|
30.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 253/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1742
tad-29 ta' Settembru 2015
li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali għal għasel iswed fis-settur taz-zokkor applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2015
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (2) jistipula li l-prezz cif tal-importazzjoni għall-melassa (għasel iswed) tal-kwalità standard definita fl-Artikolu 27 tar-Regolament imsemmi huwa kkunsidrat bħala “prezz rappreżentattiv”. |
|
(2) |
Biex il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, għandha titqies l-informazzjoni kollha stipulata fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, għajr fil-każi pprovduti fl-Artikolu 30 tar-Regolament imsemmi u, skont il-każ, dawk il-prezzijiet għandhom jiġu stabbiliti jsir skont il-metodu stipulat fl-Artikolu 33 tar-Regolament imsemmi. |
|
(3) |
Għall-aġġustament tal-prezz li ma jikkonċernax il-kwalità standard, skont il-kwalità tal-melassa (għasel iswed) offruta, huwa xieraq li jitnaqqsu jew jiżdiedu l-prezzijet skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
|
(4) |
Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji tal-importazzjoni addizzjonali, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. Fil-każ li d-dazji tal-importazzjoni jiġu sospiżi skont l-Artikolu 40 tar-Regolament imsemmi, jeħtieġ li jiġu ffissati l-ammonti partikolari għal dawk id-dazji. |
|
(5) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali għall-melassa (għasel iswed), b'rabta mal-kodiċijiet tan-NM 1703 10 00 u 1703 90 00 , skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
|
(6) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji tal-importazzjoni addizzjonali għal għasel iswed tal-kodiċjiet tan-Nomenklatura Magħquda 1703 10 00 u 1703 90 00 huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).
ANNESS
Il-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali għal għasel iswed fis-settur taz-zokkor, applikabbli mill-1 ta' Ottubru 2015
|
(f'EUR) |
|||
|
Il-kodiċi tan-NM: |
L-ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
L-ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
L-ammont tad-dazju li għandu jiġi applikat fuq l-importazzjoni b'riżultat tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat (1) |
|
1703 10 00 (2) |
15,80 |
— |
0 |
|
1703 90 00 (2) |
13,79 |
— |
0 |
(1) Skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, dan l-ammont jissostitwixxi r-rata tad-Dazju Doganali Komuni ffissata għal dawn il-prodotti.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.