|
30.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 253/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1739
tat-28 ta' Settembru 2015
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tat-Tartrat tal-ħadid bħala aġent antiagglomerant fil-melħ u s-sostituti tiegħu
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 14 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
|
(3) |
Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b'inizjattiva tal-Kummissjoni, inkella wara talba. |
|
(4) |
Fit-18 ta' Jannar 2012, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tat-tartrat tal-ħadid bħala antiagglomerant fil-melħ u s-sostituti tiegħu. L-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ivvalutat is-sikurezza tat-tartrat tal-ħadid, li huwa prodott ta' komplessazzjoni tat-tartrat tas-sodju u klorur tal-ħadid (III), bħala addittiv tal-ikel, u fl-opinjoni tagħha (4) tad-9 ta' Diċembru 2014, ikkonkludiet li filwaqt li titqies id-dejta tossikoloġika u s-suppożizzjonijiet konservattivi inklużi fil-valutazzjoni tal-esponiment, ma hemm l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-użu tagħha bħala aġent antiagglomerant fil-melħ u s-sostituti tiegħu fuq il-livell tal-użu propost. |
|
(6) |
Iż-żieda ta' aġent antiagglomerant fil-melħ u s-sostituti tiegħu hija meqjusa neċessarja biex jitjiebu l-karatteristiċi tal-fluss u tkun evitata l-formazzjoni ta' agglomerati mwebbsa meta jkun espost għall-umdità u matul il-ħżin. L-użu tat-tartrat tal-ħadid jista' jservi bħala alternattiva għal addittivi oħra li huma awtorizzati bħalissa, bħal pereżempju ferroċjanuri (E 535 — 538) u diossidu tas-siliċju silikati (E 551 — 553). Huwa għalhekk xieraq li jkun awtorizzat l-użu tat-tartrat tal-ħadid bħala aġent antiagglomerant fil-melħ u s-sostituti tiegħu u li jkun assenjat E 534 bħala numru E għal dak l-addittiv. |
|
(7) |
L-ispeċifikazzjonijiet tat-tartrat tal-ħadid (E 534) għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 meta jiġi inkluż għall-ewwel darba fil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
|
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(4) The EFSA Journal 2015;13(1):3980.
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Parti B, il-punt 3 “Addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa” l-entrata l-ġdida li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 530:
|
|
(2) |
Il-Parti E hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 530:
|
“E 534 TARTRAT TAL-ĦADID |
|
|
Sinonimi |
Ħadid meso-tartrat; prodott ta' kumplessazzjoni tat-tartrat tas-sodju mal-klorur tal-ħadid (III) |
|
Definizzjoni |
It-tartrat tal-ħadid huwa prodott permezz tal-isomerizzazzjoni tat-tartrat-L għal taħlita f'ekwilibriju ta' D-, L- u meso-tartrat segwit biż-żieda ta' klorur tal-ħadid (III). |
|
Numru CAS |
1280193-05-9 |
|
Isem kimiku |
Prodott ta' kumplessazzjoni tal-Ħadid (III) ta' D (+)-, L(-)- u meso-2,3 aċidi diidrossibutandiojċi |
|
Formula kimika |
Fe(OH)2 C4H4O6Na |
|
Piż Molekulari |
261,93 |
|
Assaġġ |
|
|
meso-tartrat |
> 28 %, espress bħala anjon fuq bażi xotta |
|
D(-)- u tartrat-L(+) |
> 10 %, espress bħala anjon fuq bażi xotta |
|
Ħadid (III) |
> 8 %, espress bħala anjon fuq bażi xotta |
|
Deskrizzjoni |
Soluzzjoni milwiema ħadra skura tipikament magħmula minn ca. 35 % mil-piż ta' prodotti ta' kumplessazzjoni |
|
Identifikazzjoni |
Solubbli faċilment fl-ilma |
|
|
Testijiet pożittivi għat-tartrat u ħadid |
|
|
pH ta' soluzzjoni milwiema ta' 35 % ta'prodotti ta' kumplessazzjoni bejn 3,5 u 3,9 |
|
Purità |
|
|
Klorur |
Mhux aktar minn 25 % |
|
Sodju |
Mhux aktar minn 23 % |
|
Arseniku |
Mhux iktar minn 3 mg/kg |
|
Ċomb |
Mhux iktar minn 2 mg/kg |
|
Merkurju |
Mhux iktar minn 1 mg/kg |
|
Ossalat |
Mhux aktar minn 1,5 % espress bħala ossalat fuq bażi xotta” |