6.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1776

tal-5 ta' Ottubru 2015

li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/487/PESK tad-29 ta' April 2004 li tirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 (2) jipprevedi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, tal-korpi u tal-entitajiet elenkati fl-Anness għal dak ir-Regolament.

(2)

Fil-5 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1782 (3) li timplimenta r-Riżoluzzjoni 2237 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tat-2 ta' Settembru 2015 li temmet il-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u l-miżuri tal-iffriżar tal-assi imposti mill-paragrafu 4 tal-UNSCR 1521 (2003) u l-paragrafu 1 tal-UNSCR 1532 (2004), rispettivament.

(3)

Għaldaqstant huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 872/2004 jitħassar b'effett immedjat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 116; (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 003 p. 155).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 tad-29 ta' April 2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 32); (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 003 p. 148).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1782 tal-5 ta' Ottubru 2015 li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2004/487/PESK li tirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja u li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (ara l-paġna 25 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).