|
8.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/12 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1798
tat-2 ta' Lulju 2015
li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-istituzzjonijiet investituri, sponsors, mutwanti oriġinali u oriġinaturi marbuta ma' skoperturi għar-riskju tal-kreditu trasferit
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u impriżi ta' investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 410(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-verżjoni Bulgara, Estonjana, Ingliża, Franċiża, Latvjana, Litwana, Ungeriża u Maltija tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014 (2), jidhru żbalji fit-Titolu. |
|
(2) |
Jidher żball fil-verżjoni Griega, Ingliża, Franċiża, Taljana, Latvjana, Ungeriża u Maltija tal-Artikolu 1(c) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014. |
|
(3) |
Fil-verżjoni Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Kroata, Taljana, Ungeriża, Polakka, Rumena, Finlandiża u Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014, fl-Artikolu 15(1) l-istruttura tas-sentenza hija żbaljata. |
|
(4) |
Jjidher żball fil-verżjoni Ingliża, Franċiża, Latvjana u Maltija tal-Artikolu 16(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014. |
|
(5) |
Fil-verżjoni Bulgara, Spanjola, Ċeka, Ġermaniża, Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Kroata, Taljana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Olandiża, Polakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Finlandiża u Żvediża tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014, l-istruttura tas-sentenza tal-Artikolu 22(1)(b) hija żbaljata. |
|
(6) |
Fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014, jinstab b'mod żbaljat punt (c), li għandu jkun paragrafu separat f' dak l-Artikolu. It-test għandu jiġi kkoreġut sabiex tiġi ċċarata li m'hemmx għalfejn tiġi pprovduta d-dejta materjalment rilevanti f'kull ċirkostanza individwali fil-livell ta' self u li f'ċerti ċirkostanzi jista' jkun meqjus biżżejjed li tiġi pprovduta d-dejta materjalment rilevanti fuq bażi aggregata. |
|
(7) |
Għalhekk ir-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014 għandu jiġi kkoreġut. |
|
(8) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz oriġinali tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) lill-Kummissjoni. |
|
(9) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz oriġinali tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati Bankarji stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 625/2014 huwa kkoreġut kif ġej:
|
(1) |
Fit-Titolu, il-kelma “mutwanti” hija sostitwita bil-kelma “mutwant”; |
|
(2) |
Fl-Artikolu 1(c) il-kliem “ittra ta' krediti” huma sostitwiti bil-kliem “ittri ta' kreditu”; |
|
(3) |
Jikkonċerna biss il-lingwa Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Kroata, Taljana, Ungeriża, Polakka, Rumena, Finlandiża u Żvediża; |
|
(4) |
Fl- Artikolu 16(3), il-kliem “ittra ta' krediti” huma sostitwiti bil-kliem “ittri ta' kreditu”; |
|
(5) |
L-Artikolu 22(1)(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 23(2) huwa kkoreġut kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014 tat-13 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-istituzzjonijiet investituri, sponsors, mutwanti oriġinali u oriġinaturi marbuta ma' skoperturi għar-riskju tal-kreditu trasferit (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 16).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).