11.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 212/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1374
tas-7 ta' Awwissu 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 jistipula li għandha tinżamm mill-Kummissjoni lista tal-awtoritajiet tal-Komunità fl-Anness III; |
(2) |
Il-Portugall innomina awtorità tal-Komunità u informa lill-Kummissjoni biha. Il-Kummissjoni kkonkludiet li kienet ingħatat evidenza suffiċjenti li din l-awtorità tal-Kommunità tista' twettaq b'mod kredibbli, fil-ħin, effettiv u suffiċjenti l-kompiti stabbiliti mill-Kapitoli II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002. |
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2368/2002 huwa hawnhekk sostitwit bl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Cecilia MALMSTRÖM
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28.
ANNESS
“ANNESS III
Lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kompiti tagħhom kif imsemmija fl-Artikoli 2 u 19
IL-BELĠJU
Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en Energie, Dienst Vergunningen
Service Public Fédéral Economie, PME, Classes moyennes et Energie, Service Licence
Italiëlei 124, bus 71 |
B-2000 Antwerpen |
Tel. +32 22775459 |
Faks: +32 22775461 |
Posta elettronika: kpcs-belgiumdiamonds@economie.fgov.be |
Fil-Belġju, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa minn dan ir-Regolament u t-trattament doganali jsiru biss fl-uffiċċju segwenti:
The Diamond Office, |
Hovenierstraat 22 |
B-2018 Antwerpen |
IL-BULGARIJA
Ministry of Finance
International Financial Institutions and Cooperation Directorate |
102 G. Rakovski str. |
Sofia, 1040 |
Bulgaria |
Tel. +359 298592400/98592401 |
Faks: +359 298592402 |
Posta elettronika: ific@minfin.bg |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Fir-Repubblika Ċeka, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa minn dan ir-Regolament u t-trattament doganali jsiru biss fl-uffiċċju segwenti:
Generální ředitelství cel |
Budějovická 7 |
140 96 Praha 4 |
Česká republika |
Tel. (420-2) 61 33 38 41, (420-2) 61 33 35 41, cell (420-737) 213 793 |
Faks (420-2) 61 33 38 70 |
Posta elettronika: diamond@cs.mfcr.cz |
Servizz permanenti fl-uffiċċju doganali magħżul — Praha Ruzyně
Tel. +420 2220113788
Tel. +420 2220119678
IL-ĠERMANJA
Fil-Ġermanja, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa minn dan ir-Regolament, inkluż il-ħruġ ta' ċertifikati tal-UE, isiru biss fl-awtorità li ġejja:
Hauptzollamt Koblenz |
Zollamt Idar-Oberstein |
Zertifizierungsstelle für Rohdiamanten |
Hauptstraße 197 |
D-55743 Idar-Oberstein Tel. |
Tel. +49 67815627-0 |
Faks: +49 67815627-19 |
Posta elettronika: poststelle.za-idar-oberstein@zoll.bund.de |
Għall-finijiet tal-Artikoli 5(3), 6, 9, 10, 14(3), 15 u 17 ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-obbligi ta' rappurtar lill-Kummissjoni, l-awtorità li ġejja taġixxi bħala l-awtorità Ġermaniża kompetenti:
Bundesfinanzdirektion Südost |
Krelingstraβe 50 |
D-90408 Nürnberg |
Tel. +49 9113763754 |
Faks: +49 9113762273 |
Posta elettronika: diamond.cert.bfd-suedost@zoll.bund.de |
IL-PORTUGALL
Autoridade Tributária e Aduaneira |
Direção de Serviços de Regulação Aduaneira |
R. da Alfândega, 5 |
1149-006 Lisboa |
Tel. +351 218813888/9 |
Faks: +351 218813941 |
Posta elettronika: dsra@at.gov.pt |
Fil-Portugall, il-kontrolli tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' djamanti mhux maħduma meħtieġa minn dan ir-Regolament u t-trattament doganali jsiru biss fl-uffiċċju segwenti:
Alfândega do Aeroporto de Lisboa |
Aeroporto de Lisboa, |
Terminal de Carga, Edifício 134 |
1750-364 Lisboa |
Tel. +351 210030080 |
Faks: +351 210037777 |
Indirizz tal-posta elettronika: aalisboa-kimberley@at.gov.pt |
IR-RUMANIJA
Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorilor |
(L-Awtorità Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Konsumatur) |
1 Bd. Aviatorilor Nr. 72, sectorul 1 București, România |
(72 Aviatorilor Bvd., settur 1, Bucharest, ir-Rumanija) |
Cod postal (Kodiċi postali) 011865 |
Tel. +40 213184635/3129890/3121275 |
Faks: +40 213184635/3143462 |
www.anpc.ro |
IR-RENJU UNIT
Government Diamond Office |
Conflict Department |
Room WH1.214 |
Foreign and Commonwealth Office |
King Charles Street |
London |
SW1 A 2AH |
Tel. +44 2070086903/5797 |
Faks: +44 2070083905 |
KPUK@fco.gov.uk” |