15.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 239/99


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1519

tal-14 ta' Settembru 2015

li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 598/2009 (2), il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv, li jvarja minn EUR 211,2 sa EUR 237 għal kull tunnellata netta, fuq importazzjoniet ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, magħruf b'mod komuni bħala “bijodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li jkun fiha bil-piż aktar minn 20 % ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li dak iż-żmien kien jaqa' fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516 20 98 20), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518 00 91 20), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518 00 99 20), ex 2710 19 41 (kodiċi TARIC 2710 19 41 20), 3824 90 91 , ex 3824 90 97 (kodiċi TARIC 3824 90 97 87), li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka (“l-Istati Uniti tal-Amerka” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). Id-dazju kumpensatorju impost minn dan ir-regolament huwa minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-miżuri eżistenti”.

(2)

Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 443/2011 (3), wara investigazzjoni kontra l-evażjoni, il-Kunsill estenda d-dażju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 598/2009 għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta' bijodiżil ikkunsinnat mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġina mill-Kanada kif ukoll jekk le, bl-eċċezzjoni ta' dak prodott mill-kumpaniji BIOX Corporation, Oakville u Rothsay Biodiesel, Guelph, Ontario, il-Kanada. Permezz tal-istess Regolament, il-Kunsill estenda wkoll id-dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 598/2009 fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil f'taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka.

1.2.   Miżuri fis-seħħ fir-rigward ta' pajjiżi terzi oħra

(3)

Barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-proċediment, il-miżuri anti-dumping fuq il-bijodiżil huma korrentement fis-seħħ fuq l-esportazzjonijiet mill-Arġentina u l-Indoneżja (4).

1.3.   Talba għal analiżi

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta' notifika ta' skadenza imminenti (5) tal-miżuri kumpensatorji fis-seħħ fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġina miIl-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(5)

It-talba tressqet fid-9 ta' April 2014 mill-European Biodiesel Board (“l-applikant”) f'isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali ta' bijodiżil tal-Unjoni. It-talba hija bbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għal rikorrenza tas-sussidjar u għal rikorrenza ta' ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

1.4.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(6)

Billi ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat, stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (6), li kien hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni ħabbret fl-10 ta' Lulju 2014, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Notifika ta' Bidu) (7), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Fl-istess jum, il-Kummissjoni tat bidu għal rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerka (8). Dan huwa proċediment parallel iżda distint li huwa ttrattat permezz ta' Regolament separat.

(7)

Qabel il-bidu tar-rieżami ta' skadenza, u skont l-Artikoli 22(1) u 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (“USG”) li hija kienet irċeviet talba dokumentata kif xieraq għal rieżami u stiednet lill-Gvern tal-Istati Uniti għal konsultazzjonijiet bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut tat-talba għal rieżami u tintlaħaq soluzzjoni maqbula b'mod reċiproku. Il-USG aċċetta l-offerta għall-konsultazzjonijiet u għaldaqstant il-konsultazzjonijiet saru fil-3 ta' Lulju 2014. Matul il-konsultazzjonijiet, ma setgħet tintlaħaq l-ebda soluzzjoni miftiehma b'mod reċiproku. Madankollu, ittieħdet nota tal-kummenti ppreżentati mill-awtoritajiet tal-Gvern tal-Istati Uniti.

1.5.   Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(8)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni u rikorrenza tas-sussidjar kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 (“il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara kien ikopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sat-30 ta' Ġunju 2014 (“il-perjodu kkunsidrat”).

1.6.   Partijiet interessati

(9)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fl-Istati Uniti tal-Amerka u lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerka, lil importaturi, fornituri u utenti, kummerċjanti magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet meqjusa bħala kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jieħdu sehem.

(10)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.7.   It-teħid ta' kampjuni

(11)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista' tieħu kampjuni mill-partijiet interessati skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

(a)   Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(12)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum ta' produzzjoni u bejgħ rappreżentattiv filwaqt li żgurat firxa ġeografika. Dan il-kampjun provviżorju kien jikkonsisti minn seba' produtturi tal-Unjoni li jinsabu f'seba' Stati Membri differenti, li ammontaw għal kważi 30 % tal-produzzjoni tal-bijodiżil fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom fuq dan il-kampjun provviżorju.

(13)

Kumpanija waħda fl-Italja talbet li tiġi inkluża fil-kampjun. Madankollu, din il-kumpanija bdiet l-attivitajiet tagħha sa tmiem l-2013 wara li akkwistat impjant tal-bijodiżil minn produttur ta' bijodiżil ieħor Taljan, li ġie inkluż f'dan il-kampjun provviżorju. Fin-nuqqas ta' dejta storika meħtieġa għall-valutazzjoni tat-tendenzi rilevanti matul il-perjodu kkunsidrat u l-fatt li kumpanija Taljana oħra kienet diġà inkluża fil-kampjun provviżorju, ġie deċiż li din il-kumpanija ma tiġix inkluża fil-kampjun.

(14)

In-National Biodiesel Board (il-Bord Nazzjonali tal-Bijodiżil) tal-Istati Uniti (“NBB”) ikkummenta li l-kampjun magħżul b'mod provviżorju kien differenti mill-kampjun magħżul fl-investigazzjoni preċedenti dwar il-bijodiżil u rrefera għal żewġ kumpaniji partikolari bi produzzjoni mdaqqsa b'volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ li ma kinux inklużi fil-kampjun provviżorju. Madankollu, iż-żewġ kumpaniji identifikati mill-NBB jew kienu relatati ma' kumpanija oħra b'volumi ta' bejgħ ogħla diġà inklużi fil-kampjun jew kellhom volum inqas ta' bejgħ minn kumpanija magħżula b'mod provviżorju fl-istess Stat Membru. Għalhekk, l-inklużjoni ta' waħda minn dawn iż-żewġ kumpaniji ma kinitx se tbiddel ir-rappreżentattività tal-kampjun magħżul b'mod provviżorju. Il-kampjun magħżul b'mod provviżorju kien għalhekk ikkonfermat bħala kampjun rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

(15)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-Gvern tal-Istati Uniti afferma li kampjun li jirrappreżenta 30 % tal-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies li jirrappreżenta l-industrija tal-bijodiżil tal-Unjoni kollha kemm hi u li l-mikroindikaturi kellhom jiġu analizzati fuq bażi usa'. Il-Gvern tal-Istati Uniti jirreferi għas-sejba tal-Korp tal-Appell tad-WTO fil-każ KE — Qfieli (Fasteners) li fih kampjun ta' 27 % kien ikkunsidrat baxx fi proporzjon mat-total u li jkun jikkostitwixxi proporzjon kbir fil-każ ta' industriji frammentati.

(16)

Il-Kummissjoni, għall-kuntrarju tal-investigazzjoni Qfieli, ddefiniet għall-fini ta' din l-investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni bħala l-industrija kollha kemm hi u mhux biss il-kumpaniji inklużi fil-kampjun (ara l-premessa 151 ta' hawn taħt). Barra minn hekk, il-mikroindikaturi kollha ġew ivvalutati fuq il-bażi tal-industrija kollha kemm hi filwaqt li uħud biss mill-mikroindikaturi ġew analizzati fil-livell tal-kumpaniji fil-kampjun. Madankollu, l-analiżi globali tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet ibbażata fuq valutazzjoni kemm tal-mikroindikaturi kif ukoll tal-makroindikaturi. Fi kwalunkwe każ, l-industrija tal-Unjoni hija kkunsidrata bħala industrija frammentata billi hija magħmula minn aktar minn 200 produttur li jinsabu madwar l-Unjoni u li l-parti l-kbira minnhom hija intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kampjun, li jirrappreżenta 30 % tal-industrija tal-Unjoni, huwa rappreżentattiv u l-ilment għaldaqstant ma ntlaqax.

(b)   Kampjunar tal-importaturi

(17)

Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(18)

Kienu biss ftit dawk l-importaturi mhux relatati li pprovdew l-informazzjoni mitluba u li qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Minħabba n-numru żgħir, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

(c)   Il-kampjunar ta' produtturi esportaturi fl-Istati Uniti tal-Amerka

(19)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fl-Istati Uniti tal-Amerka sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-missjoni tal-Istati Uniti tal-Amerka għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(20)

27 produttur fl-Istati Uniti wieġbu lill-Kummissjoni, iżda 9 biss bagħtu dejta tal-esportazzjoni u/jew tal-bejgħ domestiku, kif mitlub fl-Anness I tan-Notifika ta' Bidu għall-finijiet tal-kampjunar. L-ebda wieħed minnhom ma kien qed jesporta lejn l-Unjoni matul il-PIR. Il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet produtturi esportaturi bl-ikbar volum ta' bejgħ domestiku u ta' esportazzjoni. Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa u kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerka, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment.

(21)

Ebda wieħed mill-produtturi inklużi fil-kampjun ma pprovda tweġiba għall-kwestjonarju sad-data ta' skadenza. Fis-7 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni infurmat lit-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun dwar dan in-nuqqas ta' tweġiba.

(22)

Fl-10 ta' Ottubru 2014, produttur esportatur wieħed fil-kampjun informa lill-Kummissjoni li huwa kien għażel li ma jirrispondix il-kwestjonarju. Iż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra fil-kampjun talbu diversi estensjonijiet tal-iskadenza, li ngħataw, iżda ma ġiet ippreżentata l-ebda risposta sħiħa.

(23)

Fl-10 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni bagħtet ittra li fiha infurmat lit-tliet kumpaniji fil-kampjun dwar l-intenzjoni li tapplika l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. L-Awtoritajiet tal-Istati Uniti kienu wkoll infurmati dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. L-iskadenza biex wieħed jipprovdi l-kummenti għall-ittra kienet il-21 ta' Novembru 2014.

(24)

Sal-21 ta' Novembru 2014, tnejn mill-kumpaniji fil-kampjun ma taw l-ebda reazzjoni u l-kumpanija l-oħra fil-kampjun spjegat li l-limitu ta' żmien ma kienx biżżejjed għalihom biex jagħtu t-tweġiba tagħhom.

(25)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun fl-Istati Uniti tal-Amerka ma kkoopera fl-investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku u li, konsegwentement, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, ikunu jistgħu jiġu magħmula fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

1.8.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta' verifika

(26)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand l-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerka, mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u minn erba' utenti/kummerċjanti.

(27)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-għoti ta' sussidji, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni.

(28)

Saru żjarat ta' verifika fil-post ta' dawn l-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerka li ġejjin:

 

Awtoritajiet federali tal-Istati Uniti

Id-Dipartiment tat-Teżor (DOT)

Id-Dipartiment tal-Agrikoltura (USDA)

 

L-awtorijajiet Statali:

L-Awtoritajiet tal-Istat ta' Florida, Tallahassee

L-Awtoritajiet tal-Istat ta' Iowa, Des Moines

L-Awtoritajiet tal-Istat ta' Kansas, Topeka

L-Awtoritajiet tal-Istat ta' Kentucky, Frankfort

(29)

Saru żjarat ta' verifika fil-bini ta' dawn il-produtturi tal-Unjoni li ġejjin:

Bio-Oils Huelva S.L., Huelva, Spanja,

Biopetrol Rotterdam BV, Rotterdam, in-Netherlands,

Diester industrie SAS, Rouen, Franza,

Novaol S.R.L., Milan, L-Italja

Preol a.s., Lovosice, ir-Repubblika Ċeka,

Rafineria Trzebinia S.A., Trzebinia, il-Polonja

Verbio Vereinigte BioEnergie AG, Leipzig, il-Ġermanja

1.9.   Divulgazzjoni

(30)

Fit-3 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni żvelat lill-partijiet interessati kollha l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kienet beħsiebha li żżomm fis-seħħ il-miżuri kompensatorji u stiednet lill-partijiet interessati kollha sabiex jikkummentaw. Il-Kummissjoni qieset il-kummenti magħmula mill-partijiet interessati u ħadithom inkonsiderazzjoni, fejn xieraq.

(31)

Wara d-divulgazzjoni finali l-NBB talab u ngħata seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali.

2.   PRODOTT LI QED JIĠI RIEŻAMINAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott rieżaminat

(32)

Il-prodott li qed jiġi rieżaminat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti (“l-investigazzjoni oriġinali”), jiġifieri esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, spiss magħruf bħala “bijodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li fiha iktar minn 20 % skont il-piż ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat”), li bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 , ex 1518 00 91 , ex 1518 00 99 , ex 2710 19 43 , ex 2710 19 46 , ex 2710 19 47 , ex 2710 20 11 , ex 2710 20 15 , ex 2710 20 17 , ex 3824 90 92 , ex 3826 00 10 u ex 3826 00 90 .

(33)

Il-bijodiżil huwa sors ta' enerġija rinnovabbli użat fis-settur tat-trasport għall-magni diżil. Madankollu magni konvenzjonali ma jistgħux jaħdmu b'bijodiżil pur, iżda b'taħlita ta' diżil minerali u kontenut limitat ta' bijodiżil.

(34)

Il-bijodiżil prodott fl-Istati Uniti tal-Amerka huwa predominantement “Ester Metiliku tal-Aċidi Xaħmin” (FAME) li ġej minn firxa wiesgħa ta' żjut veġetali (żejt tal-fażola tas-sojja, żejt tal-palm, żejt taż-żerriegħa tal-kolza) u żjut tal-qali użati, xaħmijiet tal-annimali jew tal-bijomassa li jservu bħala l-materja prima agrikola tal-bijodiżil. It-terminu “esteru” (ester) jirreferi għat-trans-esterifikazzjoni taż-żjut veġetali, jiġifieri, it-taħlit taż-żejt mal-alkoħol. It-terminu “metil” jirreferi għall-metanol; l-iżjed alkoħol komunement użat fil-proċess, għalkemm l-etanol jista' jintuża wkoll fil-proċess ta' produzzjoni, li jirriżulta f'“esteri etiliċi tal-aċidi xaħmin”.

(35)

It-tipi kollha ta' bijodiżil u l-bijodiżil fit-taħlitiet, minkejja differenzi possibbli f'termini ta' materja prima użata għall-produzzjoni, jew varjanti fil-proċess ta' produzzjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi jew simili ħafna u jintużaw għall-istess finijiet. Il-varjazzjonijiet possibbli fil-prodott ikkonċernat li qed jiġi investigat ma jibdlux id-definizzjoni bażika tiegħu, il-karatteristiċi tiegħu jew il-perċezzjoni li bosta partijiet għandhom tiegħu. B'mod partikolari, mill-perspettiva tal-utent finali ta' fjuwil tad-diżil, ma tagħmel l-ebda differenza jekk it-taħlita disponibbli fil-pompa tkun magħmula minn materja prima waħda partikolari għall-bijodiżil.

2.2.   Il-prodott simili

(36)

Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-bijodiżil mibjugħ fis-suq domestiku fl-Istati Uniti tal-Amerka u l-bijodiżil tal-Istati Uniti mibjugħ għall-esportazzjoni għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi. Bl-istess mod, il-bijodiżil prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u użi tal-prodott esportat mill-Istati Uniti tal-Amerka lejn l-Unjoni. Għalhekk, dawn huma prodotti simili għall-għanijiet tal-investigazzjoni attwali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Dikjarazzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott

(37)

Il-gvern tal-Istati Uniti allega li d-diżil magħmul mill-bijomassa (9) huwa kategorija ta' prodotti usa' minn tal-prodott li qed jiġi rieżaminat. Madankollu, kif imniżżel fir-Regolament li jimponi dazji kumpensatorji provviżorji fl-investigazzjoni oriġinali (10), it-tipi kollha ta' bijodiżil u t-taħlitiet ta' bijodiżil, inkluż id-diżil prodott mill-bijomassa, jitqiesu li huma fjuwils tal-bijodiżil u li huma parti minn pakkett leġiżlattiv li jikkonċerna l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija li tiġġedded u l-fjuwils alternattivi. Ir-raġuni hija li l-bijodiżil prodott mill-bijomassa għandu l-istess karatteristiċi u użi fiżiċi u tekniċi bażiċi bħal dawk tal-bijodiżil prodott minn sorsi oħra. Is-sejba fl-investigazzjoni oriġinali ma kienet ikkontestata minn ebda parti interessata u tibqa' valida f'dan ir-rieżami ta' skadenza. B'konsegwenza t'hekk, il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba mill-Gvern tal-Istati Uniti.

3.   PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TA' SUSSIDJI

3.1.   Kummenti preliminari

(38)

Skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti tistax x'aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidju. Il-kunċett ta' rikorrenza jimplika li m'għandux għalfejn ikun fis-seħħ sussidju fiż-żmien ta' bidu jew meta tittieħed id-deċiżjoni li jinżammu l-miżuri. Konsegwentement, il-Kummissjoni vverifikat ukoll jekk ikunx hemm il-probabilità ta' rikorrenza tas-sussidji li jiskadu wara l-PIR.

(39)

Il-Kummissjoni analizzat l-iskemi ta' sussidju kollha li ġew identifikati fit-talba għal rieżami u talbet lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti biex jipprovdu informazzjoni dwar kull skema ta' sussidji oħra possibbli. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kummissjoni analizzat l-iskemi li ġejjin li kienu fis-seħħ matul il-PIR:

 

Skemi Federali

(a)

Kreditu fuq it-taħlit ta' bijodiżil u kreditu fuq il-bijodiżil

(b)

Kreditu ta' taxxa fuq l-introjtu mill-produttur iż-żgħir tal-agri-bijodiżil

(c)

Kreditu għall-produzzjoni ta' Bijokarburant ċellulożiku

(d)

Programm tal-Bijoenerġija tal-USDA għal Bijokarburanti avvanzati

 

Skemi Statali

(a)

Florida: Kreditu ta' Taxxa għall-Investiment tal-Bijokarburanti fi Florida

(b)

Iowa: Rifużjoni tat-taxxa għall-Produtturi tal-Bijodiżil f'Iowa

(c)

Kansas: Inċentiv għall-Produtturi Kwalifikati ta' Fjuwil tal-Bijodiżil f'Kansas

(d)

Kentucky: Kreditu ta' Taxxa fuq il-Produzzjoni ta' Bijodiżil f'Kentucky

(40)

L-iskemi li ġejjin mhumiex se jiġu analizzati minn hawn' il quddiem ladarba, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, huma jew kienu inattivi, skadew qabel il-PIR jew ma pprovdew ebda benefiċċji lill-produtturi tal-bijodiżil tal-Istati Uniti matul il-PIR:

 

Skema Federali

Garanziji għal self għal Bijokarburanti avvanzati

 

Skemi Statali

(i)

Kreditu ta' Taxxa għall-Faċilità ta' Produzzjoni ta' Bijokarburanti f'Alabama

(ii)

Għotjiet u Rifużjonijiet fuq Fjuwil Alternattiv f'Arkansas

(iii)

Programm ta' Żvilupp ta' Fjuwils Rinnovabbli f'Illinois

(iv)

Kreditu ta' Taxxa fuq il-Produzzjoni ta' Bijodiżil f'Indiana

(v)

Inċentivi ta' Taxxa fuq il-Produzzjoni ta' Fjuwil Alternattiv f'Kentucky

(vi)

Eżenzjoni mit-Taxxa fuq il-Fjuwil u t-Tagħmir tal-Bijodiżil f'Louisiana

(vii)

Kreditu ta' Taxxa fuq il-Produzzjoni ta' Bijokarburanti f'Maine

(viii)

Inċentiva fuq il-Produzzjoni ta' Bijokarburanti f'Maryland

(ix)

Inċentiva fuq il-Produzzjoni ta' Bijokarburanti f'Mississippi

(x)

Fond ta' inċentiv ta' fjuwil tal- produtturi ta' biodiżil Missouri

(xi)

Inċentiva ta' Taxxa fuq il-Proprjetà ta' Produzzjoni ta' Fjuwil Alternattiv f'Montana

(xii)

Kreditu ta' Taxxa fuq il-Faċilità ta' Produzzjoni ta' Bijodiżil f'Montana

(xiii)

Kreditu ta' Taxxa fuq l-Investiment ta' Produzzjoni ta' Bijodiżil f'Nebraska

(xiv)

Kredtu ta' Taxxa fuq il-Produzzjoni ta' Bijokarburant fi New York

(xv)

Kreditu fuq il-Faċilitajiet ta' Bijodiżil f'South Carolina

(xvi)

Programm ta' Inċentivi fuq il-Produzzjoni ta' fjuwil u bijodiżil f'Texas

(xvii)

Għotjiet fuq il-Produzzjoni ta' Bijokarburanti f'Virginia

(xviii)

Self u Għotjiet fuq il-Fjuwil Alternattiv f'Washington

(xix)

Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-produzzjoni ta' biofjuwils fl-Istat ta' Washington

3.2.   Sussidji ta' importazzjonijiet matul il-PIR — Skemi Federali

3.2.1.   Kreditu fuq it-taħlit ta' bijodiżil u kreditu fuq il-bijodiżil

3.2.1.1.   Bażi ġuridika

(41)

It-Titolu 26, it-Taqsima 40 A u t-taqsimiet 6426 u 6427 tal-Kodiċi tal-Istati Uniti (U.S.C.) huma l-Bażi ġuridika għall-iskema ta' kreditu ta' taxxa għal dawk li jħalltu l-bijodiżil, għall-bejjiegħa bl-imnut u għall-utenti aħħarija. Dawn jagħmlu tajjeb għall-kreditu fuq fjuwil ta' bijodiżil li ġejjin:

(i)

il-kreditu għat-taħlit ta' bijodiżil (“skema ta' USD 1/għal kull gallun”);

(ii)

il-kreditu fuq il-biodiżil;

(iii)

il-kreditu fuq il-produttur iż-żgħir tal-agri-biodiżil

(42)

Il-kreditu ta' taxxa fuq id-dħul tal-produttur iż-żgħir tal-agri-biodiżil huwa kreditu ta' taxxa li japplika biss għall-produtturi ż-żgħar tal-agri-biodiżil. Din l-iskema hija ttrattata fil-premessi 59 sa 63 hawn isfel.

3.2.1.2.   Eliġibbiltà

(43)

Biex tkun eliġibbli għall-kreditu fuq it-taħlit ta' biodiżil imsemmi f'(i) fil-premessa 41 hawn fuq, kumpanija għandha toħloq taħlita ta' biodiżil u fjuwil tad-diżil, taħlita li tinbigħ bħala fjuwil jew għall-użu bħala fjuwil.

(44)

Il-persuna li toħloq l-inċentiv għandha tikseb ċertifikazzjoni mill-produttur jew mill-importatur tal-biodiżil li jidentifika l-prodott u l-perċentwal tal-biodiżil (11) u l-agri-biodiżil fil-prodott. Dan il-kreditu jieħu l-forma ta' kreditu ta' taxxa tas-sisa jew, jekk ir-responsabbiltà ta' taxxa tas-sisa ta' kumpanija hija inqas mit-total tal-kreditu tat-taxxa tas-sisa, il-kumpanija tista' mbagħad titlob il-kreditu li jkun baqa' bħala kreditu fuq it-taxxa tad-dħul li jitħallas lura. Kreditu fuq it-taxxa tad-dħul li jitħallas lura huwa kreditu fuq it-taxxi tad-dħul tal-persuna li tħallas it-taxxa jew ħlas dirett. Dan jitħallas lura għaliex il-kreditu żejjed jista' jingħata lura lil min iħallas it-taxxa bħala ħlas dirett fi flus kontanti jekk il-kreditu huwa akbar mit-taxxa dovuta mill-individwu.

(45)

Il-kreditu fuq il-biodiżil imsemmi fil-punt (ii) fil-premessa 41 hawn fuq huwa kreditu tat-taxxa fuq id-dħul għall-bejjiegħa bl-imnut jew għall-utenti finali ta' biodiżil (pur) mhux imħallat. Il-kreditu fuq il-biodiżil pur jista' jinkiseb biss mill-persuna li tpoġġi l-gallun ta' biodiżil pur fit-tank tal-fjuwil ta' vettura jew li tużah bħala fjuwil. Għandu jkun notat li anki l-produtturi tal-biodiżil li jipproduċu l-biodiżil tagħhom stess, ikunu jistgħu jirċievu dan il-kreditu. Għalhekk biex jitlob il-kreditu, il-produttur tal-biodiżil għandu jkun qed jaġixxi jew ta' bejjiegħ bl-imnut (li jpoġġi l-gallun ta' biodiżil fit-tank tal-gass tal-utent finali) jew ta' utent finali (eż. wieħed li jpoġġi l-biodiżil fil-vettura tiegħu stess).

3.2.1.3.   Implimentazzjoni prattika

(46)

Il-biodiżil imħallat bi fjuwil tad-diżil minerali huwa intitolat għal taxxa tas-sisa fuq it-taħlit ta' biodiżil jew kreditu ta' taxxa fuq id-dħul. Matul il-PIR, il-kreditu prevalenti kien ta' USD 1 għal kull gallun għal kull tip ta' bijodiżil, jiġifieri inkluż l-agri-bijodiżil u d-diżil mill-bijomassa.

(47)

Il-kreditu fuq it-taxxa finali għall-fjuwil imħallat jiddependi fuq il-proporzjon ta' bijodiżil li jkun fih. Ir-rekwiżit minimu, u dak li jitqies bħala l-prassi l-aktar komuni, huwa ż-żieda ta' 0,1 % ta' diżil minerali ma' 99,9 % biodiżil (dan il-prodott imħallat huwa magħruf bħala l-B99 fl-Istati Uniti), billi dan jiżgura li jinkiseb il-kreditu massimu fuq it-taxxa. Il-proporzjon ta' biodiżil fil-prodott imħallat jikkwalifika għal-kreditu fuq it-taxxa (eż. 100 gallun ta' B99 għandu jkun fih 99,9 gallun ta' biodiżil u jkun eliġibbli għal kreditu ta' USD 99,90 fuq it-taxxa). Il-konverżjoni ta' biodiżil minn prodott pur (B100) għal prodott imħallat (B99) hija proċess sempliċi. Din timplika ż-żieda ta' 0,1 % ta' diżil minerali mal-biodiżil pur u ma tirrikjedix trasformazzjoni ewlenija tal-prodott ikkonċernat. Hija l-attività tat-taħlit li twassal għall-eliġibbiltà għall-kreditu.

(48)

Il-produtturi tal-biodiżil jistgħu jitolbu għall-inċentiv meta huma stess ikunu qed iwettqu attività ta' taħlit. Il-produttur għandu jħallat il-biodiżil pur ma' fjuwil tad-diżil minerali. Fir-rigward tal-intitolament għall-inċentiv, ma hemm l-ebda differenza bejn il-biodiżil imħallat iddestinat għall-bejgħ domestiku u għall-bejgħ għall-esportazzjoni.

(49)

Il-kumpaniji li ma jipproduċux iżda pjuttost jixtru l-biodiżil pur u jħalltuh f'taħlita tal-biodiżil huma wkoll intitolati għall-kreditu fuq it-taxxa. Kumpaniji bħal dawn għandhom jiksbu ċertifikat mill-produttur jew importatur (u fejn applikabbli kull bejjiegħ mill-ġdid li jintervjeni) tal-bijodiżil li fih il-produttur jiċċertifika b'mod effettiv li ma kienx talab il-kreditu ta' taxxa. Dan iċ-ċertifikat huwa trasferibbli waqt li jintitola d-detentur għal USD 1 fi kreditu ta' taxxa fuq kull gallun pur ta' bijodiżil.

(50)

L-inċentiv jista' jintalab bħala kreditu kontra s-sisa jew it-taxxa fuq id-dħul dovuta jew bħala ħlas dirett fi flus kontanti. L-ammont totali tal-inċentiv jibqa' l-istess (USD 1 għal kull gallun) kemm jekk l-inċentiv huwa ddikjarat bħala kreditu ta' taxxa tas-sisa, kreditu ta' taxxa fuq id-dħul, ħlas dirett lill-persuna li qed tħallas it-taxxa, kif ukoll kwalunkwe kontribuzzjoni ta' dak li ssemma qabel.

(51)

L-U.S.C. tistipula li ma għandux jingħata kreditu għat-taħlit ta' biodiżil sakemm il-kumpanija (min iħallat) li tagħmel it-taħlit tal-biodiżil u d-diżil minerali tikseb ċertifikat (“Ċertifikat għall-Biodiżil”) mill-produttur tal-biodiżil li fih il-produttur jiċċertifika, inter alia, il-kwantità ta' biodiżil li għalih jirreferi ċ-ċertifikat u jekk il-biodiżil huwiex agri-biodiżil jew tip ieħor ta' biodiżil. Jekk kumpanija li tipproduċi l-biodiżil sussegwentement tħallat dak il-biodiżil mad-diżil minerali u titlob il-kreditu ta' taxxa, dik il-kumpanija għandha tipproduċi ċ-Ċertifikat għall-Biodiżil bid-dokumentazzjoni meħtieġa biex tkun tista' tagħmel talba għall-kreditu. Persuna li tirċievi Ċertifikat għall-Biodiżil, u li sussegwentement tbigħ il-biodiżil mingħajr ma tipproduċi taħlita ta' biodiżil, għandha tipprovdi lix-xerrej b'Ċertifikat għall-Biodiżil flimkien ma' “stqarrija ta' bejgħ mill-ġdid ta' biodiżil”. Fi kliem ieħor, il-kumpanija li tagħmel it-taħlita u li titlob il-kreditu ta' taxxa tista' tikseb iċ-Ċertifikat għall-Biodiżil jew direttament mill-produttur tal-biodiżil jew indirettament mingħand bejjiegħ mill-ġdid ta' biodiżil. Għalhekk, dan iċ-ċertifikat huwa trasferibbli waqt li jintitola lid-detentur għal kreditu ta' taxxa ta' USD 1 fuq kull gallun għall-għadd ta' glalen ta' biodiżil użati mill-pretendent fil-produzzjoni ta' kwalunkwe taħlit ta' biodiżil.

(52)

Ma saret disponibbli l-ebda informazzjoni ġdida matul il-perjodu ta' rieżami li tqajjem dubju dwar il-konklużjoni mill-investigazzjoni inizjali li l-bijodiżil kollu huwa ssussidjat permezz ta' dan il-kreditu ta' taxxa.

(53)

Fir-rigward tal-kreditu fuq il-bijodiżil, b'kuntrast mal-investigazzjoni ta' qabel meta l-kreditu prevalenti kien ta' USD 1 għal kull gallun ta' agri-bijodiżil mhux imħallat (pur) jew USD 0,50 għal kull gallun ta' bijodiżil ieħor mhux imħallat, il-bejjiegħ bl-imnut (jew produttur tal-bijodiżil li jaġixxi ta' bejjiegħ bl-imnut) jew l-utent aħħari tal-bijodiżil li mhuwiex imħallat issa jista' jitlob USD 1,00 għal kull gallun ta' agri-bijodiżil mhux imħallat (pur) jew tipi oħra ta' bijodiżil kif ukoll għal diżil prodott mill-bijomassa bħala kreditu ta' taxxa fuq l-introjtu min-negozju ġenerali mhux rifondibbli. Kreditu min-negozju ġenerali li ma jitħallasx lura huwa kreditu kontra t-taxxa fuq id-dħul ta' negozju. Dan ma jitħallasx lura għax, jekk il-qligħ tan-negozju huwa akbar mit-taxxa dovuta tiegħu, il-kreditu ż-żejjed ma jistax jitħallas lura lin-negozju bħala ħlas dirett fi flus kontanti. Madankollu, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, il-kreditu ta' taxxa fuq l-introjtu min-negozju mogħti għal sena jista' jiġi trasferit lura għal sentejn u riportat għal għoxrin sena.

(54)

L-awtoritajiet tal-Istati Uniti irrikonexxew li uħud mill-produtturi tal-bijodiżil ibbenefikaw minn dan il-kreditu matul il-PIR filwaqt li aġixxew bħala bejjiegħa bl-imnut jew utenti, iżda ma setgħux jikkwantifikaw eżatt il-benefiċċji li rċevew matul il-PIR.

3.2.1.4.   Konklużjoni

(55)

Il-kreditu fuq taħlit ta' bijodiżil kif ukoll il-kreditu fuq bijodiżil għandu jitqies bħala inċentiv fiskali kemm jekk jingħata bħala ħlas fi flus kontanti kif ukoll jekk le (possibbli biss għal kreditu fuq taħlitiet ta' bijodiżil) jew ikollu jitnaqqas mit-taxxa dovuta (applikabbli għaż-żewġ krediti ta' taxxa).

(56)

Il-Kummissjoni tqis li din l-iskema hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu (3)(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi l-iskema tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka f'forma ta' għotjiet diretti (ħlasijiet fi flus kontanti, possibbli biss għall-kreditu fuq taħlit ta' bijodiżil) u ta' dħul maħfur li normalment kien ikun dovut (kumpens għat-taxxa) (applikabbli għaż-żewġ krediti ta' taxxa). L-għotjiet jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji li jirċevuhom.

(57)

L-iskemi huma limitati għall-kumpaniji li huma involuti fl-industrija tal-bijodiżil u għalhekk jitqiesu bħala speċifiċi skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk kumpensatorji.

(58)

Fl-aħħar nett, peress li l-iskema ta' kreditu fuq it-taħlita ta' bijodiżil tipprovdi sussidju ta' USD 1 għal kull gallun għal kull tip ta' bijodiżil, il-Kummissjoni tqis li din l-iskema pprovdiet ammont sinifikanti ta' sussidji lil produtturi esportaturi tal-bijodiżil fl-Istati Uniti u għalhekk baqgħet l-aktar skema importanti matul il-PIR.

3.2.2.   Kreditu ta' taxxa fuq l-introjtu mill-produttur iż-żgħir tal-agri-bijodiżil

3.2.2.1.   Bażi ġuridika

(59)

It-Titolu 26, U.S.C., it-Taqsima 40A jipprovdi wkoll għal kreditu ta' taxxa fuq id-dħul għall-produttur iż-żgħir tal-agri-biodiżil.

3.2.2.2.   Eliġibbiltà

(60)

Din l-iskema hija disponibbli biss għall-produtturi żgħar ta' agri-biodiżil pur. Kull min iħallat jew jinnogozja u jixtri iżda ma jipproduċix biodiżil mhuwiex eliġibbli għall-kreditu. Produttur żgħir huwa kwalunkwe persuna li l-kapaċità ta' produzzjoni tagħha ma taqbiżx is-60 miljun gallun ta' agri-bijodiżil fis-sena. Il-produttur iż-żgħir ta' agri-biodiżil jista' jitlob kreditu ta' taxxa li ma jitħallasx lura ta' USD 0,10 fuq id-dħul min-negozju ġenerali għal kull gallun ta' agri-biodiżil prodott. Il-produzzjoni kkwalifikata ta' produttur ma tistax taqbeż il-15-il miljun gallun fi kwalunkwe sena taxxabbli. Biex il-produttur ikun jista' jitlob il-kreditu, l-agri-biodiżil ikun irid jintuża bħala fjuwil, mibjugħ għall-użu bħala fjuwil, jew użat biex joħloq taħlita ta' biodiżil u fjuwil tad-diżil li jintuża bħala fjuwil jew mibjugħ għall-użu bħala fjuwil. B'hekk produtturi żgħar tal-agri-bijodiżil jistgħu jikkombinaw din l-iskema, mal-iskema ta' kreditu għat-taħlitiet ta' bijodiżil u għalhekk jirċievu total ta' USD 1,10 għal kull gallun. B'kuntrast ma' dan, il-produtturi tal-agri-bijodiżil il-kbar huma biss eliġibbli għall-iskema ta' kreditu fuq it-taħlit ta' bijodiżil.

3.2.2.3.   Implimentazzjoni prattika

(61)

Talbiet għall-kreditu ta' taxxa fuq id-dħul min-negozju ġenerali li ma jitħallasx lura jsiru kull sena meta l-pretendent jiddikjara t-taxxa tiegħu fuq id-dħul. Il-kreditu għall-kull gallun ta' biodiżil prodott mill-pretendent matul is-sena taxxabbli rilevanti, sa massimu ta' 15-il gallun, jikkumpensa għat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpaniji min-naħa tal-pretendent. Jekk l-obbligazzjoni tat-taxxa tar-rikorrent tkun inqas mill-ammont ta' kreditu mitlub, l-ammont żejjed jista' jitressaq 'il quddiem għas-snin fiskali sussegwenti.

3.2.2.4.   Konklużjoni

(62)

Il-Kummissjoni tqis din l-iskema bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi l-iskema tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka f'forma ta' dħul maħfur li normalment kien ikun dovut. L-inċentivi huwa ta' benefiċċju għall-kumpaniji li jirċevuhom.

(63)

L-iskema hija limitata għal kumpaniji li jipproduċu l-biodiżil u għalhekk titqies bħala waħda speċifika skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku u saħansitra kompensatorja.

3.2.3.   Il-Programm tal-Bijoenerġija għall-Bijokarburanti Avvanzati (BPAB)

3.2.3.1.   Bażi ġuridika

(64)

Il-Programm tal-Bijoenerġija għall-Bijokarburanti Avvanzati (BPAB) tad-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti (“USDA”) huwa rregolat skont it-Titolu IX, it-Taqsima 9005 tal-Farm Security and Rural Investment Act tal-2002 (“il-Farm Bill tal-2002”). Il-programm kien maħsub li jiskadi fl-2012, iżda ġie estiż għall-2013 u aktar tard għall-2014. L-Att Agrikolu tal-2014 estenda l-programm għal 5 snin oħra, sa tmiem l-2018.

3.2.3.2.   Eliġibbiltà

(65)

Dan il-programm jipprovdi għotjiet diretti lill-produtturi ta' bijokarburanti avvanzati, li ġeneralment huma definiti bħala “fjuwil derivat minn bijomassa għajr lamtu tal-qalba tal-qamħirrun”. Id-definizzjoni tinkludi diżil prodott mill-bijomassa (12). Mhux aktar minn ħamsa fil-mija tal-fondi tal-programm jistgħu jiġu distribwiti lil produtturi eliġibbli b'kapaċità ta' raffinar ta' aktar minn 150 000 000 gallun ta' bijokarburant avvanzat kull sena. Dawk li jħalltu mhumiex eliġibbli għall-programm.

3.2.3.3.   Implimentazzjoni prattika

(66)

Il-parteċipanti jirċievu ħlasijiet diretti mill-gvern wara li japplikaw għall-programm. Il-produtturi jridu jirreġistraw l-ewwel mal-awtorità u jiffirmaw kuntratt. Il-produtturi għandhom jippreżentaw applikazzjonijiet ta' ħlas għal kull kwart tas-sena fiskali sabiex jirċievu ħlas għall-produzzjoni ta' bijokarburant avvanzat ta' dak il-kwart. Il-ħlasijiet huma previsti kemm għall-produzzjoni attwali kif ukoll għall-produzzjoni inkrimentali. Ir-rati tal-ħlas għall-produzzjoni attwali huma kkalkulati kull tliet xhur għall-ammont ta' bijokarburant avvanzat attwali prodott kull kwart.

(67)

Il-ħlasijiet tal-produzzjoni inkrimentali jsiru għall-kwantità ta' bijokarburant avvanzat eliġibbli li jiġi prodott f'sena fiskali, li jaqbeż il-kwantità prodotta fis-sena fiskali preċedenti.(mill-2009).

(68)

Il-finanzjament huwa maqsum fost il-produtturi kollha li ppreżentaw ruħhom fuq il-bażi tal-valur Btu (13) tal-produzzjoni. Il-finanzjament huwa mqassam b'mod ugwali fost il-produtturi kollha skont il-valur Btu.

3.2.3.4.   Konklużjoni

(69)

Il-Kummissjoni tqis din l-iskema bħala sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku billi l-iskema tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka taħt forma ta' għotjiet diretti. L-inċentivi huwa ta' benefiċċju għall-kumpaniji li jirċevuhom.

(70)

L-iskema hija limitata għal kumpaniji li jipproduċu l-biodiżil u għalhekk titqies bħala waħda speċifika skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku u saħansitra kompensatorja.

3.2.4.   Kreditu għall-Produzzjoni ta' Bijokarburanti Ċellulożiku

3.2.4.1.   Bażi ġuridika

(71)

Il-programm ilu jeżisti mill-1 ta' Jannar 2009 u ġie stabbilit mill-Food, Conservation, and Energy Act tal-2008. Wara l-1 ta' Jannar 2011 il-programm ġie estiż bl-istess mod bħat-tliet skemi l-oħra ta' hawn fuq (ara d-dettalji fit-Taqsima 3.4.1 hawn taħt). Il-liġi adottata fid-19 ta' Diċembru 2014 reġgħet daħħlet b'mod retroattiv l-iskema għall-2014 (14) kollha, iżda l-kumpaniji jistgħu jittrasferixxu sa 20 sena kreditu ta' taxxa miksub mill-iskemi.

3.2.4.2.   Eliġibbiltà

(72)

Din l-iskema, għal kull gallun, tipprovdi USD 1,01 ta' kreditu ta' taxxa fuq l-introjtu tan-negozju ġenerali mhux rifondibbli tlill-bijokarburant tat-tieni ġenerazzjoni li jintuża bħala fjuwil jew li jinbiegħ għall-użu bħala fjuwil. Il-produtturi huma eliġibbli, inklużi l-produtturi ta' bijokarburant miksub minn kwalunkwe materjal linjoċellulożiku jew hemiċellulożiku li huwa disponibbli fuq bażi rikorrenti jew rinnovabbli, kif ukoll fjuwils li jsiru mill-algi.

3.2.4.3.   Implimentazzjoni prattika

(73)

L-awtoritajiet tal-Istati Uniti ma ppreżentawx ċifri dettaljati dwar il-benefiċċji pprovduti matul il-PIR. Huma sostnew li jkunu jafu l-benefiċċji għall-2013 biss f'Ottubru 2015 u għall-2014 fl-2016. Madankollu, jidher li l-iskema ma pprovdietx benefiċċji lill-produtturi ta' diżil li jikkwalifika bħala fjuwil tat-tieni ġenerazzjoni. Dan huwa dovut għall-fatt li s'issa dan id-diżil ma jidhirx li jiġi prodott fuq bażi kummerċjali u l-kwantitajiet prodotti u mibjugħa fis-suq huma pjuttost marġinali.

3.2.4.4.   Konklużjoni

(74)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ma tqisx li din l-iskema pprovdiet benefiċċji għall-produtturi tal-bijodiżil matul il-PIR u ma analizzatx l-impatt tagħha fuq il-possibbiltà ta' kontinwazzjoni u/jew rikorrenza ta' sussidjar.

3.3.   Sussidji tal-importazzjonijiet matul il-PIR — Skemi Statali

3.3.1.   Kreditu ta' Taxxa għall-Investiment tal-Bijokarburanti fi Florida

3.3.1.1.   Bażi ġuridika

(75)

Il-Bażi ġuridika ta' din l-iskema operata mid-Dipartiment tal-Agrikoltura u s-Servizzi tal-Konsumatur ta' Florida hija t-Taqsima 220.192 tal-Istatuti ta' Florida.

3.3.1.2.   Eliġibbiltà

(76)

Il-Programm ta' Kreditu ta' Taxxa fuq l-Investiment f'Teknoloġiji tal-Enerġija Rinnovabbli jipprovdi kreditu tat-taxxa korporattiva annwali lill-entitajiet eliġibbli kollha għall-kostijiet kapitali kollha, għall-kostijiet operattivi u ta' manutenzjoni, kif ukoll għall-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp li saru bejn l-1 ta' Lulju 2012, u t-30 ta' Ġunju 2016, b'rabta ma' investiment fil-produzzjoni, il-ħażna, u t-tqassim ta' bijodiżil, etanol, u fjuwils rinnovabbli oħra fl-Istat ta' Florida.

3.3.1.3.   Implimentazzjoni prattika

(77)

L-applikazzjonijiet għal kreditu ta' taxxa għandhom jaslu għand id-dipartiment sal-1 ta' November ta' kull sena jew qabel u jiġu rieżaminati fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. L-applikazzjonijiet iridu jinkludu d-dokumentazzjoni ta' sostenn tal-kostijiet eliġibbli kollha. L-applikanti għandhom jippreżentaw ukoll sommarju li jiddeskrivi kif il-materjali qed jintużaw b'rabta ma' investiment fil-produzzjoni, il-ħażna, u t-tqassim ta' bijodiżil (B10-B100), etanol (E10-E100) jew fjuwils oħra rinnovabbli fi Florida. Barra minn hekk, l-applikanti, mal-applikazzjoni mimlija jridu jippreżentaw deskrizzjoni tal-impatt ekonomiku tal-proġett fi Florida.

(78)

L-iskema toffri kreditu tat-taxxa korporattiva annwali ugwali għal 75 % (sa USD 1 miljun għal kull kontribwent u total ta' USD 10 miljun għal kull sena fiskali tal-Istat) tal-kostijiet kapitali kollha, il-kostijiet operattivi u ta' manutenzjoni, u l-kostijiet ta' R&Ż b'rabta ma' investiment fil-produzzjoni, il-ħażna u t-tqassim ta', fost affarijiet oħra, il-bijodiżil u fjuwils rinnovabbli oħra fl-Istat. Il-kreditu huwa sa USD 1 miljun għal kull kontribwent tat-taxxa u l-ammont mhux użat jista' jiġi riportat u jintuża fi snin ta' taxxa, mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2018, li warajhom jiskadi t-trasferiment ta' kreditu u ma jkunx jista' jintuża.

3.3.1.4.   Konklużjoni

(79)

Il-Kummissjoni tqis din l-iskema bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi l-iskema tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istat ta' Florida f'forma ta' dħul maħfur li normalment kien ikun dovut. L-inċentivi huwa ta' benefiċċju għall-kumpaniji li jirċevuhom.

(80)

L-iskema hija limitata għal kumpaniji li jipproduċu l-bijodiżil u tipi oħra ta' fjuwil u għalhekk titqies bħala waħda speċifika skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk kumpensatorja.

3.3.2.   Rifużjoni tat-taxxa għall-Produtturi tal-Bijodiżil f'Iowa

3.3.2.1.   Bażi ġuridika

(81)

Il-Bażi ġuridika ta' din l-iskema mħaddma mid-Dipartiment tad-Dħul ta' Iowa hija t-Taqsima 423.4(9) tal-Kodiċi ta' Iowa.

3.3.2.2.   Eliġibbiltà

(82)

Il-produttur irid ikun manifattur tal-bijodiżil, irreġistrat mill-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali tal-Istati Uniti, skont it-Taqsima 40, il-paragrafu 79.4 tal-Code of Federal Regulations (C.F.R.). Il-bijodiżil irid ikun għal użu fi fjuwil imħallat bil-bijodiżil skont it-Taqsima 214 A. 2 tal-Kodiċi ta' Iowa. Il-bijodiżil irid ikun prodott f'Iowa.

3.3.2.3.   Implimentazzjoni prattika

(83)

Produtturi tal-bijodiżil eliġibbli jeħtieġu li jintroduċu talba għal rifużjoni li tipprovdi dejta dwar l-għadd ta' glalen ta' bijodiżil prodotti matul il-perjodu ta' tliet xhur. Id-Dipartiment tad-Dħul iwettaq rieżami tat-talba għal rifużjoni u, jekk tiġi approvata, joħroġ ċekk ta' rifużjoni lil kull produttur tal-bijodiżil.

(84)

Talbiet għal rifużjoni jiġu ppreżentati f'April, Lulju, Ottubru u Jannar ta' kull sena, u ċ-ċekkijiet ta' rifużjoni jinħarġu f'Mejju, Awwissu, Novembru u Frar ta' kull sena.

(85)

Il-programm jipprovdi rifużjoni ta' USD 0,03 għal kull gallun ta' bijodiżil prodott f'Iowa (USD 0,03 għall-2012, USD 0,025 għall-2013 u USD 0,02 għall-2014-2017). Ir-rifużjoni hija limitata għall-ewwel 25 miljun gallun prodott f'kull faċilità.

3.3.2.4.   Konklużjoni

(86)

Il-Kummissjoni tqis din l-iskema bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi l-iskema tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istat ta' Iowa f'forma ta' dħul maħfur li normalment kien ikun dovut. L-inċentivi huwa ta' benefiċċju għall-kumpaniji li jirċevuhom.

(87)

L-iskema hija limitata għal kumpaniji li jipproduċu l-bijodiżil u tipi oħra ta' fjuwil u għalhekk titqies bħala waħda speċifika skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk kumpensatorja.

3.3.3.   Inċentiv għall-Produtturi Kwalifikati ta' Fjuwil tal-Bijodiżil f'Kansas

3.3.3.1.   Bażi ġuridika

(88)

Il-Bażi ġuridika għal din l-iskema mħaddma mid-Dipartiment tad-Dħul f'Kansas hija l-Istatuti Annotati ta' Kansas (Kansas Statutes Annotated)(K.S.A.) it-taqsimiet 79-34,155 sa 79-34,159 tal-K.S.A u r-Regolamenti Amministrattivi ta' Kansas (K.A.R.) it-taqsimiet 92-27-1 sa 92-27-5 tal-K.A.R. L-iskema se tiskdadi fl-1 ta' Lulju 2016.

3.3.3.2.   Eliġibbiltà

(89)

Il-Fond ta' Inċentiv għall-Produtturi ta' Fjuwil tal-Bijodiżil Kwalifikat f'Kansas jipprovdi għotja diretta ta' USD 0,30 għal kull gallun ta' bijodiżil lill-produtturi stabbiliti fl-istat ta' Kansas. Ħlasijiet ta' inċentiv huma kontinġenti fuq il-fondi disponibbli u huma mqassma fuq bażi pro rata, jekk meħtieġ.

(90)

L-iskema ġiet sottofinanzjata f'dawn l-aħħar snin u f'dan l-istadju l-ebda finanzjament ma huwa ppjanat sal-1 ta' Lulju 2015. L-iskema ma rċevietx finanzjament lanqas wara l-1 ta' Lulju 2014. Madankollu, l-iskema ma pprovdietx benefiċċji lil diversi produtturi tal-Istati Uniti matul il-PIR. Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li l-ammont totali ta' finanzjament jew parti minnu, previst f'atti statutorji (USD 875 000 kull tliet xhur) jista' jiġi allokat għall-iskema wara l-1 ta' Lulju 2015.

3.3.3.3.   Konklużjoni

(91)

Il-Kummissjoni tqis din l-iskema bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku billi l-iskema tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istat tal-Kansas taħt forma ta' għotja diretta. L-inċentivi huwa ta' benefiċċju għall-kumpaniji li jirċevuhom.

(92)

L-iskema hija limitata għal kumpaniji li jipproduċu l-bijodiżil u tipi oħra ta' fjuwil u għalhekk titqies bħala waħda speċifika skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk kumpensatorja.

3.3.4.   Kreditu ta' Taxxa fuq il-Produzzjoni ta' Bijodiżil f'Kentucky

3.3.4.1.   Bażi ġuridika

(93)

Il-Bażi ġuridika ta' din l-iskema mħaddma mid-Dipartiment tad-Dħul ta' Kentucky hija t-taqsima 154.27 tal-Istatuti Riveduti ta' Kentucky (KRS) u t-taqsima 307, 1:040 tar-Regolamenti Amministrattivi ta' Kentucky (KAR).

3.3.4.2.   Eliġibbiltà

(94)

Kull produttur tal-bijodiżil, dawk li jħalltu l-bijodiżil, jew produttur tad-diżil rinnovabbli li jinsab fiżikament f'Kentucky huwa intitolat għal kreditu ta' taxxa fuq il-produzzjoni.

3.3.4.3.   Implimentazzjoni prattika

(95)

Applikant eliġibbli għandu jippreżenta applikazzjoni lid-Dipartiment tad-Dħul fil-15 ta' Jannar jew qabel tas-sena kalendarja preċedenti. L-applikant għandu jipprovdi evidenza li l-bijodiżil prodott jissodisfa ċerti rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni.

(96)

Applikant li qed jitlob kreditu ta' taxxa għandu jehmeż iċ-ċertifikat ta' kreditu maħruġ mid-dipartiment mad-dikjarazzjoni tat-taxxa tiegħu li fuqha jintalab il-kreditu ta' taxxa.

(97)

Ir-rata tal-kreditu hija dollaru (USD 1 għal kull gallun ta' biodijżil prodott minn produttur tal-bijodiżil, dollaru (USD 1) għal kull gallun ta' biodijżil użat fil-proċess ta' taħlit minn dawk li jħalltu l-bijodiżil, u dollaru (USD 1 għal kull gallun ta' diżil rinnovabbli (jiġifieri dijżil mill-bijomassa) prodott minn produttur tad-diżil rinnovabbli, sakemm l-ammont totali ta' kreditu approvat għall-produtturi kollha tal-bijodiżil, għal dawk li jħalltu l-bijodiżil, u għall-produtturi tad-diżil rinnovabbli ma jaqbiżx il-limitu massimu annwali ta' kreditu ta' taxxa ta' bijodiżil u diżil rinnovabbli.

(98)

Il-limitu massimu annwali kkombinat għal-kreditu tat-taxxa fuq il-bijodiżil u d-diżil rinnovabbli għall-2013 u l-2014 kien ta' USD 10 miljun skont il-KRS 141.422(1)(c).

(99)

Jekk l-ammont totali ta' kreditu approvat għall-produtturi kollha tal-bijodiżil, dawk li jħalltu l-bijodiżil, u l-produtturi tad-diżil rinnovabbli jaqbeż il-limitu massimu ta' kreditu ta' taxxa annwali għad-diżil rinnovabbli u l-bijodiżil, id-dipartiment jistabbilixxi l-ammont ta' kreditu li jirċievi kull produttur tal-bijodiżil, dawk li jħalltu l-bijodiżil, u l-produtturi tad-diżil rinnovabbli billi jimmultiplika l-limitu massimu ta' kreditu ta' taxxa annwali ta' bijodiżil u diżil rinnovabbli b'perċentwal, li n-numeratur tiegħu huwa l-ammont ta' kreditu approvat għall-produtturi kollha tal-bijodiżil, dawk li jħalltu l-bijodiżil, u l-produtturi tad-diżil rinnovabbli u li d-denominatur tiegħu huwa l-kreditu totali approvat għall-produtturi kollha tal-bijodiżil, dawk li jħalltu l-bijodiżil, u l-produtturi tad-diżil rinnovabbli.

3.3.4.4.   Konklużjoni

(100)

Il-Kummissjoni tqis din l-iskema bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku billi l-iskema tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istat ta' Kentucky f'forma ta' dħul maħfur li normalment kien ikun dovut. L-inċentivi huwa ta' benefiċċju għall-kumpaniji li jirċevuhom.

(101)

L-iskema hija limitata għal kumpaniji li jipproduċu l-bijodiżil u tipi oħra ta' fjuwil u għalhekk titqies bħala waħda speċifika skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk kumpensatorja.

3.4.   Il-probabilità ta' tkomplija jew rikorrenza ta' sussidju

(102)

L-iskema prinċipali, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, kompliet tkun l-iskema ta' kreditu fuq it-taħlit ta' Bijodiżil. Din l-iskema kienet fis-seħħ matul il-PIR iżda skadiet fil-31 ta' Diċembru 2014. L-iżviluppi leġiżlattivi tagħha u l-possibbiltà li jiġu introdotti mill-ġdid huma analizzati hawn taħt, flimkien mal-kreditu tal-bijodiżil u l-kreditu ta' taxxa fuq l-introjtu għall-produtturi ż-żgħar tal-agri-bijodiżil.

3.4.1.   Skadenzi u estensjonijiet tat-tliet skemi federali

(103)

It-tliet skemi federali (Kreditu għat-taħlit ta' bijodiżil, Kreditu għall-bijodiżil u Kreditu għall-produtturi ż-żgħar tal-agri-bijodiżil) ġew ippromulgati mill-Att Amerikan tal-Ħolqien tal-Impjiegi tal-2004 (15) u daħlu fis-seħħ għall-ewwel darba fl-1 ta' Jannar 2005. Dawn kienu waslu biex jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2008. Minn dak iż-żmien 'l hawn, huma kienu waslu biex jiskadu u kienu ġew estiżi erba' darbiet:

(i)

L-ewwel estensjoni kienet sal-31 ta' Diċembru 2009 u ġiet ippromulgata mil-Liġi Pubblika 110-343, iffirmata fit-3 ta' Ottubru 2008 (l-“Att dwar l-Istabbilizzazzjoni Ekonomika ta' Emerġenza tal-2008: it-Taqsima B — Att dwar l-Estensjoni u t-Titjib fl-Enerġija tal-2008”);

(ii)

It-tieni estensjoni kienet sal-31 ta' Diċembru 2011 u ġiet ippromulgata mil-Liġi Pubblika 111-312, iffirmata fis-17 ta' Diċembru 2010 ( “l-Att dwar il-Ħelsien mit-Taxxa, l-Awtorizzazzjoni mill-Ġdid tal-Assigurazzjoni kontra l-Qgħad, u l-Ħolqien tal-Impjiegi tal-2010”);

(iii)

It-tielet estensjoni kienet sal-31 ta' Diċembru 2013 (li kopriet ukoll retroattivament l-2012) u ġiet ippromulgata mil-Liġi Pubblika 112-240, iffirmata fit-2 ta' Jannar, 2013 (l-“Att dwar il-Ħelsien tal-Kontribwenti Amerikan tal-2012”);

(iv)

Ir-raba' u s'issal-aħħar estensjoni kienet sal-31 ta' Diċembru 2014 u ġiet ippromulgata mill-Att dwar il-Prevenzjoni taż-Żieda fit-Taxxa tal-2014, iffirmat mill-President tal-Istati Uniti fid-19 ta' Diċembru 2014.

(104)

Konsegwentement, matul l-eżistenza tagħhom, it-tliet skemi federali ma reġgħux biss iddaħħlu b'mod kostanti iżda f'żewġ okkażjonijiet (fl-2013 u fl-2014) iddaħħlu mill-ġdid b'mod retroattiv 11-il xahar wara li kienu skadew. Għalhekk, mill-introduzzjoni tal-iskemi fl-2005, sat-tmiem tal-2014, kemm permezz ta' sempliċi estensjoni ta' skemi, kif ukoll permezz ta' estensjoni b'effett retroattiv, it-tliet skemi federali kienu kontinwament disponibbli għall-produtturi tal-bijodiżil fl-Istati Uniti.

(105)

L-iffinanzjar għall-2014 se jitħallas biss lill-benefiċjarji fit-tieni nofs tal-2015 (16) minħabba li l-iskadenza għall-applikazzjoni għall-programm introdott b'mod retroattiv ġiet estiża sat-8 ta' Awwissu 2015.

3.4.2.   Il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' sussidjar tat-tliet skemi federali

(106)

Il-Kummissjoni tqis li hemm probabbiltà kbira li t-tliet skemi federali ser jerġgħu jiddaħħlu fil-futur qrib, inkluża l-kopertura retroattiva tal-perijodu wara l-31 ta' Diċembru 2014 għar-raġunijiet li ġejjin:

(107)

L-ewwel, l-aħħar erba' estensjonijiet deskritti fit-taqsima 3.4.1 hawn fuq juru tendenza stabbilita biex jerġgħu jiddaħħlu l-iskemi.

(108)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, l-NBB stqarr li ma jkunx hemm tendenza stabbilita biex jerġgħu jiddaħħlu l-iskemi peress li l-aħħar żewġ rikostituzzjonijiet tal-iskema kienu għall-imgħoddi u mhux għall-futur. Fuq din il-bażi, l-NBB jiddikjara li jekk ikun hemm tendenza li tista' tiġi replikata fl-2015, jista' jkun hemm rikostituzzjoni għall-2015 iżda mhux għall-2016. Allegatament, ma għandux ikun possibbli li wieħed ibassar b'livell suffiċjenti ta' probabbiltà li l-bijodiżil prodott fl-Istati Uniti jibbenefika mill-kreditu għat-taħlit tal-bijodiżil meta jinbiegħ fl-2016.

(109)

It-talba tal-NBB hija fattwalment skorretta u għalhekk għandha tiġi miċħuda. Kienet biss l-aħħar rikostituzzjoni tal-iskema li kopriet esklussivament il-passat (għall-2014), filwaqt li r-rikostituzzjonijiet kollha preċedenti kienu jinkludu wkoll perjodi futuri. Pereżempju, ir-rikostituzzjoni fit-2 ta' Jannar 2013 kopriet b'mod retroattiv l-2012, iżda wkoll is-sena 2013 kollha kemm hi. Bl-istess mod, l-estensjonijiet fl-2008 u l-2010 koprew ukoll l-2009 u l-2011 rispettivament. Għalhekk, m'hemmx biss mudell ta' rikostituzzjoni retroattiva tal-iskemi, iżda wkoll ir-rikostituzzjonijiet kollha tal-passat, ħlief dik fl-2014, li koprew ukoll perjodi futuri ta' operazzjoni tal-iskema. Fi kwalunkwe każ, huwa irrilevanti jekk ir-rikostituzzjoni li jmiss tal-iskema tkoprix biss l-2015 jew l-2016 ukoll. S'issa, ir-riżultat tar-rikostituzzjonijiet preċedenti kien sussidjar kontinwu, u xejn ma jindika li din ix-xejra se tieqaf. Għalhekk, huwa probabbli li l-2016 (u d-diversi snin ta' wara) tkun koperta retroattivament minn rikostituzzjoni/jiet futura/i, filwaqt li jitqiesu l-elementi li ġejjin:

(i)

ix-xejra stabbilita biex issir rikostituzzjoni tal-iskemi;

(ii)

il-fatt stabbilit fil-premessi minn 116 sa 120 hawn taħt li ma kien hemm l-ebda bidla fil-prezzijiet tal-bijodiżil fis-swieq domestiċ tal-Istati Uniti wara l-iskadenzi preċedenti tal-iskemi;

(iii)

il-kontinwazzjoni u n-nuqqas ta' tneħija tal-finanzjament għall-iskemi fil-passat; u

(iv)

il-fatt li, anki jekk l-iskemi kellhom jitneħħew, huma għandhom jitnaqqsu gradwalment.

(110)

L-NBB ressaq ukoll diversi argumenti għall-appoġġ tal-fehma li r-rikostituzzjoni tat-tliet skemi federali tkun purament possibbiltà, iżda mhux probabbiltà. L-ewwel nett, hija kkwotat dikjarazzjoni mill-Kunsill Internazzjonali għal Trasport Nadif (International Council on Clean Transportation (ICCT) li allegatament iddikjara li ma jkun hemm l-ebda evidenza li l-bijodiżil xorta jkun jeħtieġ kreditu ta' taxxa.

(111)

It-tieni, l-NBB ġibed l-attenzjoni li l-Att riċenti ta' Riforma u Estensjoni tal-Inċentiv tat-Taxxa fuq il-Bijodiżil tal-2014 (magħruf ukoll bħala Abbozz ta' Liġi 2021), li jipproponi li jestendi l-krediti ta' taxxa tad-dħul u s-sisa fuq il-bijodiżil sal-31 ta' Diċembru 2017, naqas milli jgħaddi mill-Kungress. L-NBB stqarr li l-Kamra tad-Deputati allegatament ukoll mhijiex mistennija li tibda jew tgħaddi leġiżlazzjoni matul l-2015 li tkompli l-kreditu (għat-taħlit) tal-bijodiżil.

(112)

L-ewwel talba tikkonċerna dikjarazzjoni mill-ICCT bid-data tal-31 ta' Lulju 2014. Madankollu, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti ma segwewx dan il-parir u estendew l-iskema fi tmiem l-istess sena. B'hekk, għandha tingħata ftit importanza lil dikjarazzjoni tal-ICCT, meta titqies il-probabbiltà ta' rikostituzzjonijiet futuri.

(113)

Rigward it-tieni dikjarazzjoni, l-Abbozz ta' Liġi S. 2021 (17) ma kienx adottat sal-Kungress tal-2013-2014 u l-Kamra tar-Rappreżentanti m'għaddietx estensjoni tal-inċentivi tat-taxxa. Madankollu, ġie introdott abbozz ta' liġi ġdid fil-Kungress tal-21 ta' Mejju 2015 li jipproponi l-estensjoni ta' tliet skemi ta' sussidju għall-perjodu bejn il-31 ta' Diċembru 2014 u l-31 ta' Diċembru 2016 (18). Għalhekk, huwa fattwalment żbaljat li bħalissa m'hemm l-ebda proposta leġiżlattiva diskussa fis-sistema leġiżlattiva tal-Istati Uniti. Anki jekk din il-liġi l-ġdida ma tiġix adottata, l-esperjenza wriet li, taħt is-sistema leġiżlattiva tal-Istati Uniti, huwa possibbli li Liġi tiġi proposta u tgħaddi fi 18-il ġurnata biss. Skont l-informazzjoni mogħtija mill-Gvern tal-Istati Uniti, l-Att dwar il-Prevenzjoni taż-Żieda fit-Taxxa tal-2014 ġie introdott għall-ewwel darba fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti biss fl-1 ta' Diċembru 2014, filwaqt li l-pass finali fil-proċedura leġislattiva kien biss 18-il ġurnata aktar tard meta l-President Obama ffirma l-abbozz biex tgħaddi l-liġi fid-19 ta' Diċembru 2014. Barra minn hekk, minħabba l-fatt li, skont is-sistema legali tal-Istati Uniti, dawn l-estensjonijiet jistgħu jiġu applikati retroattivament — pereżempju r-rikostituzzjoni tal-2013, li kopriet retroattivament anki l-2012 — l-adozzjoni ta' estensjoni ġdida tista' sseħħ ukoll wara l-2015.

(114)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, l-NBB saħaq ukoll li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni (ara l-premessa 107 hawn fuq) ma tissodisfax ir-rekwiżiti legali tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku li fil-fehma tiegħu jeħtieġ li l-Kummissjoni turi li l-iskadenza tad-dazji kumpensatorji twassal għal rikorrenza ta' sussidjar.

(115)

L-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku jeħtieġ li tintwera l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' sussidjar, li neċessarjament timplika li l-importazzjonijiet sussidjati lejn l-UE jissoktaw fin-nuqqas ta' miżuri. Kif analizzat fid-dettall fit-taqsima 3.5 hawn taħt, il-Kummissjoni stabbiliet li huwa probabbli li l-produtturi tal-Istati Uniti tal-bijodiżil jerġgħu jibdew jesportaw il-bijodiżil bi prezzijiet sussidjati lejn is-suq tal-Unjoni f'volumi kbar, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(116)

It-tieni, ma ġiet osservata l-ebda bidla fil-prezzijiet tal-bijodiżil fis-suq domestiku tal-Istati Uniti li tista' tkun marbuta mal-iskadenza tal-imgħoddi tal-iskemi jew ma' dik attwali tagħhom wara l-31 ta' Diċembru 2014. Skont id-dejta pprovduta mill-NBB (19), il-prezzijiet domestiċi tal-bijodiżil naqsu matul il-kriżi finanzjarja fl-2008, żdiedu fit-tieni u t-tielet kwart tal-2010 u mbagħad baqgħu pjuttost stabbli sa tmiem l-2013. Fl-ewwel nofs tal-2014, il-prezzijiet naqsu b'madwar 30 %, filwaqt li kien mistenni li jiżdiedu, jekk il-produtturi antiċipaw li l-iskemi mhux se jerġgħu jiddaħħlu. Dan juri li l-produtturi tal-bijodiżil kif ukoll operaturi oħra tas-suq, kellhom aspettattivi kbar li l-iskemi jiddaħħlu retroattivament fil-futur, b'kont meħud ta':

(i)

l-importanza tas-sussidji meta mqabbla mal-prezz ta' bejgħ ta' bijodiżil; u

(ii)

il-fatt li l-investigazzjoni oriġinali wriet li xi produtturi tal-bijodiżil jinkludu direttament fil-prezzijiet tagħhom l-iskema ta' kreditu għax-xerrej ta' USD 1 għal kull gallun (20).

(117)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, l-NBB stqarr li l-prezzijiet tal-bijodiżil ivarjaw skont il-prezzijiet tad-diżil minerali u l-kost tal-materja prima. Għalhekk, l-NBB saħaq li ebda argument ma jista' jsir mill-evoluzzjoni tal-prezz ta' bijodiżil għall-probabbiltà ta' rikorrenza ta' sussidjar, sakemm ma jiġix ikkunsidrat l-impatt tal-kost tal-materja prima u l-impatt tal-prezzijiet tad-diżil minerali.

(118)

Irrispettivament mill-impatt tal-prezzijiet tad-diżil minerali u l-kostijiet tal-materja prima fuq iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-bijodiżil, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sussidju miksub mill-produtturi tal-bijodiżil għal kull gallun ta' bijodiżil prodott naqqas b'mod sinifikanti l-kost tal-produzzjoni. Dan huwa rifless ukoll fid-determinazzjoni finali tal-prezz ta' bijodiżil. Peress li ma kienx hemm kooperazzjoni minn kumpaniji tal-Istati Uniti, mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit l-effett preċiż tas-sussidju fuq il-kost tal-produzzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni stmat li dollaru (USD 1) provdut għal kull gallun ta' bijodiżil prodott kien madwar terz tal-prezz finali domestiku tal-Istati Uniti tal-bijodiżil matul il-PIR. Konsegwentement, hija ttenni s-sejbiet tagħha li l-prezzijiet tal-bijodiżil kienu mistennija li jiżdiedu fil-passat, jekk il-produtturi antiċipaw li l-iskemi mhux se jerġgħu jkunu rikostitwiti. Madanakollu, l-ebda bidla fil-prezzijiet tal-bijodiżil fis-suq domestiku tal-Istati Uniti ma ġiet osservata li tista' tkun marbuta mal-iskadenza tal-passat tal-iskemi jew ma' dik attwali tagħhom wara l-31 ta' Diċembru 2014.

(119)

It-tielet, l-industrija tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka setgħet mhux biss kontinwament tuża s-sussidji mogħtija mit-tliet skemi federali, iżda l-finanzjament qatt ma tneħħa għal xi perjodu ta' żmien partikolari. L-iskema qatt ma kienet sottofinanzjata u lanqas ma tnaqqas il-kamp ta' applikazzjoni tal-benefiċjarji/benefiċċji. Għall-kuntrarju, fl-2008 (21) il-kreditu għal USD 1 għal kull gallun ġie estiż għall-produtturi kollha tal-bijodiżil u mhux biss għall-produtturi ta' agri-bijodiżil. Fil-fatt, il-finanzjament mogħti fl-2013 aktar milli rdoppja meta mqabbel mal-2012, waqt li għall-ewwel nofs tal-2014, il-finanzjament kien ogħla minn dak totali għall-2013 (22).

Finanzjament f'miljuni ta' USD

2011

2012

2013

1.6.2013–31.12.2013

2014 (sat-30 ta' Ġunju 2014)

Krediti tas-Sisa fuq it-Taħlit ta' Fjuwil ta' Bijodiżil

760,7

847,0

1 603,2

1 427,8

1 830,2

(120)

Ir-raba', minħabba l-importanza tal-iskemi għall-industrija tal-bijodiżil fl-Istati Uniti, u l-aspettattivi mill-operaturi kollha fis-suq li l-iskemi jibqgħu jeżistu, anki jekk l-Istati Uniti jiddeċiedu li jneħħu l-iskemi għall-futur, ma jkunux jistgħu jagħmlu dan billi sempliċement iħallu l-iskemi jiskadu. Minflok, il-finanzjament disponibbli jkollu jitnaqqas gradwalment, jiġifieri f'diversi snin, u/jew l-għadd ta' benefiċjarji eliġibbli jkollu jiġi limitat. Inkella jista' jkun hemm ir-riskju li jikkawżaw ħsara serja lill-industrija domestika tal-bijodiżil tagħhom, u dan iwassal għal telf sostanzjali ta' impjiegi (l-industrija timpjega madwar 60 000 persuna (23)), id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tad-diżil u n-nuqqas li jintlaħqu l-għanijiet ambjentali stabbiliti mill-Gvern bl-użu ta' bijodiżil (24).

(121)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, l-NBB stqarr li l-fatt li finanzjament suffiċjenti kien disponibbli fil-passat u li l-kamp ta' applikazzjoni tal-benefiċċji tal-benefiċjarji ma ġiex imnaqqas fil-passat huwa irrilevanti għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' programm ta' sussidju li jkun skada. L-NBB sostna wkoll li l-fatt li l-industrija tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka, timpjega madwar 60 000 persuna ma jfissirx awtomatikament li l-programmi ta' sussidju jridu jerġgħu jiddaħħlu jew iridu jonqsu maż-żmien. Fl-aħħar nett, il-fatt li l-Istandard tal-Fjuwil Rinnovabbli (“RFS”) — 2 jeħtieġ li jintuża minimu ta' 1 biljun gallun ta' diżil ibbażat fuq il-bijomassa kull sena bejn l-2011 u l-2021 ma jfissirx li dan l-għan mhux se jintlaħaq jekk il-programmi ta' sussidju ma jerġgħux jiddaħħlu.

(122)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li, minħabba l-kobor tal-finanzjament ipprovdut permezz tat-tliet skemi federali u l-aspettattivi mill-operaturi kollha fis-suq li l-iskemi jibqgħu jeżistu, ikun diffiċli ħafna li l-awtoritajiet tal-Istati Uniti jħallu biss l-iskemi jiskadu. Il-livell ta' impjieg mill-industrija, l-għanijiet ambjentali u ekonomiċi moqdija mill-industrija huma indikaturi importanti ta' dak li jkun f'riskju, jekk l-industrija tal-bijodiżil fl-Istati Uniti, tiġi mġiegħla tnaqqas il-produzzjoni u l-kapaċità tagħha fl-assenza jew fil-każ ta' sussidji federali mnaqqsa. Barra minn hekk, f'dan ix-xenarju, se jiġi mhedded ukoll l-għan ambjentali (li jinsab f'RFS-2) li jintużaw mill-anqas 22 biljun gallun ta' bijokarburanti avvanzati sal-2022 (25), li għalih jikkwalifika wkoll il-bijodiżil.

(123)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li hemm probabbiltà qawwija li l-kreditu fuq it-taħlit ta' bijodiżil, il-kreditu fuq il-bijodiżil u skemi ta' kreditu għall-produtturi ż-żgħar tal-agri-bijodiżil jerġgħu jiddaħħlu retroattivament u se jkomplu jagħtu benefiċċji lil produtturi tal-Istati Uniti tal-bijodiżil fil-futur. It-tliet skemi federali x'aktarx se jkopru retroattivament il-perjodu wara l-31 ta' Diċembru 2014, kif intwera li kien il-każ diġà fil-passat.

(124)

L-NBB sostna wkoll li, filwaqt li l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku jirreferi għall-probabbiltà ta' rikorrenza ta' sussidjar, id-dazji kumpensatorji, ma jistgħux jinżammu jekk programm ta' sussidju jiġi rtirat fiż-żmien ta' sejbiet f'rieżami ta' skadenza u d-dazji kumpensatorji ma jkunux jistgħu jiġu implimentati meta m'hemm l-ebda sussidju biex jingħeleb sabiex jipprevjeni li tiġi kkawżata ħsara. L-oppost ikun inkonsistenti mal-Artikoli 15(1) u 17 tar-Regolament bażiku, kif ukoll mal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji. L-NBB saħaq ukoll li qari koerenti ta' dawn id-dispożizzjonijiet jista' jiddetermina li d-dazji jistgħu jinżammu biss jekk il-programm ta' sussidju bħala tali jkun għadu fis-seħħ, iżda l-benefiċċji taħt il-programm ma jingħatawx.

(125)

Din it-talba għandha tiġi miċħuda. Il-formulazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku ma timplikax neċessarjament l-obbligu fuq il-Kummissjoni li tistabbilixxi li s-sussidjar effettivament jeżisti sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-miżuri. Għall-kuntrarju, l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku jipprevedi li, filwaqt li l-miżuri huma fis-seħħ, sussidju ma jistax isir, u għalhekk, dan jippermetti l-possibbiltà li tiġi stabbilita “probabbiltà ta' rikorrenza tas-sussidjar”. Għaldaqstant, l-eżistenza ta' skema ta' sussidju fis-seħħ fil-mument ta' estensjoni mhijiex rekwiżit assolut stabbilit mill-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(126)

Barra minn hekk, il-kuntest jikkonferma li l-Artikolu 15(1), it-tielet (it-3et) sentenza, tar-Regolament bażiku mhuwiex applikabbli għal rieżamijiet ta' skadenza. L-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku b'mod ġenerali jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta' miżuri definittivi fil-każ tal-investigazzjonijiet tal-Artikolu 10 (jiġifieri investigazzjonijiet ġodda). Tabilħaqq, ħafna mid-dispożizzjonijiet tiegħu mhumiex applikabbli għal investigazzjonijiet ta' rieżami tal-iskadenza mibdija skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Pereżempju, l-Artikolu 15(1) il-ħames paragrafu jispeċifika li “l-ammont tad-dazju kumpensatorju ma għandux jaqbeż l-ammont ta' sussidji kumpensatorji stabbilit.” Dan il-paragrafu b'mod ċar mhuwiex applikabbli għal rieżamijiet ta' skadenza, peress li, skont l-Artikolu 22(3) tal-istess regolament, meta jitwettaq rieżami ta' skadenza, il-miżuri jistgħu biss jitħassru jew jinżammu u għalhekk ma jistgħux jiddeterminaw l-ammont ta' dazju kumpensatorju.

(127)

Formulazzjoni simili teżisti fl-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji li wkoll jirregola b'mod ċar il-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta' miżuri definittivi fil-każ ta' investigazzjonijiet ġodda.

(128)

Għall-istess raġunijiet stabbiliti fil-premessi minn 125 sa 127 hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku mhuwiex applikabbli għal investigazzjonijiet ta' rieżami ta' skadenza mibdija skont l- Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(129)

Fl-aħħar nett, l-għan tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku huwa li jwettaq analiżi prospettiva tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar u l-ħsara. Eżerċizzju bħal dan jissuġġerixxi ċertu grad ta' probabbiltà u jiddistingwi l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku mill-Artikoli 15(1) u 17 tar-Regolament bażiku, li l-għanijiet tagħhom huma li tiġi kkunsidrata bidla fiċ-ċirkostanzi li diġà seħħet.

(130)

Għalhekk, ibbażata fuq il-formulazzjoni, il-kuntest u l-għanijiet tal-Artikolu 18, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Artikoli 15 u 17 tar-Regolament bażiku ma japplikawx għal rieżamijiet ta' skadenza.

(131)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tirrifjuta d-dikjarazzjonijiet imressqa mill-NBB.

3.4.3.   Probabbiltà ta' kontinwazzjoni tas-sussidjar ta' skemi oħrajn

(132)

L-iskemi ta' sussidju kollha li ġew analizzati iktar' il fuq, li fuq il-bażi tagħhom ingħataw is-sussidji, kienu fis-seħħ matul il-PIR.

(133)

Għadd ta' skemi żgħar bħalissa għadhom fis-seħħ, bħalma huma l-programm ta' bijoenerġija għal bijokarburanti avvanzati u l-iskemi ta' sussidju mill-Istat, u ma hemm l-ebda indikazzjoni li dawn l-iskemi se jintemmu fil-futur qrib.

(134)

Għalhekk, fir-rigward tal-iskemi fis-seħħ, il-Kummissjoni tqis li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li twassal għall-kontinwazzjoni tas-sussidjar.

3.5.   L-impatt tas-sussidjar fuq l-esportazzjonijiet lejn l-UE

(135)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk l-esportazzjonijiet sussidjati mill-Istati Uniti lejn l-Unjoni jsirux f'volumi sinifikanti jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi magħżula fil-kampjun imsemmija fil-premessa 20 hawn fuq, ma kienx possibbli li ssir analiżi bbażata fuq dejta vverifikata pprovduta mill-produtturi tal-Istati Uniti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat is-sorsi ta' tagħrif li ġejjin: id-dejta pprovduta minn xi produtturi tal-Istati Uniti tal-bijodiżil fl-istadju tal-bidu bi tweġiba għall-kwestjonarju għall-fini tat-teħid tal-kampjuni, l-Eurostat, it-talba għal rieżami ta' skadenza, sottomissjonijiet sussegwenti mill-applikant, il-Bord Nazzjonali tal-Bijodiżil (NBB) tal-Istati Uniti, is-siti elettroniċi tal-Amministrazzjoni Informatika tal-Enerġija tal-Istati Uniti (EIA) u d-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti, u l-Kummissjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti.

(136)

Fuq il-bażi tad-dejta miġbura mill-EIA, il-kapaċità tal-produtturi tal-bijodiżil fl-Istati Uniti matul il-PIR kienet ta' 7 128 000 tunnellata. Dan il-volum huwa qrib ħafna tal-volum ipprovdut mill-NBB abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-membri tiegħu lill-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent (EPA), li huwa ta' 6 963 000 tunnellata.

(137)

Il-produzzjoni attwali tal-Istati Uniti tal-bijodiżil matul il-PIR kienet ta' 4 450 000 tunnellata (dejta tal-EIA), li tikkorrispondi għal użu tal-kapaċità ta' 62,4 % u kapaċità ta' riżerva ta' 37,6 %, jiġifieri 2 678 000 tunnellata. Din il-kapaċità ta' riżerva x'aktarx li tintuża biex tforni s-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fil-fatt, il-produtturi tal-Istati Uniti jistgħu faċilment iżidu l-produzzjoni u l-esportazzjoni tagħhom lejn l-UE bil-benefiċċju ekonomiku taż-żieda fil-proporzjon tal-użu tal-kapaċità u t-tnaqqis fil-kost għal kull unità ta' produzzjoni. Ir-rilaxx fis-suq tal-Unjoni ta' kapaċità ta' riżerva fl-Istati Uniti jkollu impatt sinifikanti peress li jammonta għal kważi 22 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR.

(138)

F'dan ir-rigward, l-NBB ressaq għadd ta' kummenti. L-ewwel nett, l-NBB ġibed l-attenzjoni li l-kapaċità ta' produzzjoni reali tal-Istati Uniti tkun aktar baxxa minn dik meqjusa mill-Kummissjoni. Fil-fatt, skont l-NBB, numru ta' impjanti fl-Istati Uniti, għalkemm irreġistrati, fil-fatt huma inattivi u għalhekk il-kapaċità ta' produzzjoni reali hija ta' 5 409 000 tunnellata. L-NBB irrapporta wkoll produzzjoni tal-bijodiżil ogħla matul il-PIR, li tammonta għal 5 084 000 tunnellata. Bħala konsegwenza, l-NBB saħaq li l-użu tal-kapaċità huwa madwar 94 % u li ftit li xejn hemm kapaċità ta' riżerva biex tintuża għall-esportazzjoni lejn l-UE, jekk il-miżuri jitħassru.

(139)

Madankollu din id-dikjarazzjoni ma tistax tiġi aċċettata. Id-dejta pprovduta mill-NBB ma tistax tiġi rikonċiljata ma' dejta disponibbli uffiċjalment. Il-produtturi tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka huma obbligat jippreżentaw lill-EIA fuq bażi ta' kull xahar, formola (EIA-22M “Stħarriġ ta' kull Xaħar dwar il-Produzzjoni ta' Bijodiżil”) li tindika, fost dejta oħra, il-kapaċità ta' produzzjoni annwali u l-istatus operattivi tagħhom, bħal pereżempju attiv, temporanjament inattiv jew ħidma imwaqqfa għal kollox. Minn Jannar 2013, il-kapaċità rreġistrata varjat kemmxejn minn xahar għall-ieħor iżda kienet globalment pjuttost stabbli.

(140)

Barra minn hekk, il-produtturi tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka huma obbligati jippreżentaw lill-EPA fuq bażi annwali, fost informazzjoni oħra, it-tip jew tipi ta' fjuwil rinnovabbli mistennija li jiġu prodotti jew importati u l-kapaċità ta' produzzjoni eżistenti u ppjanata.

(141)

Il-kapaċità rreġistrata li l-produtturi tal-bijodiżil tal-Istati Uniti ddikjaraw hija għalhekk aġġornata regolarment u hija saħansitra kkunsidrata bħala sors preċiż. Anki jekk attwalment il-kapaċità mhix qed tintuża jew tinsab inattiva, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-kapaċità ta' riżerva li hi disponibbli biex jiżdiedu l-produzzjoni u l-esportazzjonijiet.

(142)

Barra minn hekk, il-valuri tal-kapaċità tal-produzzjoni pprovduti mill-NBB diġà eskludew il-kapaċità magħluqa permanenti tal-kapaċità, kif rikonoxxut fis-sottomissjoni tagħhom. Impjanti li mhumiex permanentement magħluqa jistgħu b'definizzjoni jerġgħu jibdew il-produzzjoni, jekk jinbidlu l-kundizzjonijiet tas-suq futuri (bħalma huma l-ftuħ tas-suq tal-Unjoni). It-test ta' “probabbiltà ta' rikorrenza” f'rieżami tal-iskadenza jitlob approċċ li jħares 'il quddiem dwar x'jista' jiġri fil-futur, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, u mhux sempliċiment evalwazzjoni tas-sitwazzjoni matul il-PIR.

(143)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-NBB saħaq li l-kapaċità ta' produzzjoni m'għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni kapaċità wieqfa anki jekk din ma kinitx innotifikata lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti bħala żarmata jew magħluqa b'mod permanenti.

(144)

Madankollu, wara l-istruzzjonijiet tal-EIA kkwotati mill-NBB, il-“kapaċità ta' produzzjoni annwali [hija] il-kwantità ta' bijodiżil li impjant jista' jipproduċi f'sena kalendarja, bis-suppożizzjoni ta' waqfien normali għal manutenzjoni. Dan jinkludi l-kapaċità ta' impjant wieqaf sakemm l-impjant jiżżarma jew jiġi abbandunat” (26). Minn dan ta' hawn fuq huwa ċar li l-EIA jikkunsidra fil-kapaċità totali tal-produzzjoni fl-Istati Uniti, l-impjanti kollha possibbli li jistgħu potenzjalment isiru attivi mill-ġdid. Konsegwentement, kuntrarju għal dak li jsostni l-NBB, impjanti li ma jiġux żarmati jew li ma jitwaqqfux b'mod permanenti jistgħu jerġgħu jibdew il-produzzjoni, skont id-definizzjoni, jekk jinbidlu l-kundizzjonijiet futuri. Għalhekk din il-kapaċità wieqfa għandha tiġi kkunsidrata bħala parti mit-total tal-kapaċità fil-produzzjoni tal-bijodiżil tal-Istati Uniti.

(145)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-kapaċità rreġistrata attwalment tikkostitwixxi bażi preċiża għall-kalkolu tal-kapaċità totali ta' produzzjoni flimkien mal-kapaċità ta' riżerva u tiċħad it-talba tal-NBB.

(146)

It-tieni, l-NBB argumenta wkoll li l-industrija tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka, mhijiex imfassla biex taħdem bħala industrija li tesporta, peress li l-maġġoranza tal-faċilitajiet tal-bijodiżil fl-Istati Uniti jipproduċu anqas minn 15 000 000 gallun (55 000 tunnellata metrika) fis-sena. Allegatament, ma jkunx ekonomikament fattibbli li jinħażnu bosta ġimgħat ta' produzzjoni ta' bijodiżil għal vjeġġ uniku ta' esportazzjoni.

(147)

Il-Kummissjoni tqis li dan l-argument għandu jiġi miċħud. L-industrija tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tistà tesporta u qabel l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ, il-produtturi tal-Istati Uniti kienu qed jesportaw kwantitajiet sinifikanti ta' bijodiżil lejn is-suq tal-Unjoni, sa 1 137 000 tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (mill-l-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008). Dan juri li hemm produtturi tal-Istati Uniti b'kapaċità ta' produzzjoni suffiċjenti biex ikunu jistgħu jesportaw. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Istati Uniti mingħajr biżżejjed kapaċità ta' produzzjoni individwali għal vjeġġ lejn l-Unjoni se jkomplu jaqdu s-suq domestiku u l-kummerċjanti jistgħu jiġbru flimkien il-produzzjoni ta' bosta impjanti u jesportawha.

(148)

Barra minn hekk, is-suq tal-Unjoni huwa attraenti ħafna, għaliex huwa l-akbar fid-dinja u hemm biżżejjed inċentivi tal-Unjoni u nazzjonali għall-konsum tal-bijodiżil. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-livell ta' prezzijiet fl-Unjoni, li huma ogħla minn dawk fi swieq terzi oħra, jagħti inċentiv għall-produtturi tal-Istati Uniti biex jesportaw lejn l-Unjoni aktar milli lejn swieq terzi oħrajn.

(149)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li minħabba l-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' sussidjar, flimkien mal-kapaċità ta' riżerva tal-industrija tal-bijodiżil fl-Istati Uniti, u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, huwa probabbli li l-produtturi tal-bijodiżil tal-Istati Uniti jerġgħu jibdew jesportaw il-bijodiżil bi prezzijiet sussidjati lejn is-suq tal-Unjoni f'volumi kbar, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

3.6.   Konklużjoni

(150)

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, b'konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm probabbiltà ta' tkomplija u rikorrenza ta' sussidjar jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

4.   ĦSARA

4.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(151)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn madwar 200 produttur magħruf fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

(152)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal kważi 11 600 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbilixxiet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli li tirrigwarda l-industrija tal-Unjoni, bħal informazzjoni mogħtija fit-talba għal rieżami ta' skadenza u dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni matul l-investigazzjoni. Kif indikat fil-premessi minn 12 sa 14 iktar 'il fuq, intgħażlu seba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li bejniethom jirrappreżentaw kważi 30 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(153)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum fl-Unjoni fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni totali tal-Unjoni bl-esportazzjonijiet imnaqqsa, flimkien mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-volumi tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni kienu estratti mid-dejta tal-Eurostat.

(154)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni

 

2011

2012

2013

PIR

Konsum totali tal-Unjoni (tunnellati metriċi)

11 130 119

11 856 626

11 382 324

12 324 479

Indiċi

100

107

102

111

Sors: Eurostat, dejta mill-industrija tal-Unjoni

(155)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-konsum tal-bijodiżil tal-Unjoni żdied bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.   Importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Istati Uniti tal-Amerka

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(156)

L-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka lejn l-Unjoni, skont id-dejta mill-Eurostat, waqgħu għal kważi żero wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2009. L-importazzjoni lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Volum ta' importazzjoni u s-sehem mis-suq

 

2011

2012

2013

PIR

L-Istati Uniti tal-Amerka (f'tunnellati metriċi)

2 442

803

7

13

Indiċi

100

33

0

1

Sehem mis-suq

0

0

0

0

Sors: Il-Eurostat

4.3.2.   Il-prezzijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

4.3.2.1.   Prezzijiet domestiċi tal-Istati Uniti

(157)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi ta' bijodiżil tal-Istati Uniti, is-servizzi tal-Kummissjoni jużaw tliet sorsi ta' informazzjoni għall-istabbiliment tal-prezz ta' bejgħ domestiku ta' bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka matul il-PIR: it-tweġibiet għall-kwestjonarju mibgħut fl-istadju inizjali għall-finijiet ta' kampjunar, sottomessi minn għadd ta' produtturi ta' bijodiżil tal-Istati Uniti fl-istadju inizjali; informazzjoni pprovduta mill-NBB msejsa fuq informazzjoni miġbura minn servejer tas-suq bl-isem ta' “Jacobsen”; u (iii) informazzjoni pprovduta mill-applikant ibbażata fuq l-informazzjoni miġbura mis-Servizz ta' Informazzjoni tal-Prezz taż-Żejt (OPIS).

(158)

Id-dejta minn dawn it-tliet sorsi tinkludi livelli differenti ta' prezzijiet ta' kummerċ u kundizzjonijiet incoterm. Madankollu, il-valuri huma qrib ħafna ta' xulxin. Il-medja tal-valuri minn dawn it-tliet sorsi hija ta' USD 1 196,93 għal kull tunnellata metrika. Fir-rata tal-kambju medja tal-euro mad-dollaru matul il-PIR (1 EUR = 1,356 USD), dan l-ammont jikkorrispondi għal prezz tal-bejgħ domestiku tal-Istati Uniti ta' EUR 883 għal kull tunnellata metrika (27).

4.3.2.2.   Il-prezzijiet tal-esportazzjoni u t-twaqqigħ tal-prezz tal-Istati Uniti

(159)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet ta' bijodiżil lejn l-Unjoni mill-Istati Uniti tal-Amerka kienu negliġibbli u ma setgħux jipprovdu bażi bis-sens għall-kalkolu tat-twaqqigħ fil-prezz.

(160)

Saret analiżi magħmula bejn il-prezz medju ta' bijodiżil prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u l-prezz medju ta' esportazzjoni ta' bijodiżil lill-pajjiżi terzi mill-Istati Uniti matul il-PIR. Il-Kummissjoni kkonsultat il-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti u ħarġet il-kwantitajiet u l-valuri tal-esportazzjoni ta' bijodiżil taħt il-kodiċi HTS 382600 għall-PIR. Il-kwantitajiet tal-esportazzjoni (f'tunnellati metriċi) lejn il-pajjiżi kollha (l-UE inkluża) jammontaw għal 567 018-il tunnellata. Il-valur medju għal kull tunnellata metrika matul il-PIR kien ta' EUR 753,34.

Tabella 3

Il-volumi tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti u l-prezzijiet tal-esportazzjoni matul il-PIR

Pajjiżi ta' destinazzjoni

Il-kwantitajiet ta' esportazzjoni (f'tunnellati metriċi)

% tal-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi kollha

Valur medju (USD) għal kull tunnellata metrika

Valur medju (EUR) għal kull tunnellata metrika

Total ta' Ġibiltà

76 266

13

753,19

555,45

Total tal-Kanada

247 959

44

1 167,33

860,86

Total tal-Awstralja

4 267

1

1 019,77

752,04

Total tal-Malasja

103 773

18

891,44

657,41

(161)

Matul il-PIR, il-prezz medju ta' esportazzjoni ta' bijodiżil tal-Istati Uniti lejn id-destinazzjonijiet kollha kien ta' USD 1 021,52 (EUR 753,34) għal kull tunnellata metrika FAS (frank sal-vapur). Sabiex jiġi kkalkulat prezz tal-esportazzjoni probabbli u raġonevoli lejn l-Unjoni jkun meħtieġ li jiżdiedu l-kostijiet tat-trasport u tal-assigurazzjoni kif ukoll dazju doganali ta' 6,5 % u kostijiet ta' wara l-importazzjoni ma' dan il-prezz. Skont id-dejta miksuba matul l-investigazzjoni, dan ikun jammonta għal madwar EUR 100 għal kull tunnellata metrika. Konsegwentement huwa stmat li l-prezz tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jkun qed iwaqqa' l-prezzijiet tal-Unjoni, peress li l-prezz domestiku medju ta' bijodiżil mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni matul il-PIR kien ta' EUR 905 għal kull tunnellata metrika (ara t-tabella 8 hawn taħt).

(162)

Il-Bord Nazzjonali tal-Bijodiżil tal-Istati Uniti (NBB) argumenta li l-Kummissjoni naqset milli tispjega għalfejn użat il-prezzijiet medji tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti lejn terzi pajjiżi meta stabilixxiet il-prezz probabbli ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni minflok użat il-prezz ogħla għall-esportazzjoni lejn il-Kanada. Huwa jsostni wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tispjega l-bażi għall-aġġustament ta' EUR 100 għall-prezz tal-esportazzjoni stmat lejn l-Unjoni u ma kkunsidratx il-kostijiet ta' wara l-importazzjoni u lanqas id-differenzi allegati fil-prezzijiet minħabba materja prima differenti. Bħala riżultat, l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet hija żbaljata

(163)

L-investigazzjoni wriet, kif deskritt hawn fuq, li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti jvarjaw b'mod sinifikanti skont id-destinazzjoni. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit prezz ta' esportazzjoni raġonevoli u probabbli lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni stabbilixxiet dak il-prezz fuq il-bażi ta' medja tad-destinazzjonijiet tal-esportazzjoni kollha. Il-fatt li sempliċement jintuża l-ogħla prezz ta' esportazzjoni, kif mistqarr mill-NBB, ma kienx ikun metodu xieraq bl-istess mod billi l-użu tal-irħas prezz tal-esportazzjoni ma kienx ikun xieraq.

(164)

Fir-rigward tal-aġġustament ta' EUR 100, il-bażi għall-kalkoli tal-Kummissjoni kienet l-informazzjoni pprovduta mill-NBB innifsu. B'mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni użat l-ammont għad-dazji doganali u għall-kostijiet tat-trasport kif previst mill-NBB (madwar EUR 94) u aġġustat dan l-ammont għal EUR 100, li jikkunsidra wkoll ammont għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni. L-ammont għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni kif mistqarr mill-NBB (2 % jew EUR 16,69) ma ġiex ikkunsidrat peress li dan l-ammont ma kienx sostanzjat.

(165)

Rigward l-allegata differenza fil-prezz minħabba materja prima differenti, il-Kummissjoni tfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali sar aġġustament fuq il-bażi ta' tqabbil ta' dejta vverifikata mill-produtturi tal-Istati Uniti tal-Amerka u l-produtturi tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mingħand il-produtturi tal-Istati Uniti f'dan ir-rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni tista', l-ewwel nett ma setgħetx tistabbilixxi li aġġustament għandu jingħata. It-tieni, anki jekk jingħata aġġustament, il-Kummissjoni ma tkunx tista' tistabbilixxi l-livell ta' aġġustament bħal dan. Iċ-ċirkostanzi li kienu jipprevalu fiż-żmien tal-investigazzjoni oriġinali nbidlu, b'mod partikolari t-taħlita tal-materja prima għall-produzzjoni użata kemm fl-UE kif ukoll fl-Istati Uniti biex jipproduċu l-bijodiżil m'għadhiex l-istess. Fi kwalunkwe każ, l-NBB talab aġġustament ta' 10 %, iżda ma ssostanzjax dan il-livell tal-aġġustament.

(166)

Minn dan ta' hawn fuq isegwi li t-talba tal-NBB li l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet hija żbaljata trid tiġi miċħuda.

4.3.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(167)

Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa matul il-perjodu kunsidrat kif ġej:

Tabella 4

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

 

2011

2012

2013

PIR

Il-Malasja (tunnellati metriċi)

16 622

36 543

211 430

314 494

l-Indoneżja (tunnellati metriċi)

1 087 517

1 133 946

394 578

204 086

l-Arġentina (tunnellati metriċi)

1 422 142

1 475 824

425 239

153 607

Oħrajn (f'tunnellati metriċi)

139 580

153 529

177 889

206 592

Total (f'tunnellati metriċi)

2 665 861

2 799 842

1 209 136

878 779

Indiċi

100

105

45

33

Sehem mis-suq

24,0 %

23,6 %

10,6 %

7,1 %

Indiċi

100

99

44

30

Prezz medju (EUR/tunnellata)

927

932

779

786

Indiċi

100

100

84

85

Sors: Il-Eurostat

(168)

Il-volum ta' importazzjonijiet ta' bijodiżil minn pajjiżi terzi minbarra l-Istati Uniti tal-Amerka naqas b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat li huwa rifless fi tnaqqis fis-sehem mis-suq simili. It-tnaqqis fil-volumi ta' importazzjoni mill-2013 jikkoinċidi mal-impożizzjoni ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Indoneżja u mill-Arġentina. Il-prezz medju naqas ukoll bi 15 % matul l-istess perjodu. Din ix-xejra fil-prezzijiet hija simili għat-tendenza tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (Tabella 8 hawn taħt) u tista' tiġi attribwita prinċipalment lil tnaqqis fi prezzijiet ta' materja prima. Għalkemm il-livelli tal-prezzijiet huma madwar 13 % taħt il-medja tal-prezz tal-Unjoni, is-sehem mis-suq ta' dawn l-importazzjonijiet huwa baxx u ma għandu l-ebda impatt sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni.

4.4.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(169)

Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, sar eżami tal-indikaturi ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(170)

Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' ħsarat makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni u l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi ta' dejta vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' dejta nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(171)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni ta' sussidju u l-irkupru minn sussidju preċedenti.

(172)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kost lavorattiv, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-abbiltà li jiżdied il-kapital.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità

(173)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 5

Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità

 

2011

2012

2013

PIR

Volum ta' produzzjoni (tunnellati metriċi)

8 547 884

9 138 558

10 528 886

11 596 824

Indiċi

100

107

123

136

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati metriċi)

16 072 000

16 190 288

16 997 288

16 746 869

Indiċi

100

101

106

104

Użu tal-kapaċità

53 %

56 %

62 %

69 %

Indiċi

100

106

116

130

Sors: Dejta pprovduta mill-EBB (l-applikant)

(174)

Filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat (+ 4 %), il-volumi ta' produzzjoni żdiedu b'mod sinifikanti mill-2012 sal-aħħar tal-perjodu tal-investigazzjoni ta'rieżami. Din iż-żieda fil-volumi tal-produzzjoni hija parzjalment spjegata biż-żieda fil-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu iżda tikkoinċidi wkoll mal-impożizzjoni ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Indoneżja u mill-Arġentina, li b'mod ċar kellhom effett pożittiv fuq il-volumi ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(175)

Minħabba l-kapaċità ta' produzzjoni stabbli u ż-żieda fil-volumi tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità żdied bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat u laħaq id-69 % sa tmiem il-perjodu tal-nvestigazzjoni ta' rieżami.

(176)

L-NBB jgħid li t-tweġibiet tal-kwestjonarju mhux kunfidenzjali minn xi kumpaniji fil-kampjun juru rati għolja ta' użu ta' kapaċità li jvarjaw minn 78 % sa mill-anqas 93 %. Għalhekk, il-medja aktar baxxa ta' rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-industrija kollha għandha tkun minħabba fatturi strutturali aktar milli minħabba l-importazzjonijiet. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità m'għandhiex titqies bħala indikatur li turi li l-industrija tal-Unjoni tal-bijodiżil għadha fil-proċess li tirkupra minn sussidjar tal-passat.

(177)

Din id-dikjarazzjoni ma tistax tiġi aċċettata. L-użu tal-kapaċità huwa biss wieħed minn ħafna indikaturi makroekonomiċi li l-Kummissjoni tikkunsidra meta tanalizza s-sitwazzjoni globali tal-industrija tal-Unjoni. Il-fatt li xi kumpaniji fil-kampjun jista' jkollhom rati ogħla ta' użu huwa normali billi l-makroindikaturi huma bbażati fuq il-medja ponderata tal-industrija kollha tal-Unjoni. Il-fatt li xi produtturi tal-bijodiżil fl-Unjoni rkupraw b'rata aktar mgħaġġla, jew fuq livell ogħla, minn oħrajn, b'mod partikolari f'industrija frammentata ħafna, ma jirrendix dan l-indikatur żejjed għall-valutazzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

4.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(178)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 6

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2011

2012

2013

PIR

Volum ta' bejgħ fis-suq tal-Unjoni (f'tunnellati metriċi)

8 497 073

8 863 191

9 741 548

10 966 576

Indiċi

100

104

115

129

Sehem mis-suq

76 %

75 %

86 %

89 %

Indiċi

100

98

112

117

Sors: Dejta pprovduta mill-EBB (l-applikant)

(179)

Il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b'mod sinifikanti u skont iż-żieda fil-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Bħala riżultat ukoll is-sehem mis-suq tagħha fis-suq tal-Unjoni żdied minn 76 % fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat għal 89 % fi tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta'rieżami. L-evoluzzjoni pożittiva tal-volumi ta' bejgħ u l-ishma tas-suq juru li l-miżuri antidumping u kompensatorji kellhom effett pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni.

4.4.2.3.   It-tkabbir

(180)

Il-konsum tal-Unjoni żdied bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li l-volumi kemm tal-produzzjoni kif ukoll tal-bejgħ żdiedu b'madwar 30 %. Anki l-użu tal-kapaċità żdied b'madwar 30 % filwaqt li l-kapaċità baqgħet relattivament stabbli b'żieda żgħira biss. Fl-istess ħin l-impjieg żdied (Tabella 7 hawn taħt) filwaqt li l-livell ta' investiment naqas (Tabella 11 hawn taħt) matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod ġenerali, jista' jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni tinsab f'perjodu ta' tkabbir.

4.4.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(181)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

L-impjiegi u l-produttività

 

2011

2012

2013

PIR

Għadd ta' impjegati

2 123

2 125

2 351

2 326

Indiċi

100

100

111

110

Il-produttività (tunnellata metrika/impjegat)

4 021

4 301

4 479

4 986

Indiċi

100

107

111

124

Sors: Dejta pprovduta mill-EBB (l-applikant)

(182)

L-għadd ta' impjegati fl-industrija tal-bijodiżil fl-Unjoni baqa' stabbli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat iżda żdied minn hemm' il quddiem b'10 % mill-2012 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta'rieżami. Din ix-xejra hija kompletament konformi max-xejriet għal indikaturi oħra ta' ħsara, bħall-volumi tal-produzzjoni u l-bejgħ, u hija indikazzjoni ta' rkupru li qed iseħħ attwalment minn dumping fl-imgħoddi u sussidjar li l-industrija tal-Unjoni qed tesperjenza bħalissa.

(183)

Peress li ż-żieda fl-impjiegi hija proporzjonalment iżgħar miż-żieda fil-produzzjoni tal-bijodiżil, il-produttività għal kull impjegat tjiebet b'mod xieraq, bi kważi 25 % matul il-perjodu kkunsidrat, li juri li l-industrija tal-Unjoni qed issir industrija aktar effiċjenti.

4.4.2.5.   Id-daqs tal-marġni ta' sussidju u l-irkupru mis-sussidjar.

(184)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 159, l-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka kważi waqfu għal kollox wara l-impożizzjoni ta' dazji kumpensatorji u ma kien hemm prattikament l-ebda importazzjonijiet sussidjati mill-Istati Uniti matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Għalhekk, id-daqs tal-marġni ta' sussidju ma jistax jiġi vvalutat. Madankollu, l-analiżi tal-indikaturi tal-ħsara turi li l-miżuri fis-seħħ kontra l-Istati Uniti u l-miżuri sussegwenti imposti kontra l-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja kellhom impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni li titqies li qed tikrupra mill-effett ta' sussidjar fil-passat minkejja li għadha f'qagħda ekonomika fraġli u vulnerabbli.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(185)

Il-prezzijiet medji peżati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Prezzijiet ta' bejgħ fl-Unjoni

 

2011

2012

2013

PIR

Il-prezz medju tal-bejgħ ta' unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata metrika)

1 105

1 079

964

905

Indiċi

100

98

87

82

Spiża tal-produzzjoni ta' unità (EUR/tunnellata metrika)

1 107

1 153

969

868

Indiċi

100

104

88

78

Sors: Id-dejta verifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(186)

Il-prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni naqas b'rata stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-kost unitarju tal-produzzjoni segwa xejra simili. Peress li l-bijodiżil huwa nnegozjat bħala prodott, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f'pożizzjoni li żżomm prezz tal-bejgħ ogħla iżda pjuttost li tnaqqas il-prezz f'konformità ma' tnaqqis fil-kostijiet tal-produzzjoni. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgawdi bis-sħiħ il-benefiċċji ta' inqas kostijiet għall-materja prima. Min-naħa l-oħra, l-kost tal-produzzjoni għal kull unità naqas kemxejn aktar mill-prezz medju għal kull unità li jindika grad ta' effiċjenza akbar mill-industrija tal-Unjoni.

4.4.3.2.   Kostijiet tal-manodopera

(187)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2011

2012

2013

PIR

Spejjeż medji tax-xogħol għal kull impjegat (EUR)

60 866

59 081

60 802

61 807

Indiċi

100

97

100

102

Sors: Id-dejta verifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(188)

Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat baqa' stabbli matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.3.3.   Inventarji

(189)

Il-livelli tal-ħażna tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Inventarji

 

2011

2012

2013

PIR

Stokk tal-għeluq (tunnellati metriċi)

84 734

118 256

92 825

91 202

Indiċi

100

140

110

108

Il-ħażniet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

4 %

5 %

4 %

3 %

Indiċi

100

125

100

75

Sors: Id-dejta verifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(190)

Il-ħażniet baqgħu relattivament stabbli f'livell normali matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiżdied il-kapital

(191)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redittu fuq l-investimenti

 

2011

2012

2013

PIR

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tad-dħul tal-bejgħ)

2,0

– 1,4

1,1

3,8

Indiċi

100

– 70

55

190

Fluss tal-flus (EUR)

67 930 517

1 004 296

135 656 898

66 832 681

Indiċi

100

1

200

98

Investimenti (EUR)

12 122 366

9 859 293

9 133 725

8 314 180

Indiċi

100

81

75

69

Ir-redditu mill-investimenti (% tal-bejgħ nett)

14,0

– 14,2

12,5

44,2

Indiċi

100

– 101

89

315

Sors: Id-dejta verifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(192)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ngħata bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà żdiedet minn 2,0 % fl-2011 għal 3,8 % sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta'rieżami. Il-profittabbiltà waqgħet madankollu fl-2012 għal telf (– 1,4 %) li kien l-aktar probabbli minħabba l-effett ta' ammonti sinifikanti ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Indoneżja u l-Arġentina, li ħadu post l-importazzjonijiet li qabel kienu joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka.

(193)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-ħila tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Filwaqt li ma tista' tiġi stabbilita l-ebda tendenza ċara matul il-perjodu kkunsidrat, il-kumpaniji fil-kampjun żammew fluss tal-flus pożittiv matul il-perjodu.

(194)

Matul il-perjodu meqjus l-investimenti naqsu. Madankollu, fid-dawl tal-fluss tal-fluss pożittiv u ż-żieda sinifikanti fuq ir-redditu tal-investimenti, kif muri fit-tabella ta' hawn fuq, m'hemmx indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni kienet se ssib diffikultajiet biex tiġbor il-kapital jew biex tagħmel investimenti ulterjuri, jekk dawn l-investimenti kienu meħtieġa matul il-perjodu kkunsidrat.

(195)

L-NBB jsostni li profittabilità ta' 3,8 % hija inkonsistenti mal-kalkoli proprji tiegħu, li kienu bbażati fuq dejta mill-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-UE fil-kampjun u indikaw marġni ta' profitt ta' 8,5 %.

(196)

Il-Kummissjoni analizzat din l-allegazzjoni u sabet li l-NBB laħaq ċifra differenti fuq il-bażi ta' metodoloġija/kalkolu li kienet żbaljata/kien żbaljat għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, il-kalkoli tiegħu tal-profitabbiltà għall-PI ma kinux ibbażati fuq it-tweġibiet għall-kwestjonarju kif allegat iżda fuq it-teħid ta' kampjuni tad-dejta li, madankollu, ma fihx informazzjoni relatata mal-PI imma ma' perjodu differenti. It-tieni, il-kost ta' produzzjoni li l-NBB uża biex jiġi kkalkulat il-profitt kien ibbażat fuq kost ta' produzzjoni għal kampjun differenti ta' kumpaniji użat f'investigazzjoni oħra u għalhekk ma jistax sempliċiment jiġi traspost għal din l-investigazzjoni. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġni ta' profitt medju tal-kumpaniji fil-kampjun fuq il-bażi ta' dejta vverifikata u affidabbli ta' dawk il-kumpaniji. Għalhekk, it-talba tal-NBB ma ntalqgħetx.

4.4.4.   Il-konklużjoni dwar il-ħsara

(197)

L-analiżi tal-indikaturi ekonomiċi turi li l-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied biss sa ċertu punt. Bħala riżultat ta' dan, l-industrija tal-Unjoni żiedet is-sehem mis-suq tagħha fis-suq tal-Unjoni. Fl-istess ħin kemm il-prezzijiet tal-bejgħ kif ukoll il-kostijiet tal-produzzjoni naqsu f'livelli simili. Dan impedixxa lill-industrija tal-Unjoni milli tibbenefika b'mod sħiħ mill-volumi akbar ta' bejgħ minkejja tnaqqis sinifikanti ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

(198)

Min-naħa l-oħra, il-qligħ baqa' baxx matul il-perjodu kkunsidrat u l-industrija tal-Unjoni saħansitra ġarrbet telf fl-2012. Anki l-profitti li nkisbu matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami, ftit inqas minn 4 %, huma ferm taħt il-profitt li l-industrija tal-Unjoni għandha tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti, il-Kunsill stabbilixxa il-profitt (mira) li l-industrija tal-Unjoni għandha tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq ta' 15 % (28). F'investigazzjoni sussegwenti li tikkonċerna importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġina fl-Arġentina u l-Indoneżja, il-livell ta' profitt li l-industrija tal-Unjoni kellha tistenna b'mod raġonevoli li tikseb fil-kundizzjonijiet normali tas-suq, madankollu, kien rivedut kemm kemm 'l isfel, l-aktar minħabba ż-żieda tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni u l-maturità tal-industrija tal-bijodiżil fl-Unjoni, u ġie stabbilit għal 11 % (29).

(199)

Bosta mill-indikaturi ekonomiċi rilevanti għall-analiżi tas-sitwazzjoni attwali tal-industrija tal-Unjoni juru xejra pożittiva u b'hekk jindikaw li l-miżuri fis-seħħ kellhom impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-livell ta' profitt tal-industrija tal-Unjoni għadu baxxa ħafna u ħafna inqas mill-profitt fil-mira kif stabbilit f'investigazzjonijiet preċedenti. Barra minn hekk, il-livell ta' investiment huwa baxx u naqas ukoll matul il-perjodu kkunsidrat bi 30 % u l-użu tal-kapaċità, għalkemm qed jiżdied, għadu taħt is-70 % meta mqabbel ma' rata ta' utilizzazzjoni ta' madwar 90 % meta l-importazzjonijiet sussidjati kienu nieqsa mis-suq tal-Unjoni (2004-2006) u l-industrija tal-Unjoni kienet meqjusa li tinsab f'sitwazzjoni b'saħħitha (30).

(200)

Filwaqt li bbażat fuq analiżi globali tal-fatturi ekonomiċi kollha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni għadha ma rkupratx kompletament mill-effetti ta' effetti tal-passat ta' importazzjonijiet sussidjati. Din l-industrija għadha f'sitwazzjoni ekonomikament u finanzjarjament fraġli, u x-xejra pożittiva tal-preżent tista' faċilment titreġġa' lura jekk l-importazzjonijietsussidjati mill-Istati Uniti tal-Amerka jerġgħu jfeġġu f'volumi sinifikanti.

5.   IL-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAL-ĦSARA

(201)

Biex tiġi evalwata l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara lill-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri eżistenti jitħallew jiskadu, il-Kummissjoni analizzat l-impatt probabbli tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerka fuq is-suq tal-Unjoni u fuq l-industrija tal-Unjoni, skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, il-Kummissjoni analizzat il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' importazzjonijiesussidjati, il-volumi u l-livelli tal-prezz probabbli tagħhom, il-kapaċità żejda, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, u l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi tal-Istati Uniti.

(202)

Kif ġie konkluż hawn fuq (il-premessa 149), huwa probabbli li l-importazzjonijietsussidjati mill-Istati Uniti jerġgħu jseħħu jekk il-miżuri eżistenti jitħallew jiskadu. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi tal-bijodiżil fl-Istati Uniti bħalissa qed jesportaw il-bijodiżil lejn swieq oħra ta' pajjiżi terzi f'livelli ta' prezzijiet li huma aktar baxxi mill-prezzijiet tal-Unjoni. Billi l-prezzijiet tal-Unjoni huma ogħla minn dawk fi swieq ta' pajjiżi terzi oħra huwa probabbli li mill-inqas uħud minn dawk l-esportazzjonijiet jistgħu jiġu diretti mill-ġdid lejn l-Unjoni jekk jiskadu l-miżuri eżistenti.

(203)

Il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi tal-Istati Uniti għandhom kapaċità kbira ta' riżerva li tammonta għal madwar 2 678 000 tunnellata ekwivalenti għal madwar 22 % tal-konsum totali tal-Unjoni.

(204)

Il-kapaċità ta' riżerva disponibbli fl-Istati Uniti tal-Amerka mhix probabbli li tiġi assorbita mis-suq domestiku tagħha. Diġà llum, minkejja li jkun hemm biżżejjed kapaċità, il-produtturi tal-Istati Uniti ma jfornux id-domanda kollha fis-suq tal-Istati Uniti. Huwa wkoll improbabbli li l-kapaċità ta' riżerva eżistenti tintuża biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi għajr l-Unjoni. Bħalissa, kif spjegat fid-dettall fil-premessa 161 hawn fuq, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti lejn pajjiżi terzi huma bħala medja 15 % taħt il-prezz domestiku medju fuq is-suq tal-Istati Uniti kif ukoll taħt il-medja tal-prezz tal-Unjoni anki meta jiġu kkunsidrati il-kostijiet tat-trasport mill-Istati Uniti lejn l-Unjoni. Għalhekk huwa probabbli li l-produtturi tal-Istati Uniti jfittxu suq disponibbli ieħor għall-kapaċità ta' riżerva tagħhom.

(205)

Minħabba li s-suq tal-Unjoni huwa l-akbar suq għall-bijodiżil madwar id-dinja u l-prezzijiet tal-bijodiżil fl-Unjoni li jkunu f'parità jew ftit ogħla mil-livell tal-prezz fis-suq domestiku tal-Istati Uniti, is-suq tal-Unjoni jkun attraenti ħafna għall-produtturi tal-Istati Uniti tal-bijodiżil. Fil-fatt, storikament, dan wera li huwa l-każ.

(206)

Għalhekk huwa ferm probabbli li l-produtturi tal-Istati Uniti jużaw parti kbira tal-kapaċità ta' riżerva tagħhom biex jerġgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri attwali jitħallew jiskadu. Minħabba l-imġiba tal-ipprezzar attwali tagħhom fuq swieq oħra ta' esportazzjoni u l-kapaċità żejda kbira disponibbli, x'aktarx li volumi sinifikanti ta' bijodiżil tal-Istati Uniti jerġgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezz issussidjat daqs jew inqas mill-prezzijiet tal-Unjoni.

(207)

Dawn l-importazzjonijiet jeżerċitaw pressjoni 'l isfel sinifikanti fuq il-prezz tal-industrija tal-Unjoni, li fil-livelli attwali tal-prezzijiet, qiegħda tagħmel biss profitt żgħir ħafna, li huwa ferm taħt il-profitt fil-mira tagħha. Dan x'aktarx jirriżulta fi tnaqqis fil-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ, inqas qligħ u telf ta' sehem mis-suq.

(208)

Minħabba s-sitwazzjoni ekonomika fraġli tal-industrija tal-Unjoni, tali xenarju probabbli jkollu effett negattiv konsiderevoli fuq l-irkupru li qed iseħħ bħalissa fl-industrija tal-Unjoni u x'aktarx li jwassal għal rikorrenza ta' ħsara materjali.

5.1.   Konklużjoni

(209)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni x'aktarx li sseħħ jekk id-dazji kumpensatorji eżistenti kontra l-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka jitħallew jiskadu.

6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(210)

B'konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk ikunx kontra l-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti minkejja s-sejbiet ta' hawn fuq dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' sussidjar dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament ta' kull wieħed mill-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi kif ukoll tal-utenti tal-bijodiżil.

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(211)

Il-miżuri eżistenti kkontribwew għal tnaqqis kważi totali tal-importazzjonijiet sussidjati tal-bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka u offrew solliev lill-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni wriet sinjali pożittivi ta' rkupru minn sussidju passat, żieda bħal din fil-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-bijodiżil fis-suq tal-Unjoni naqsu b'mod sinifikanti, u l-profitabbiltà baqgħet baxxa ħafna, u b'hekk li ħalliet lill-industrija f'sitwazzjoni ekonomika vulnerabbli u fraġli.

(212)

Jekk il-miżuri eżistenti jitħallew jiskadu, l-industrija tal-Unjoni x'aktarx ser tkun iffaċċjata b'iżjed kompetizzjoni inġusta fil-forma ta' volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet sussidjati ta' bijodiżil mill-Istati Uniti. Dan iwaqqaf l-irkupru li qed iseħħ bħalissa li l-industrija tal-bijodiżil fl-Unjoni qed tesperjenza attwalment u x'aktarx jirriżulta fir-rikorrenza ta' ħsara materjali. It-terminazzjoni tal-miżuri għalhekk mhijiex fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.2.   Interess tal-importaturi u tan-negozjanti mhux relatati

(213)

Kienu biss tliet importaturi/kummerċjanti li ppreżentaw ruħhom u li ressqu l-fehmiet tagħhom. Filwaqt li kumpanija waħda biss iddikjarat li l-livell tad-dazji attwali huwa sproporzjonat u li l-estensjoni tiegħu tfixkel u tillimita s-suq u jirriżulta fi prezzijiet ogħla, iż-żewġ kumpaniji l-oħra sostnew li l-miżuri eżistenti ma affettwawx l-attivitajiet tagħhom u kienu newtrali f'dak li jikkonċerna estensjoni possibbli tad-dazji kumpensatorji eżistenti.

(214)

Is-sejbiet ta' din l-investigazzjoni ma jappoġġawx l-argument li kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti tkun tillimita s-suq u tirriżulta fi prezzijiet ogħla. Għall-kuntrarju, matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-Unjoni naqsu minkejja l-eżistenza ta' miżuri. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni llum għandha kapaċità biżżejjed biex tforni d-domanda tal-Unjoni għall-bijodiżil u wkoll kapaċità ta' riżerva biex tissodisfa żieda fid-domanda futura. Għalhekk, l-argumenti mressqa ma jipprovdux evidenza li l-kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti tmur kontra l-interess tal-importaturi u/jew tal-kummerċjanti.

6.3.   Interess tal-utenti

(215)

Utent wieħed biss, kumpanija taż-żejt li tixtri l-bijodiżil biex tħalltu ma' żjut minerali, ippreżentat ruħha u stqarret il-fehma tagħha lill-Kummissjoni. Hija kienet favur li jinżammu l-miżuri eżistenti u sostniet li t-tneħħija tagħhom jista' jkollha effetti devastanti fuq is-suq tal-bijodiżil tal-Unjoni li jwasslu għal influss ta' volumi sinifikanti ta' bijodiżil sussidjat li jirriżulta f'rikorrenza ta' ħsara serja lill-industrija tal-bijodiżil tal-Unjoni.

(216)

Ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-miżuri eżistenti affettwaw b'mod negattiv l-utenti tal-bijodiżil tal-Unjoni, u b'mod partikolari, ma hemm l-ebda evidenza li l-miżuri eżistenti kellhom effett negattiv ta' profittabilità jew tan-negozju tagħhom. Fi kwalunkwe każ, minħabba konsum tal-bijodiżil fl-Unjoni stabbli jew li żdied biss ftit, l-industrija tal-Unjoni għandha biżżejjed kapaċità biex tissodisfa d-domanda attwali u futura jekk id-domanda tkompli tiżdied. Iż-żamma tal-miżuri ma twassalx għal nuqqas ta' provvista.

(217)

Għalhekk jista' jiġi konkluż li ż-żamma tal-miżuri ma tkunx kontra l-interess tal-utenti.

6.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(218)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet serji biex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka.

7.   MIŻURI KOMPENSATORJI

(219)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' sussudjar u ħsara, isegwi li, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, id-dazji kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerka, imposti mir-Regolament (KE) Nru 598/2009, kif emendat mir-Regolament ta' Implementazzjoni (UE) Nru 443/2011, għandhom jinżammu għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin.

(220)

Kif spjegat fil-premessa 2 hawn fuq, id-dazji kumpensatorji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka ġew estiżi biex ikopru wkoll l-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnat mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kanada kif ukoll jekk le, u għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta' bijodiżil f'taħlita li fiha 20 % bil-piż jew inqas ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka.

(221)

Id-dazji kumpensatorji li għandhom jinżammu ikomplu jiġu estiżi għall-importazzjonijiet ta' bijodiżil ikkunsinnat mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kanada kif ukoll jekk le, kif ukoll għal bijodiżil f'taħlita li fiha 20 % bil-piż jew inqas ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerka.

(222)

Il-produtturi esportaturi mill-Kanada li kienu eżentati mill-miżuri, kif estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 443/2011 jiġu wkoll eżentati mill-miżuri imposti b'dan ir-Regolament.

(223)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B'dan qed jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjoniet ta' esteri monoalkilitiċi tal-aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew permezz ta' trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, magħruf b'mod komuni bħala “bijodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li jkun fih bil-piż aktar minn 20 % ta' esteri monoalkilitiċi tal-aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew permezz ta' trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li jaqa' fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516 20 98 29), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518 00 91 29), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518 00 99 29), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710 19 43 29), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710 19 46 29), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710 19 47 29), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710 20 11 29), ex 2710 20 15 (kodiċi TARIC 2710 20 15 29), ex 2710 20 17 (kodiċi TARIC 2710 20 17 29), 3824 90 92 (kodiċi TARIC 3824 90 92 12), ex 3826 00 10 (kodiċi TARICs 3826 00 10 29, 3826 00 10 39, 3826 00 10 49, 3826 00 10 99) u ex 3826 00 90 (Kodiċi TARIC 3826 00 90 19).

2.   Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun ammont fiss kif ġej:

Il-kumpanija

Rata tad-dazju kumpensatorju — EUR għal kull tunnellata metrika

kodiċi addizzjonali TARIC

Archer Daniels Midland Company, Decatur

237,0

A933

Cargill Inc., Wayzata

213,8

A934

Green Earth Fuels of Houston LLC, Houston

213,4

A935

Imperium Renewables Inc., Seattle

216,8

A936

Peter Cremer North America LP, Cincinnati

211,2

A937

Vinmar Overseas Limited, Houston

211,2

A938

World Energy Alternatives LLC, Boston

211,2

A939

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

219,4

Ara l-Anness I

Il-kumpaniji l-oħra kollha

237,0

A999

Id-dazju kompensatorju fuq it-taħlitiet għandu jkun applikabbli, bħala proporzjon, fit-taħlita, bil-piż, tal-kontenut totali ta' esteri monoalkiliċi aċidi xaħmija u nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili (il-kontenut tal-bijodiżil).

3.   F'każijiet fejn il-merkanzija tkun saritilhla ħsara qabel id-dħul f'ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas huwa aġġustat mill-bejjiegħ, għall-benefiċċju tax-xerrej, sakemm iseħħu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 145, il-paragrafi 2 u 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (31), l-ammont ta' dazju kumpensatorju stipulat fil-paragrafu 2, jitnaqqas b'perċentwal li jirrappreżenta t-tqassim tal-aġġustament mal-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas.

4.   L-applikazzjoni tar-rata individwali tad-dazju speċifikata gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta' fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata, tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Id-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” kif stabbilit fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, huwa estiż għall-importazzjonijiet fl-Unjon ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, magħruf b'mod komuni bħala “bijodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li jkun fiha bil-piż aktar minn 20 % ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li joriġina mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kanada kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqa' fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516 20 98 21), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518 00 91 21), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518 00 99 21), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710 19 43 21), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710 19 46 21), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710 19 47 21), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710 20 11 21), ex 2710 20 15 (kodiċi TARIC 2710 20 15 21), ex 2710 20 17 (kodiċi TARIC 2710 20 17 21), ex 3824 90 92 (kodiċi TARIC 3824 90 92 10), ex 3826 00 10 (kodiċijiet TARIC 3826 00 10 20, 3826 00 10 30, 3826 00 10 40, 3826 00 10 89) u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826 00 90 11), ħlief dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

Pajjiż

Il-kumpanija

kodiċi addizzjonali TARIC

Il-Kanada

BIOX Corporation, Oakville, Ontario, Kanada

B107

Il-Kanada

Rothsay Biodiesel, Guelph, Ontario, Kanada

B108

Id-dazju li għandu jiġi estiż għandu jkun dak stabbilit għall-“Kumpaniji l-oħra kollha” fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 598/2009, li huwa dazju kompensatorju definittiv ta' EUR 237 kull tunnellata metrika netta.

Id-dazju kompensatorju fuq it-taħlitiet għandu jkun applikabbli, bħala proporzjon, fit-taħlita, bil-piż, tal-kontenut totali ta' esteri monoalkiliċi aċidi xaħmija u nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili (il-kontenut tal-bijodiżil).

2.   F'każijiet fejn il-merkanzija tkun saritilhla ħsara qabel id-dħul f'ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas huwa aġġustat mill-bejjiegħ, għall-benefiċċju tax-xerrej, sakemm iseħħu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 145, il-paragrafi 2 u 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-ammont ta' dazju kumpensatorju stipulat fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, jitnaqqas b'perċentwal li jirrappreżenta t-tqassim tal-aġġustament mal-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas.

3.   L-applikazzjoni ta' eżenzjonijiet mogħtija lill-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 1 jew awtorizzati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(2) tkun soġġetta għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata, japplika d-dazju kumpensatorju kif impost mill-paragrafu 1.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

Artikolu 3

1.   Id-dazju kumpensatorju definittiv kif stipulat fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, huwa b'dan estiż għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, magħrufa b'mod komuni bħala “bijodiżil”, f'taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka, u li bħalissa jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516 20 98 30), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518 00 91 30), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518 00 99 30), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710 19 43 30), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710 19 46 30), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710 19 47 30), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710 20 11 30), ex 2710 20 15 (kodiċi TARIC 2710 20 15 30), ex 2710 20 17 (kodiċi TARIC 2710 20 17 30), ex 3824 90 92 (kodiċi TARIC 3824 90 92 20), ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826 00 90 30).

Id-dazju kompensatorju fuq it-taħlitiet għandu jkun applikabbli, bħala proporzjon, fit-taħlita, bil-piż, tal-kontenut totali ta' esteri monoalkiliċi aċidi xaħmija u nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili (il-kontenut tal-bijodiżil).

2.   F'każijiet fejn il-merkanzija tkun saritilhla ħsara qabel id-dħul f'ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas huwa aġġustat mill-bejjiegħ, għall-benefiċċju tax-xerrej, sakemm iseħħu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 145, il-paragrafi 2 u 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-ammont tad-dazju kumpensatorju stipulat fl-Artkolu 1, il-paragrafu 2, jitnaqqas b'perċentwal li jirrappreżenta t-tqassim tal-aġġustament mal-prezz attwalment imħallas jew li għandu jitħallas.

3.   L-applikazzjoni tar-rata tad-dazju individwali speċifikata gћall-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1, fil-paragrafu 2 tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta' fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III. Jekk din il-fattura ma tiġix ippreżentata, tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

Artikolu 4

1.   It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż skont l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) għandhom isiru bil-miktub f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Directorate General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: Rue de la loi 170, CHAR 04/034

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: TRADE-TDI-INFORMATION@ec.europa.eu

2.   Skont l-Artikolu 23(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tawtorizza b'deċiżjoni l-eżenzjoni ta' importazzjonijiet minn kumpaniji li ma evitawx il-miżuri kumpensatorji imposti mir-Regolament (KE) Nru 598/2009, mid-dazju estiż bl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1).

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 598/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 179, 10.7.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 443/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 li jestendi d-dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 598/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, u li jestendi d-dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 598/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil f'taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta' bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, u li jwaqqaf l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkunsinnati minn Singapor (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta' Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU L 315, 26.11.2013, p. 2).

(5)  Notifika ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri kumpensatorji (ĠU C 289, 4.10.2013, p. 11).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(7)   ĠU C 217, 10.7.2014, p. 25.

(8)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU C 217, 10.7.2014, p. 14).

(9)  Skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti, it-Titolu 26 tal-Kodiċi tal-Istati Uniti, it-taqsima 45K(c)(3), it-terminu “bijomassa” jfisser kull materjal organiku minbarra — (A) żejt u gass naturali (jew kull prodott tiegħu), u (B) faħam (inkluż linjite) jew kull prodott tiegħu.

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 194/2009 tal-11 ta' Marzu 2009 li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 67, 12.3.2009, p. 50), il-premessa 20, in-nota ta' qiegħ il-paġna 5.

(11)  Kif iddefinit fl-USC, l-agri-bijodiżil jirreferi għal bijodiżil derivat biss minn żjut verġni biss, inklużi esteri ġejjin minn żjut veġetali verġni tal-qamħirrun, mill-fażola tas-sojja, miż-żerriegħa tal-ġirasol, miż-żerriegħa tal-qoton, mill-kanola, mill-krambe, miż-żerriegħa tal-kolza, mill-għosfor, miż-żerriegħa tal-kittien, min-nuħħala tar-ross u żerriegħa tal-mustarda, u mix-xaħam tal-annimali.

(12)  Taqsima 428.102 “Definizzjonijiet” tar-regolamenti ta' implimentazzjoni: “Fjuwil ekwivalenti għad-diżil miksub minn bijomassa rinnovabbli, inklużi żejt veġetali u xaħam tal-annimali.” Potenzjalment “bijokarburant miksub minn materjal ta' skart, inkluż residwu tal-uċuħ tar-raba', materjal ta' skart veġetattiv ieħor, skart tal-annimali, skart tal-ikel u skart tal-ġonna” jista' wkoll jinkludi l-produzzjoni tal-bijodiżil.

(13)  L-Unità Termali Brittanika (BTU jew Btu) hija unità ta' enerġija ugwali għal madwar 1 055 Joules.

(14)  Permezz tal-Att dwar il-Prevenzjoni taż-Żieda fit-Taxxa tal-2014, iffirmat mill-President tal-Istati Uniti tal-Amerika fid-19 ta' Diċembru 2014. L-estensjoni tal-kreditu tal-Produtturi tal-Bijokarburanti tat-Tieni Ġenerazzjoni.

(15)  Kif estiżi bl-Att dwar il-Politika tal-Enerġija tal-2005 §1344 (P.L. 109-58) u emendati bl-Att għall-Estensjoni u t-Titjib fl-Enerġija tal-2008 (P.L. 110-343, it-Taqsima B) §202-203.

(16)  L-awtorità (Internal Revenue Service) ikollha tħallas fi żmien 60 jum wara li tasal it-talba (mhux aktar tard mit-8 ta' Awwissu 2015) jew l-IRS ikollha tħallas kumpens.

(17)  https://www.congress.gov/bill/113th-congress/senate-bill/2021/text

(18)  HR 2517 “Powering American Jobs Act of 2015”, introdott minn Mike Kelly. Disponibbli fuq https://www.congress.gov/bill/114th-congress/house-bill/2517/text?q={%22search%22%3A[%22\%22hr2517\%22%22]}#toc-H48B28727047A4954BB43B03E81976580, aċċessata fit-8 ta' Lulju 2015.

(19)  il-preżentazzjoni tal-NBB datata d-29 ta' Settembru 2014.

(20)  Ara l-premessa 55 tar-Regolament (KE) Nru 194/2009.

(21)  Permezz tat-Taqsima 202(a) tal-Att dwar l-Estensjoni u t-Titjib u l-Enerġija tal-2008. Madanakollu, t-Taqsima 203 tiegħu temenda t-taqsimiet 40 A u 6426 tal-IRC biex jeskludu l-bijodiżil impurtat u mibjugħ għall-esportazzjoni mill-krediti effettiv mill-15 ta' Mejju 2008. Dan huwa, madankollu, tnaqqis tal-kamp ta' applikazzjoni tal-benefiċjarji li ma għandu l-ebda effetti reali fis-suq domestiku tal-Istati Uniti, billi dan ma jirrigwarda la l-produzzjoni u lanqas l-importazzjoni ta' bijodiżil użat fl-Istati Uniti.

(22)  Sors: It-tweġiba tal-Gvern tal-Istati Uniti. NB: Iċ-ċifri kkwotati jkopru biss krediti tat-taxxa tas-sisa, iżda ma jkoprux krediti ta' taxxa fuq l-introjtu u għotjiet diretti li għalihom il-Gvern tal-Istati Uniti ma pprovdiex informazzjoni.

(23)  Skont l-NBB, “Biodiesel Basics What is biodiesel?”, http://www.biodiesel.org/what-is-biodiesel/biodiesel-basics, aċċessat fl-24 ta' Marzu 2015.

(24)  L-Istandard dwar il-Fjuwil Rinnovabbli 2, stabbilit bl-Att dwar il-Politika tal-Enerġija (EPAct) tal-2005, u sussegwentement bl-Att dwar l-Indipendenza tal-Enerġija u s-Sigurtà tal-2007 (EISA), jeħtieġ li jintuża minimu ta' biljun (1) gallun ta' diżil prodott mill-bijomassa kull sena bejn l-2011 u l-2022. Jeħtieġ ukoll li l-pajjiż juża mhux anqas minn 21 biljun gallun ta' bijokarburanti avvanzati sal-2022. Il-bijodiżil jikkwalifika għal konformità taħt iż-żewġ kategoriji. Sors: http://www.biodiesel.org/what-is-biodiesel/biodiesel-faq's, aċċessat fit-30.3.2015.

(25)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 21 hawn fuq.

(26)  http://www.eia.gov/survey/form/eia_22m/instructions.pdf, aċċessat fis-7.7.2015.

(27)  Minħabba żball tipografiku, il-prezz imsemmi fid-Dokument ta' Divulgazzjoni kien indikat ħażin għal EUR 884.

(28)  Ir-Regolament (KE) Nru 598/2009, il-premessi minn 176 sa 178.

(29)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013, il-premessi minn 202 sa 208.

(30)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 193/2009 tal-11 ta' Marzu 2009 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 67, 12.3.2009, p. 22).

(31)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


ANNESS I

Isem il-Kumpanija

Belt

Kodiċi TARIC addizzjonali

AC & S Inc.

Nitro

A941

Alabama Clean Fuels Coalition Inc.

Birmingham

A940

American Made Fuels, Inc.

Canton

A940

Arkansas SoyEnergy Group

DeWitt

A940

Arlington Energy, LLC

Mansfield

A940

Athens Biodiesel, LLC

Athens

A940

Beacon Energy

Cleburne

A940

Biodiesel of Texas, Inc.

Denton

A940

BioDiesel One Ltd

Southington

A940

BioPur Inc.

Bethlehem

A941

Buffalo Biodiesel, Inc

Tonawanda

A940

BullDog BioDiesel

Ellenwood

A940

Carbon Neutral Solutions, LLC

Mauldin

A940

Central Iowa Energy LLC

Newton

A940

Chesapeake Custom Chemical Corp.

Ridgeway

A940

Community Fuels

Stockton

A940

Delta BioFuels Inc.

Natchez

A940

Diamond Biofuels

Mazon

A940

Direct Fuels

Euless

A940

Eagle Creek Fuel Services, LLC

Baltimore

A940

Earl Fisher Bio Fuels

Chester

A940

East Fork Biodiesel LLC

Algona

A940

ECO Solutions, LLC

Chatsworth

A940

Ecogy Biofuels LLC

Tulsa

A940

ED&F Man Biofuels Inc.

New Orleans

A940

Freedom Biofuels Inc.

Madison

A940

Freedom Fuels LLC

Mason City

A941

Fuel & Lube, LLC

Richmond

A940

Fuel Bio

Elizabeth

A940

FUMPA Bio Fuels

Redwood Falls

A940

Galveston Bay Biodiesel LP (BioSelect Fuels)

Houston

A940

GeoGreen Fuels LLC

Houston

A940

Georgia Biofuels Corp.

Loganville

A940

Green River Biodiesel, Inc.

Moundville

A940

Griffin Industries Inc.

Cold Spring

A940

High Plains Bioenergy

Guymon

A940

Huish Detergents Inc.

Salt Lake City

A940

Incobrasa Industries Ltd.

Gilman

A940

Independence Renewable Energy Corp.

Perdue Hill

A940

Indiana Flex Fuels

LaPorte

A940

Innovation Fuels Inc.

Newark

A940

Integrity Biofuels

Morristown

A941

Iowa Renewable Energy LLC

Washington

A940

Johann Haltermann Ltd.

Houston

A940

Lake Erie Biofuels LLC

Erie

A940

Leland Organic Corporation

Leland

A940

Louis Dreyfus Agricultural Industries LLC

Claypool

A940

Louis Dreyfus Claypool Holdings LLC

Claypool

A940

Middle Georgia Biofuels

East Dublin

A940

Middletown Biofuels LLC

Blairsville

A940

Musket Corporation

Oklahoma City

A940

Natural Biodiesel Plant LLC

Hayti

A941

New Fuel Company

Dallas

A940

North Mississippi Biodiesel

New Albany

A940

Northern Biodiesel, Inc.

Ontario

A940

Northwest Missouri Biofuels, LLC

St. Joseph

A940

Nova Biofuels Clinton County LLC

Clinton

A940

Nova Biosource

Senaca

A940

Organic Fuels Ltd.

Houston

A940

Owensboro Grain Company LLC

Owensboro

A940

Paseo Cargill Energy, LLC

Kansas City

A940

Peach State Labs Inc.

Rome

A940

Perihelion Global, Inc.

Opp

A940

Philadelphia Fry-O-Diesel Inc.

Philadelphia

A940

Piedmont Biofuels Industrial LLC

Pittsboro

A941

Pinnacle Biofuels, Inc.

Crossett

A940

PK Biodiesel

Woodstock

A940

Pleasant Valley Biofuels, LLC

American Falls

A940

Prairie Pride

Deerfield

A941

RBF Port Neches LLC

Houston

A940

Red Birch Energy, Inc.

Bassett

A940

Red River Biodiesel Ltd.

New Boston

A940

REG Ralston LLC

Ralston

A940

Renewable Energy Products, LLC

Santa Fe Springs

A940

Riksch BioFuels LLC

Crawfordsville

A940

Safe Renewable Corp.

Conroe

A940

Sanimax Energy Inc.

DeForest

A940

Seminole Biodiesel

Bainbridge

A940

Southeast BioDiesel LLC

Charlotte

A941

Soy Solutions

Milford

A940

SoyMor Biodiesel LLC

Albert Lea

A940

Stepan Company

Northfield

A941

Sunshine BioFuels, LLC

Camilla

A940

TPA Inc.

Warren

A940

Trafigura AG

Stamford

A940

U.S. Biofuels Inc.

Rome

A940

United Oil Company

Pittsburgh

A940

Valco Bioenergy

Harlingen

A940

Vanguard Synfuels, LLC

Pollock

A940

Vitol Inc.

Houston

A940

Walsh Bio Diesel, LLC

Mauston

A940

Western Dubque Biodiesel LLC

Farley

A940

Western Iowa Energy LLC

Wall Lake

A940

Western Petroleum Company

Eden Prairie

A940

Yokaya Biofuels Inc.

Ukiah

A941


ANNESS II

Għandha tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Artikolu 2(2) jew l-Artikolu 3(2):

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali,

Id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' esteri monoalkilitiċi aċidi xaħmija u/jew ta' nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta' trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, spiss magħruf bħala ‘bijodiżil’, f'forma pura jew f'taħlita li fiha iktar minn 20 % skont il-piż ta' esteri monoalkiliċi aċidi xaħmija u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li joriġina għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert b'din il-fattura kien minafatturat minn [l-isem u l-indirizz tal-kumpanija (kodiċi addizzjonali TARIC)] fi [pajjiż[i] kkonċernati]. Jiena niddikjara li t-tagħrif provdut f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”


ANNESS III

Fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 3(3) għandha tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej:

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali,

Id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmija u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, magħrufa b'mod komuni bħala ‘bijodiżil’, f'forma pura jew f'taħlita li fiha bil-piż 20 % jew anqas ta' esteri monoalkiliċi aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn [isem u indirizz tal-kumpanija] [kodiċi addizzjonali TARIC] fl-Istati Uniti tal-Amerika. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”