18.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1545

tal-15 ta' Settembru 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-paġella ħamra fl-ilmijiet internazzjonali u tal-Unjoni taż-żoni VI, VII u VIII minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).


ANNESS

Numru

31/DSS

Stat Membru

L-Irlanda

Stokk

SBR/678-

Speċi

Paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Żona

L-ilmijiet internazzjonali u tal-Unjoni taż-żoni VI, VII u VIII

Data tal-għeluq

1.1.2015