19.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1555
tat-28 ta' Mejju 2015
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżit tal-bafer kapitali kontroċikliku skont l-Artikolu 440
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 440(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Kif stipulat fl-Artikolu 130(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri huma obbligati li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet iżommu bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni. |
(2) |
Bil-ħsieb li tkun żgurata t-trasparenza u l-komparabbiltà bejn l-istituzzjonijiet, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jeħtieġ lill-istituzzjonijiet jiddivulgaw l-elementi ewlenin tal-kalkolu tal-bafer kapitali kontroċikliku tagħhom, inkluż id-distribuzzjoni ġeografika tal-iskoperturi ta' kreditu rilevanti tagħhom u l-ammont finali tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni tagħhom. |
(3) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 130(1) tad- Direttiva 2013/36/UE, bafer kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni jiġi kkalkulat bħala l-multiplikazzjoni tal-ammont totali tal-iskoperturi għar-riskju tagħhom skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rata tal-bafer kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni. |
(4) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 140(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rata tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni tikkonsisti mill-medja ponderata tar-rati tal-bafer kontroċikliku li japplikaw fil-pajjiżi fejn ikunu jinsabu l-iskoperturi ta' kreditu rilevanti tal-istituzzjoni. Id-distribizzjoni skont il-pajjiż tal-iskoperturi ta' kreditu rilevanti jiġu divulgati f'format standard, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni ta' Delega (UE) Nru 1152/2014 (3). Bil-ħsieb li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikolu 440(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li ma jistabbilixxix rata minima għall-bafer, it-tqassim ġeografiku tal-iskoperturi ta' kreditu relevanti jiġu ddivulgati anke meta r-rata tal-bafer kapitali kontroċikliku applikabbli għal pajjiż tkun żero. |
(5) |
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni, il-ponderazzjonijiet applikati għar-rati tal-bafer kontroċikliku jkunu proporzjonati għar-rekwiżiti ta' fondi proprji totali għar-riskju ta' kreditu relatat mal-iskoperturi ta' kreditu f'kull Stat Membru u ġurisdizzjoni ta' pajjiż terz fejn l-istituzzjoni jkollha skoperturi. Għalhekk, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-iskoperturi ta' kreditu rilevanti kollha. |
(6) |
Kif stipulat fl-Artikolu 433 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet jippubblikaw id-divulgazzjonijiet tagħhom fir-rigward tar-rekwiżiti tal-bafer kontroċikliku mill-inqas fuq bażi annwali flimkien mad-data tal-pubblikazzjoni tar-rapporti finanzjarji. Peress li skont l-Artikolu 136(7) tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rata tal-bafer kapitali kontroċikliku tiġi stabbilita mill-awtoritajiet maħtura fuq bażi trimestrali, id-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar il-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżit ta' bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni tirreferi għall-informazzjoni dwar ir-rata tal-bafer kapitali kontroċikliku mill-aħħar trimestru disponibbli. Id-divulgazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-bafer kapitali kontroċikliku tkun ibbażata fuq ir-rati tal-bafer kapitali kontroċikliku li jkunu applikabbli fiż-żmien tal-kalkolu tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni li d-divulgazzjoni tkun marbuta miegħu. |
(7) |
Skont l-Artikolu 6(1) flimkien mal-Artikolu 440(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni relatata mal-bafer kapitali kontroċikliku fuq bażi individwali. Madankollu, istituzzjoni li jew tkun impriża prinċipali jew inkella sussidjarja u istituzzjoni inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mhijiex meħtieġa tikkonforma mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fil-Parti Tmienja ta' dak ir-Regolament fuq bażi individwali kif meħtieġ fl-Artikolu 6(3) ta' dak ir-Regolament. L-istituzzjonijiet prinċipali mill-UE u l-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali mill-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali mill-UE jiddivulgaw din l-informazzjoni fuq bażi konsolidata, filwaqt li s-sussidjarji sinifikanti ta' istituzzjonijiet prinċipali mill-UE jew kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mill-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali mill-UE u s-sussidjarji li huma ta' sinifikat materjali fis-swieq lokali tagħhom jiddivulgaw din l-informazzjoni fuq bażi individwali jew subkonsolidata, kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
(8) |
Ir-rekwiżit li jinżamm bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni stipulat fl-Artikolu 130 tad-Direttiva 2013/36/UE se japplika u se jiġi introdott gradwalment mill-1 ta' Jannar 2016 sakemm l-Istati Membri ma jimponux perjodu transizzjonali iqsar skont l-Artikolu 160(6) ta' dik id-Direttiva. Sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet ikollhom biżżejjed żmien biex jippreparaw għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni, dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2016. |
(9) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-Awtorità Bankarja Ewropea) lill-Kummissjoni Ewropea. |
(10) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati Bankarji stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Skont l-Artikolu 440 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dan ir-Regolament jispeċifika r-rekwiżiti tad-divulgazzjoni għall-istituzzjonijiet fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-rekwiżit għal bafer kapitali kontroċikliku msemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 2
Id-divulgazzjoni tad-distribuzzjoni ġeografika tal-iskoperturi ta' kreditu
Id-distribuzzjoni ġeografika tal-iskoperturi ta' kreditu tal-istituzzjoni rilevanti għall-kalkolu tal-bafer kapitali kontroċikliku msemmi fl-Artikolu 440(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tiġi divulgata fil-format standard kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I skont l-istruzzjonijiet li jinsabu fil-Partijiet I u II tal-Anness II u mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2014.
Artikolu 3
Id-divulgazzjoni tal-ammont tal-bafer kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni
L-ammont tal-bafer kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni msemmi fl-Artikolu 440(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi divulgat fil-format standard kif stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness I skont l-istruzzjonijiet li jinsabu fil-Partijiet I u III tal-Anness II.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-identifikazzjoni tal-pożizzjoni ġeografika tal-iskoperturi ta' kreditu rilevanti biex jiġu kkalkulati r-rati speċifiċi għall-istituzzjoni tal-bafer tal-kapital kontroċikliku (ĠU L 309, 30.10.2014, p. 5).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS I
FORMAT STANDARD GĦAD-DIVULGAZZJONI TA' INFORMAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-KONFORMITÀ TAL-ISTITUZZJONIJIET MAR-REKWIŻIT TA' BAFER KAPITALI KONTROĊIKLIKU
Tabella 1
Id-distribuzzjoni ġeografika tal-iskoperturi ta' kreditu rilevanti għall-kalkolu tal-bafer kapitali kontroċikliku
Ringiela |
|
Skoperturi ta' kreditu ġenerali |
Skoperturi ta' portafoll tan-negozjar |
Skoperturi ta' titolizzazzjoni |
Rekwiżiti ta' fondi proprji |
Ponderazzjonijiet tar-rekwiżit ta' fondi proprji |
Rata tal-bafer kapitali kontroċikliku |
||||||
Valur tal-iskopertura tal-SA |
Valur tal-iskopertura tal-IRB |
Somma tal-pożizzjoni twila u qasira tal-portafoll tan-negozjar |
Valur tal-iskopertura tal-portafoll tan-negozjar għall-mudelli interni |
Valur tal-iskopertura tal-SA |
Valur tal-iskopertura tal-IRB |
Li minnu: Skoperturi ta' kreditu ġenerali |
Li minnhom: Skoperturi tal-portafoll tan-negozjar |
Li minnhom: Skoperturi ta' titolizzazzjoni |
Total |
||||
|
|
010 |
020 |
030 |
040 |
050 |
060 |
070 |
080 |
090 |
100 |
110 |
120 |
010 |
Tqassim skont il-pajjiż |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pajjiż 001 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
002 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
… |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
NNN |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
020 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 2
Ammont tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni
Ringiela |
|
Kolonna |
|
|
010 |
010 |
Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju |
|
020 |
Rata tal-bafer kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni |
|
030 |
Rekwiżit tal-bafer kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni |
|
ANNESS II
STRUZZJONIJIET GĦAL FORMATI STANDARD TAD-DIVULGAZZJONI
PARTI I
STRUZZJONIJIET ĠENERALI
Dejta ta' referenza
(1) |
Taħt il-kaxxa “Livell ta' applikazzjoni” l-istituzzjonijiet għandhom jindikaw il-livell ta' applikazzjoni li jifforma l-bażi għad-dejta provduta fit-Tabelli 1 u 2. Meta jimlew din il-kaxxa l-istituzzjonijiet għandhom jagħżlu waħda minn dawn, f'konformità mal-Artikolu 6 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:
|
(2) |
Għal divulgazzjoni fuq bażi individwali skont l-Ewwel Parti, it-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jimlew it-Tabelli 1 u 2 ta' dawn l-Istruzzjonijiet fuq bażi individwali skont l-Ewwel Parti, it-Titolu II, il-Kapitolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
(3) |
Għal divulgazzjoni fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata skont l-Ewwel Parti, it-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jimlew it-Tabelli 1 u 2 ta' dawn l-Istruzzjonijiet fuq bażi konsolidata skont l-Ewwel Parti, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
PARTI II
STRUZZJONIJIET GĦALL-FORMAT STANDARD NRU 1
Tabella 1
Id-distribuzzjoni ġeografika tal-iskoperturi għall-kreditu rilevanti għall-kalkolu tal-bafer kapitali kontroċikliku (BKĊ)
L-ambitu tat-Tabella 1 huwa limitat għall-iskoperturi tal-kreditu rilevanti għall-kalkolu tal-BKĊ skont l-Artikolu 140(4) tad-Direttiva 2013/36/UE.
Ir-referenzi legali u l-istruzzjonijiet |
|
Numru tar-ringiela |
Spjegazzjoni |
010-01X |
Tqassim tal-iskoperturi tal-kreditu relevanti skont il-pajjiż Lista ta' pajjiżi li fihom l-istituzzjoni għandha skoperturi tal-kreditu rilevanti għall-kalkolu tal-bafer kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni skont ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2014. L-għadd ta' ringieli jista' jvarja skont l-għadd ta' pajjiżi fejn l-istituzzjoni jkollha l-iskoperturi ta' kreditu rilevanti tagħha għall-kalkolu tal-bafer kontroċikliku. Skont ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2014, jekk l-iskoperturi tal-portafoll tan-negozjar jew l-iskoperturi tal-kreditu barranin ta' istituzzjoni jirrappreżentaw inqas minn 2 % tal-iskoperturi ponderati għar-riskju aggregati tagħha, l-istituzzjoni tista' tagħżel li talloka dawn l-iskoperturi fil-post tal-istituzzjoni. Jekk l-iskoperturi divulgati għall-post tal-istituzzjoni jinkludu skoperturi minn pajjiżi oħra, dawn għandhom ikunu identifikati b'mod ċar b'nota jew b'nota f'qiegħ il-paġna fit-tabella tad-divulgazzjoni. |
020 |
Total Il-valur kif deskritt skont l-ispjega tal-kolonni 010 sa 120 ta' din it-Tabella. |
Ir-referenzi legali u l-istruzzjonijiet |
|||||
Numru tal-kolonna |
Spjegazzjoni |
||||
010 |
Il-valur tal-iskopertura ta' skoperturi ta' kreditu ġenerali għal SA Il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi ta' kreditu relevanti definiti skont l-Artikolu 140(4)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinati skont l-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. It-tqassim ġeografiku jsir skont ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2014. Ir-ringiela 020 (Total): Is-somma tal-iskoperturi ta' kreditu relevanti kollha definiti skont l-Artikolu 140(4)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinati skont l-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
||||
020 |
Il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi ta' kreditu ġenerali għal IRB Il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi ta' kreditu relevanti definiti skont l-Artikolu 140(4)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinati skont l-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. It-tqassim ġeografiku jsir skont EBA/RTS/2013/15. Ir-ringiela 020 (Total): Is-somma tal-iskoperturi ta' kreditu relevanti kollha definiti skont l-Artikolu 140(4)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinati skont l-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
||||
030 |
Is-somma tal-pożizzjonijiet twal u qosra ta' skoperturi tal-portafoll tan-negozjar Is-somma tal-pożizzjonijiet twal u qosra tal-iskoperturi ta' kreditu relevanti definiti skont l-Artikolu 140(4)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE, kalkulata bħala s-somma tal-pożizzjonijiet twal u qosra determinati skont l-Artikolu 327 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. It-tqassim ġeografiku jsir skont ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2014. Ir-ringiela 020 (Total): Is-somma tal-pożizzjonijiet twal u qosra kollha tal-iskoperturi ta' kreditu relevanti definiti skont l-Artikolu 140(4)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE, kalkulata bħala s-somma tal-pożizzjonijiet twal u qosra determinati skont l-Artikolu 327 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
||||
040 |
Il-valur tal-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar għal mudelli interni Is-somma ta' dan li ġej:
It-tqassim ġeografiku jsir skont ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2014. Ir-ringiela 020 (Total): Is-somma tal-valur ġust tal-pożizzjonijiet tal-flus kollha, li jirrappreżentaw l-iskoperturi rilevanti tal-kreditu kif definiti fl-Artikolu 140(4)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinati skont l-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-valur nozzjonali tad-derivattivi kollha, li jirrappreżenta l-iskoperturi ta' kreditu rilevanti kif definiti skont l-Artikolu 140(4)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE. |
||||
050 |
Il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi ta' titolizzazzjoni għal SA Il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi ta' kreditu relevanti definiti skont l-Artikolu 140(4)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinati skont l-Artikolu 246(1)(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. It-tqassim ġeografiku jsir skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2014. Ir-ringiela 020 (Total): Is-somma tal-iskoperturi ta' kreditu relevanti definiti skont l-Artikolu 140(4)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinati skont l-Artikolu 246(1)(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
||||
060 |
Il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi ta' titolizzazzjoni għal IRB Il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi ta' kreditu relevanti definiti skont l-Artikolu 140(4)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinati skont l-Artikolu 246(1)(b) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. It-tqassim ġeografiku jsir skont ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2014. Ir-ringiela 020 (Total): Is-somma tal-iskoperturi ta' kreditu relevanti kollha definiti skont l-Artikolu 140(4)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinati skont l-Artikolu 246(1)(b) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
||||
070 |
Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji: skoperturi ta' kreditu ġenerali Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi ta' kreditu relevanti fil-pajjiż konċernat, definiti skont l-Artikolu 140(4)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinati skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Ir-ringiela 020 (Total): Is-somma tar-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-iskoperturi ta' kreditu relevanti definiti skont l-Artikolu 140(4)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinati skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
||||
080 |
Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji: skoperturi tal-portafoll tan-negozjar Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi ta' kreditu rilevanti fil-pajjiż konċernat, definiti skont l-Artikolu 140(4)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinati skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal riskju speċifiku, jew skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-riskju inkrimentali ta' inadempjenza u migrazzjoni. Ir-ringiela 020 (Total): Is-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji kollha, definiti skont l-Artikolu 140(4)(b) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinati skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-riskju speċifiku, jew skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-riskju inkrimentali ta' inadempjenza u migrazzjoni. |
||||
090 |
Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji: skoperturi ta' titolizzazzjoni Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi ta' kreditu relevanti fil-pajjiż konċernat, definiti skont l-Artikolu 140(4)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinati skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Ir-ringiela 020 (Total): Is-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji kollha għall-iskoperturi ta' kreditu relevanti, definiti skont l-Artikolu 140(4)(c) tad-Direttiva 2013/36/UE, determinata skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
||||
100 |
Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji — Total Is-somma tal-kolonni 070, 080 u 090. Ir-ringiela 020 (Total): Is-somma tar-rekwiżiti tal-fondi proprji kollha għall-iskoperturi ta' kreditu relevanti definiti skont l-Artikolu 140(4) tad-Direttiva 2013/36/UE. |
||||
110 |
Il-ponderazzjonijiet tar-rekwiżiti ta' fondi proprji Il-ponderazzjoni applikata lir-rata tal-bafer kontroċikliku f'kull pajjiż, ikkalkolata bħala t-total tar-rekwiżiti ta' fondi proprji marbut mal-iskoperturi ta' kreditu rilevanti fil-pajjiż konċernat (ir-ringiela 01X, il-kolonna 100), diviża bit-total tar-rekwiżiti ta' fondi proprji marbut mal-iskoperturi ta' kreditu rilevanti kollha għall-kalkolu tal-bafer kontroċikliku skont l-Artikolu 140(4) tad-Direttiva 2013/36/UE (ir-ringiela 020, il-kolonna 100). Dan il-valur jiġi divulgat bħala numru assolut b'żewġ punti deċimali. |
||||
120 |
Ir-rata tal-bafer kapitali kontroċikliku Ir-rata tal-bafer kapitali kontroċikliku applikabbli fil-pajjiż konċernat u stabbiliti skont l-Artikoli 136, 137, 138 u 139 tad-Direttiva 2013/36/UE. Din il-kolonna ma tinkludix ir-rati tal-bafer kapitali kontroċikliku li ġew stabbiliti, iżda li jkunu għadhom mhumiex applikabbli fil-mument tal-komputazzjoni tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni li hija marbuta miegħu d-divulgazzjoni. Dan il-valur jiġi divulgat bħala perċentwal bl-istess għadd ta' punti deċimali kif stabbiliti skont l-Artikoli 136, 137, 138 u 139 tad-Direttiva 2013/36/UE. |
PARTI III
STRUZZJONIJIET GĦALL-FORMAT STANDARD NRU 2
Tabella 2
L-ammont tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-istruzzjonijiet li jinsabu f'din it-taqsima, sabiex jimlew it-Tabella 2 Ammont tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni.
Ir-referenzi legali u l-istruzzjonijiet |
|
Numru tar-ringiela |
Spjegazzjoni |
010 |
L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
020 |
Ir-rata tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni Ir-rata tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni, determinat skont l-Artikolu 140(1) tad-Direttiva 2013/36/UE. Ir-rata tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni tiġi kkalkulata bħala l-medja ponderata tar-rati tal-bafer kapitali kontroċikliku li japplikaw fil-pajjiżi fejn ikunu jinsabu l-iskoperturi tal-kreditu rilevanti tal-istituzzjoni u rappurtati fir-ringieli 010 sa 01X tal-kolonna 120 tat-Tabella 1. Il-ponderazzjoni applikata lir-rata tal-bafer kontroċikliku f'kull pajjiż hija s-sehem tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fir-rekwiżiti tal-fondi proprji totali b'rabta mal-iskoperturi tal-kreditu rilevanti fit-territorju konċernat, u tiġi divulgata fit-Tabella 1 il-kolonna 110. Dan il-valur jiġi divulgat bħala perċentwali b'żewġ punti deċimali. |
030 |
Ir-rekwiżit tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni Ir-rekwiżit tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni, ikkalkulat bħala rata tal-bafer kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni, kif rappurtata fir-ringiela 020 ta' din it-Tabella, applikata għall-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif rappurtat fir-ringiela 010 ta' din it-Tabella. |
Ir-referenzi legali u l-istruzzjonijiet |
|
Numru tal-kolonna |
Spjegazzjoni |
010 |
Il-valur kif deskritt skont l-ispjega tal-kolonni 010 sa 030 ta' din it-Tabella. |