 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tas-sajd allokati lil Spanja fl-2013 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed ta' ċertu kwota tal-kavalli fl-2009 (ĠU L 62, 6.3.2013, p. 62).


ANNESS

TNAQQIS MILL-KWOTI TAL-ISTOKKIJIET LI SAR SAJD ŻEJJED TAGĦHOM

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwota oriġinali tal-2014

Ħatt l-art permess għall-2014 (Il-kwantità totali addattata f'tunnellati) (1)

Qabdiet totali fl-2014 (kwantità f'tunnellati)

Il-konsum tal-kwota mqabbel mal-ħatt l-art permess (%)

Sajd żejjed imqabbel mal-ħatt l-art permess (kwantità f'tunnellati)

Fattur ta' multiplikazzjoni (2)

Fattur addizzjonali ta' multiplikazzjoni (3)  (4)

Tnaqqis li fadal mill-2014 (5)

Bilanċ pendenti (6)

Tnaqqis li jrid jiġi applikat fl-2015 (kwantità f'tunnellati)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

(15)

BE

PLE

7HJK.

Barbun tat-tbajja'

Fiż-żoni VIIh, VIIj u VIIk

8,000

1,120

3,701

330,45

2,581

/

/

/

/

2,581

BE

SOL

8AB.

Lingwata komuni

Fiż-żoni VIIIa u VIIIb

47,000

327,900

328,823

100,28

0,923

/

C

/

/

1,385

BE

SRX

07D.

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

72,000

60,000

69,586

115,98

9,586

/

/

/

/

9,586

BE

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

725,000

765,000

770,738

100,75

5,738

/

/

/

/

5,738

DK

COD

03AN.

Bakkaljaw

Skagerrak

3 177,000

3 299,380

3 408,570

103,31

109,190

/

C

/

/

163,785

DK

HER

03 A.

Aringi

IIIa

19 357,000

15 529,000

15 641,340

100,72

112,340

/

/

/

/

112,340

DK

HER

2A47DX

Aringi

Fiż-żoni IV, VIId u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa

12 526,000

12 959,000

13 430,160

103,64

471,160

/

/

/

/

471,160

DK

HER

4AB.

Aringi

Fl-ilmijiet tal-Unjoni u Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta' 53° 30′ N

80 026,000

99 702,000

99 711,800

100,10

9,800

/

/

/

/

9,800

DK

PRA

03 A.

Gamblu tat-Tramuntana

IIIa

2 308,000

2 308,000

2 317,330

100,40

9,330

/

/

/

/

9,330

DK

SAN

234_2

Ċiċċirell

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona tal-ġestjoni taċ-ċiċċirell 2

4 717,000

4 868,000

8 381,430

172,17

3 513,430

2

/

/

/

7 026,860

DK

SPR

2AC4-C

Laċċa kaħla u qbid aċċessorju

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

122 383,000

126 007,000

127 165,410

100,92

1 158,410

/

/

/

/

1 158,410

ES

ALF

3X14-

Fonsa ħamra

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

67,000

67,000

79,683

118,93

12,683

/

A

3,000

/

22,025

ES

BSF

56712-

Ċinturin Iswed

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII

226,000

312,500

327,697

104,86

15,197

/

A

/

/

22,796

ES

BSF

8910-

Ċinturin Iswed

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X

12,000

6,130

15,769

257,24

9,639

/

A

27,130

/

41,589

ES

BUM

ATLANT

Marlin blu

Fl-Oċean Atlantiku

27,200

27,200

124,452

457,54

97,252

/

A

27,000

/

172,878

ES

DWS

56789-

Kelb il-baħar tal-fond

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni V, VI, VII VIII u IX

0

0

3,039

N/A

3,039

/

A

/

/

4,559

ES

GFB

567-

Lipp abjad

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni V, VI, u VII

588,000

828,030

842,467

101,74

14,437

/

/

/

/

14,437

ES

GFB

89-

Lipp abjad

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni VIII, u IX

242,000

216,750

237,282

109,47

20,532

/

A

17,750

/

48,548

ES

GHL

1N2AB.

Ħalibatt tal-Groenlandja

Fl-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni I u II

/

0

22,685

N/A

22,685

/

/

/

/

22,685

ES

HAD

5BC6 A.

Merluzz tal-linja sewda

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni Vb, u VIa

/

2,840

18,933

666,65

16,093

/

A

12,540

/

36,680

ES

HAD

7X7A34

Merluzz tal-linja sewda

Fiż-żoni VIIb-k, VIII, IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona CECAF 34.1.1

/

0

3,075

N/A

3,075

/

A

/

/

4,613

ES

NEP

9/3411

Skampu

Fiż-żoni IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona CECAF 34.1.1

55,000

33,690

24,403

72,43

– 9,287

/

/

19,000 (7)

/

9,713

ES

OTH

1N2AB.

Speċijiet oħrajn

Fl-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni I u II

/

0

26,744

N/A

26,744

/

/

/

/

26,744

ES

POK

56-14

Pollakkju iswed

Fiż-żona VI; fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni Vb, XII u XIV

/

4,810

8,703

180,94

3,893

/

/

/

/

3,893

ES

RNG

5B67-

Roundnose grenadier

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni Vb, VI, u VII

70,000

111,160

125,401

112,81

14,241

/

/

/

/

14,241

ES

SBR

678-

Paġella ħamra

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII

143,000

133,060

136,418

102,52

3,358

/

/

/

/

3,358

ES

SOL

8AB.

Lingwata komuni

Fiż-żoni VIIIa u VIIIb

9,000

8,100

9,894

122,15

1,794

/

A+C

2,100

/

4,791

ESP

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

1 057,000

857,000

1 089,241

127,10

232,241

1,4

/

/

/

325,137

ES

USK

567EI.

Tusk

Fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni V, VI, u VII

26,000

15,770

15,762

99,95

– 0,008

/

/

58,770

/

58,762

ES

WHM

ATLANT

Marlin abjad

Fl-Oċean Atlantiku

30,500

25,670

98,039

381,92

72,369

/

/

0,170

/

72,539

FR

SRX

07D.

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

602,000

627,000

698,414

111,39

71,414

/

/

/

/

71,414

FR

SRX

2AC4-C

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

33,000

36,000

48,212

133,92

12,212

/

/

/

/

12,212

IE

PLE

7HJK.

Barbun tat-tbajja'

Fiż-żoni VIIh, VIIj u VIIk

59,000

61,000

78,270

128,31

17,270

/

A

/

/

25,905

IE

SOL

07 A.

Lingwata komuni

Fiż-żona VIIa

41,000

42,000

43,107

102,64

1,107

/

/

/

/

1,107

IE

SRX

67AKXD

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

1 048,000

1 030,000

1 079,446

104,80

49,446

/

/

/

/

49,446

LT

GHL

N3LMNO

Ħalibatt tal-Groenlandja

NAFO 3LMNO

22,000

0

0

N/A

0

/

/

46,000

/

46,000

LV

HER

03D.RG

Aringi

fis-sottotaqsima 28.1

16 534,000

19 334,630

20 084,200

103,88

749,570

/

/

/

/

749,570

NL

HKE

3 A/BCD

Merluzz

Fiż-żona IIIa; fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Sottotaqsimiet 22-32

/

0

1,655

N/A

1,655

/

C

/

/

2,482

NL

RED

1N2AB.

Redfish

Fl-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni I u II

/

0

2,798

N/A

2,798

/

/

/

/

2,798

PT

ANF

8C3411

Petrika

Fiż-żoni VIIIc, IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona CECAF 34.1.1

436,000

664,000

676,302

101,85

12,302

/

/

/

/

12,302

PT

BFT

AE45WM

Tonna

Fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta' 45° W, u fil-Mediterran

235,500

235,500

243,092

103,22

7,592

/

C

/

/

11,388

PT

HAD

1N2AB

Merluzz tal-linja sewda

Fl-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni I u II

/

0

26,816

N/A

26,816

/

/

/

344,950

371,766

PT

POK

1N2AB.

Pollakkju iswed

Fl-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni I u II

/

18,000

11,850

65,83

– 6,150

/

/

/

185,000

178,850

PT

SRX

89-C.

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

1 051,000

1 051,000

1 059,237

100,78

8,237

/

/

/

/

8,237

SE

Bakkaljaw

03AN.

Bakkaljaw

Skagerrak

371,000

560,000

562,836

100,51

2,836

/

C

/

/

4,254

UK

DGS

15X14

Mazzola griża

Fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni I, V, VI, VII VIII XII u XIV

0

0

1,027

N/A

1,027

/

A

/

/

1,541

UK

GHL

514GRN

Ħalibatt tal-Groenlandja

Fl-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni V u XIV

189,000

0

0

N/A

0

/

/

1,000

/

1,000

UK

HAD

5BC6 A.

Merluzz tal-linja sewda

Fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żoni Vb, u VIa

3 106,000

3 236,600

3 277,296

101,26

40,696

/

/

/

/

40,696

UK

MAC

2CX14-

Kavalli

Fiż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali taż-żona Vb; fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV

179 471,000

275 119,000

279 250,206

101,50

4 131,206

/

/

/

/

4 131,206

UK

NOP

2A3A4.

Merluzz tan-Norveġja

Fiż-żona IIIa; Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

/

0

14,000

N/A

14,000

/

/

/

/

14,000

UK

PLE

7DE.

Barbun tat-tbajja'

Fiż-żoni VIId u VIIe

1 548,000

1 500,000

1 606,749

107,12

106,749

1,1

/

/

/

117,424

UK

SOL

7FG.

Lingwata komuni

Fiż-żoni VIIf u VIIg

282,000

255,250

252,487

98,92

(– 2,763) (8)

/

/

1,950

/

1,950

UK

SRX

07D.

Rebekkini u raj

Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

120,000

95,000

102,679

108,08

7,679

/

/

/

/

7,679

UK

WHB

24-N

Stokkafixx

Fl-ilmijiet tan-Norveġja taż-żoni II u IV

0

0

22,204

N/A

22,204

/

/

/

/

22,204


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet għas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) jew ir-reallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet għas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. It-tnaqqis ekwivalenti għas-sajd żejjed × 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta' sajd żejjed li jkun daqs 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5, minħabba snin konsekuttivi ta' sajd żejjed fis-snin 2012, 2013 u 2014. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur ta' multiplikazzjoni addizzjonali ta' 1,5 għaliex l-istokk huwa soġġett għal pjan multiannwali.

(5)  Il-kwantitajiet li fadal li ma setgħux jitnaqqsu fl-2014 skont ir-Regolament (UE) Nru 871/2014 billi ma kienx hemm kwota disponibbli, jew ma kienx hemm kwota biżżejjed.

(6)  Il-kwantitajiet li fadal imqabbla mas-sajd żejjed fis-snin qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u li ma jistgħux jitnaqqsu minn stokk ieħor.

(7)  Fuq talba ta' Spanja, l-irkupru li kellu jintradd fl-2013 ġie mqassam fuq tliet snin.

(8)  Din il-kwantità m'għadhiex disponibbli wara t-talba tat-trasferiment li għamel ir-Renju Unit skont ir-Regolament (KE) Nru 847/96 u li japplika skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1170 (ĠU L 189, 17.7.2015, p. 2).