8.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/32


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1371

tas-7 ta' Awwissu 2015

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mit-3 sal-4 ta' Awwissu 2015 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija u li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet ta' tali liċenzji għax-xahar ta' Awwissu 2015

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa verġni li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 1509 10 10 u NC 1509 10 90, miksub bis-sħiħ fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż sal-Unjoni. L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006 jipprovdi limiti kwantitattivi għal kull xahar fuq il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mit-3 sal-4 ta' Awwissu 2015 għax-xahar ta' Awwissu 2015 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). Jixraq li jiġi sospiż it-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għax-xahar ta' Awwissu 2015.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 mit-3 sal-4 ta' Awwissu 2015 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   It-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta' Awwissu 2015 huwa sospiż sa mill-5 ta' Awwissu 2015.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Nru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa mit-3 sal-4 ta' Awwissu 2015 għax-xahar ta' Awwissu 2015

(f'%)

09.4032

3,764178