8.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/10


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1797

tas-7 ta' Ottubru 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1764 tal-1 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 833/2014 (2).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 ġie emendat fit-8 ta' Settembru u fl-4 ta' Diċembru 2014 mir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014 (3) u (UE) Nru 1290/2014 (4), rispettivament.

(3)

Fl-1 ta' Ottubru 2015 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1764 sabiex ikunu awtorizzati ċerti operazzjonijiet li jikkonċernaw materjal pirotekniku speċifiku fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea, li huma meħtieġa għall-użu ta' lanċaturi operati minn fornituri tas-servizz ta' llanċjar tal-Istati Membri jew stabbiliti fi Stat Membru, jew għall-użu ta' llanċjar ta' programmi spazjali tal-Unjoni, l-Istati Membri tagħha jew tal-Aġenzija Spazjali Ewropea, jew għar-riforniment ta' karburant lis-satelliti mill-fabbrikanti tas-satelliti stabbiliti fi Stat Membru.

(4)

Uħud minn dawk l-emendi jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għaldaqstant, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 833/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 jiddaħħlu l-paragrafi segwenti:

“2a.   Il-projbizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja, relatati mal-operazzjonijiet segwenti:

(a)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni u mal-importazzjoni, l-akkwist u t-trasport ta' Idrażina (CAS 302-01-2) f'konċentrazzjonijiet ta' 70 fil-mija jew aktar, sakemm dik l-assistenza teknika, ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja tkun tirriferi għal ammont tal-Idrażina kkalkulat skont il-lanċament jew il-lanċamenti jew is-satelliti li għalihom issir, u li ma jaqbiżx il-kwantità totali ta' 800 kg għal kull lanċament jew satellita individwali;

(b)

l-importazzjoni, l-akkwist jew it-trasport tad-Dimetilidrażina asimmetrika (CAS 57-14-7);

(c)

il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni u l-importazzjoni, l-akkwist u t-trasport tal-Monometilidrażina (CAS60-34-4), sakemm dik l-assistenza teknika, ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja tkun tirriferi għal ammont ta' Monometilidrażina kkalkulat skont il-lanċament jew il-lanċamenti jew is-satelliti li għalihom issir, sa fejn is-sustanzi li jissemmew fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu jkunu destinati għall-użu ta' lanċaturi operati minn fornituri Ewropej tas-servizz ta' llanċjar, għall-użu ta' lanċamenti ta' programmi spazjali Ewropej, jew għall-għoti ta' karburant lis-satelliti minn fabbrikanti Ewropej tas-satelliti.

2b.   Il-forniment, direttament jew indirettament, ta' assistenza teknika, ta' finanzjament jew ta' assistenza finanzjarja, relatat mal-operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2a għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti.

L-applikanti għall-awtorizzazzjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjonijiet kollha li jingħataw.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mid-9 ta' Ottubru 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)   ĠU L 257, 2.10.2015, p. 42.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014 tat-8 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 271, 12.9.2014, p. 3).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1290/2014 tal-4 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 960/2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 (ĠU L 349, 5.12.2014, p. 20).