8.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/17


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1369

tas-7 ta' Awwissu 2015

li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Awwissu 2014 il-gvern Russu introduċa projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja, fosthom il-frott u l-ħaxix. Bi tweġiba għal dan, il-Kummissjoni adottat sensiela ta' miżuri ta' appoġġ eċċezzjonali, b'mod partikolari permezz tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2014 (2) għall-ħawħ u n-nuċiprisk u permezz tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 (3) u r-Regolamant ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 (4) għal frott u ħaxix ieħor.

(2)

Fl-24 ta' Ġunju 2015 dik il-projbizzjoni kienet estiża sa Awwissu tal-2016. Minħabba l-kontinwazzjoni tal-projbizzjoni, it-theddida serja ta' disturbi fis-suq tippersisti u tista' twassal biex il-prezzijiet jaqgħu b'mod qawwi peress li suq importanti tal-esportazzjoni għadu mhux disponibbli. F'qagħda tas-suq bħal din, jidher illi l-miżuri normali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għadhomx biżżejjed. Għaldaqstant, għandu jittawwal il-mekkaniżmu bbażat fuq l-appoġġ għal ċerti kwantitajiet ta' prodotti skont ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1031/2014.

(3)

Biex ikun hemm xibka ta' sikurezza, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-prodotti kollha koperti bir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1031/2014 għandha tittawwal b'sena. Barra minn hekk, minħabba n-natura staġjonali tal-esportazzjoni tagħhom, il-ħawħ u n-nuċiprisk tal-kodiċi NM 0809 30, li s-sena l-oħra kienu eliġibbli għal appoġġ skont ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 913/2014, issa għandhom jiżdiedu mal-lista ta' prodotti eliġibbli għall-appoġġ skont ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1031/2014.

(4)

Il-kalkolu tal-kwantitajiet allokati lil kull Stat Membru għandu jiġi magħmul abbażi tal-livell tal-esportazzjonijiet lejn ir-Russja tal-prodotti inkwistjoni tul it-tliet snin ta' qabel it-tħabbira tal-projbizzjoni, aġġustati skont il-livell ta' użu mill-produtturi tal-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ disponibbli għalihom għal dawk il-prodotti f'din l-aħħar sena f'kull Stat Membru.

(5)

Fejn l-użu ta' dawn il-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ fi ħdan Stat Membru kien baxx ħafna għal prodott partikolari u l-ispejjeż amministrattivi ta' appoġġ kienu b'riżultat ta' dan għoljin b'mod sproporzjonat, dak l-Istat Membru għandu jkollu l-għażla li jagħżel ikomplix jimplimenta dawn il-miżuri għall-perjodu estiż.

(6)

Aktarx li l-prodotti inkwistjoni, illi f'ċirkustani normali kienu jiġu esportati lejn ir-Russja, se jitmexxew lejn is-swieq ta' Stati Membri oħra. Produtturi tal-istess prodotti f'dawk l-Istati Membri li tradizzjonalment ma jesportawx il-prodotti tagħhom lejn ir-Russja jistgħu, minħabba dan, jaffaċċjaw distrurbi sinifikanti fis-suq u tnaqqis fil-prezzijiet.

(7)

Għaldaqstant, biex is-suq ikun stabbilizzat aktar, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha terġa' tkun disponibbli wkoll għal produtturi fl-Istati Membri kollha fir-rigward ta' wieħed jew aktar mill-prodotti koperti bir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1031/2014, għal kwantità li ma taqbiżx it-3 000 tunnellata għal kull Stat Membru.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1031/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Sabiex ikun hemm impatt immedjat fuq is-suq u biex jingħata kontribut għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1031/2014

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1031/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt (s) li ġej:

“(s)

il-ħawħ u n-nuċiprisk tal-kodiċi NM 0809 30.”;

(b)

fil-paragrafu 3, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

perjodu mit-8 ta' Awwissu 2015 sad-data li fiha l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) ikunu ġew eżawriti f'kull Stat Membru inkwistjoni jew sat-30 ta' Ġunju 2016, skont liema tiġi l-ewwel.”;

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, għandu jiddaħħal il-punt (c) li ġej:

“(c)

għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(c), il-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness Ib.”;

(ii)

it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Għal kull wieħed mill-perjodi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) u (c), dak l-appoġġ għandu jkun disponibbli wkoll fl-Istati Membri kollha għall-irtirar, il-ħsad bikri jew operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad, fir-rigward ta' prodott wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2) kif determinat mill-Istat Membru, sakemm il-kwantità addizzjonali involuta ma taqbiżx it-3 000 tunnellata għal kull Stat Membru f'kull wieħed minn dawk il-perjodi.”;

(b)

il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Fejn il-kwantitajiet effettivament irtirati, fi Stat Membru bejn it-30 ta' Settembru 2014 u t-30 ta' Ġunju 2015 għal kategorija ta' prodotti kif definit fl-Anness I u l-Anness Ia, ikunu anqas minn 5 % tal-kwantità totali allokata għal dak l-Istat Membru għal dik il-kategorija ta' prodotti, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma jużax il-kwantità kollha allokata fl-Anness Ib. F'dak il-każ, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu sal-31 ta' Ottubru 2015. Mill-mument tan-notifika, l-operazzjonijiet imwettqa f'dak l-Istat Membru ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ skont dan ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jużawx il-kwantità ta' 3 000 tunnellata msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, jew parti minnu, sad-dati li ġejjin:

sal-31 ta' Ottubru 2014 għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(a);

sal-31 ta' Ottubru 2015 għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(c).

Sal-istess data, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwantità mhux użata. Mill-mument tan-notifika, l-operazzjonijiet imwettqa f'dak l-Istat Membru ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ skont dan ir-Regolament.”;

(3)

fl-Artikolu 9, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6 sal-31 ta' Jannar 2015 fir-rigward ta' operazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(a), sal-31 ta' Lulju 2015 fir-rigward ta' operazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(b) u sal-31 ta' Lulju 2016 fir-rigward ta' operazzjonjiet imwettqa matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(c).

2.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-ħlas tat-total tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 4 u 6 ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 72 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 sal-31 ta' Jannar 2015 fir-rigward ta' operazzjonijiet imwettqa tul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(a) ta' dan ir-Regolament, sal-31 ta' Lulju 2015 fir-rigward ta' operazzjonijiet imwettqa tul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(b) ta' dan ir-Regolament u sal-31 ta' Lulju 2016 fir-rigward ta' operazzjonijiet imwettqa tul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(c) ta' dan ir-Regolament.”;

(4)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja tal-ewwel subparagrafu tinbidel b'dan li ġej:

“Sat-30 ta' Settembru 2014, il-15 ta' Ottubru 2014, il-31 ta' Ottubru 2014, il-15 ta' Novembru 2014, it-30 ta' Novembru 2014, il-15 ta' Diċembru 2014, il-31 ta' Diċembru 2014, il-15 ta' Jannar 2015, il-31 ta' Jannar 2015 u l-15 ta' Frar 2015 fir-rigward tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(a), sal-15-il jum u l-aħħar jum ta' kull xahar sat-30 ta' Settembru 2015 fir-rigward tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(b) u sal-15-il jum u l-aħħar jum ta' kull xahar sat-30 ta' Settembru 2016 fir-rigward tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(c), l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni li ġejja għal kull prodott:”;

(b)

il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Meta ssir l-ewwel notifika, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-ammonti ta' appoġġ stabbiliti minnhom f'konformità mal-Artikolu 79(1) jew 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikolu 4, 5 jew 6 ta' dan ir-Regolament, billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness IV.”;

(5)

Fl-Artikolu 11, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

it-30 ta' Settembru 2016 fir-rigward ta' operazzjonijiet imwettqa tul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(3)(c).”;

(6)

Jiddaħħal l-Anness Ib, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(7)

L-Annessi III u IV jinbidlu bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2014 tal-21 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk (ĠU L 248, 22.8.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 tad-29 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għal produtturi ta' ċertu frott u ħaxix u li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 913/2014 (ĠU L 259, 30.8.2014, p. 2).

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 tad-29 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix (ĠU L 284, 30.9.2014, p. 22).


ANNESS I

“ANNESS Ib

Kwantitajiet massimi ta' prodotti allokati għal kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c)

(tunnellati)

 

Tuffieħ u lanġas

Għanbaqar, għeneb tal-mejda u kiwi

Tadam, zunnarija, bżar ħelu, ħjar u gherkins

Larinġ, klementin, mandolin u lumi

Ħawħ u nuċiprisk

Il-Bulgarija

0

0

0

0

950

Il-Belġju

85 650

0

16 750

0

0

Il-Ġermanja

6 200

0

0

0

0

Il-Greċja

2 500

16 300

1 350

7 950

20 900

Spanja

7 600

5 000

22 900

55 450

38 400

Franza

12 150

0

3 250

0

450

Il-Kroazja

2 150

0

0

3 200

0

L-Italja

17 550

15 300

650

3 300

9 250

Ċipru

0

0

0

11 850

0

Il-Latvja

500

0

1 250

0

0

Il-Litwanja

0

0

3 000

0

0

L-Ungerija

0

300

0

0

0

In-Netherlands

22 950

0

22 800

0

0

L-Awstrija

2 050

0

0

0

0

Il-Polonja

296 200

1 750

31 500

0

1 900

Il-Portugall

3 600

0

0

0

0”


ANNESS II

ANNESS III

Mudelli għan-notifiki kif imsemmi fl-Artikolu 10

NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR — IT-TQASSIM B'XEJN

Stat Membru:…

Perjodu kopert:…

Data:…


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali (t)

Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni (f'EUR)

Kwantitajiet (t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (f'EUR)

Kwantitajiet (t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (f'EUR)

irtirar

trasport

għażla u ppakkjar

TOTAL

irtirar

trasport

għażla u ppakkjar

TOTAL

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (b) + (c) + (d)

(f)

(g)

(h)

(i)

(j) = (g) + (h) + (i)

(k) = (a) + (f)

(l) = (e) + (j)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħjar u gherkins

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kiwi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħawħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nuċiprisk

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.

NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

Stat Membru:…

Perjodu kopert:…

Data:…


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali (t)

Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni (f'EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(f'EUR)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(f'EUR)

(a)

(b)

(c)

(d)

(e) = (a) + (c)

(f) = (b) + (d)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

Ħjar u gherkins

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

Kiwi

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

Ħawħ

 

 

 

 

 

 

Nuċiprisk

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

 

 

Total ta' Oħrajn

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

*

Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.

NOTIFIKA DWAR IN-NUQQAS TA' ĦSAD U L-ĦSAD BIKRI

Stat Membru:…

Perjodu kopert:…

Data:…


Prodott

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

Produtturi mhux membri

Kwantitajiet totali

(t)

Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni (f'EUR)

Żona

(ha)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (f'EUR)

Żona

(ha)

Kwantitajiet

(t)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (f'EUR)

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)

(g) = (b) + (e)

(h) = (c) + (f)

Tuffieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Tuffieħ u Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħjar u gherkins

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħxejjex

 

 

 

 

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

 

 

 

 

Kiwi

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Frott Ieħor

 

 

 

 

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ċitru

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħawħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Nuċiprisk

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk

 

 

 

 

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

 

 

 

 

Total ta' Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

 

 

 

 

 

 

 

*

Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.

ANNESS IV

TABELLI LI GĦANDHOM JINTBAGĦTU F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 10(2) MAL-EWWEL NOTIFIKA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 10(1)

IRTIRAR — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

Ammonti massimi ta' appoġġ stabbiliti mill-Istat Membru skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament

Stat Membru:…

Data:…


Prodott

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/100 kg)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR/100 kg)

Tuffieħ

 

 

Lanġas

 

 

Tadam

 

 

Zunnarija

 

 

Kaboċċi

 

 

Bżar ħelu

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

Ħjar u gherkins

 

 

Faqqiegħ

 

 

Għanbaqar

 

 

Frott artab

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

Kiwi

 

 

Larinġ

 

 

Klementin

 

 

Mandolin

 

 

Lumi

 

 

Ħawħ

 

 

Nuċiprisk

 

 

NUQQAS TA' ĦSAD U ĦSAD BIKRI

Ammonti massimi ta' appoġġ stabbiliti mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament

Stat Membru:…

Data:…


Prodott

Fil-miftuħ

Serra

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/ha)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR/ha)

Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

(EUR/ha)

Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

(EUR/ha)

Tuffieħ

 

 

 

 

Lanġas

 

 

 

 

Tadam

 

 

 

 

Zunnarija

 

 

 

 

Kaboċċi

 

 

 

 

Bżar ħelu

 

 

 

 

Pastard u brokkoli bir-ras

 

 

 

 

Ħjar u gherkins

 

 

 

 

Faqqiegħ

 

 

 

 

Għanbaqar

 

 

 

 

Frott artab

 

 

 

 

Għeneb frisk tal-mejda

 

 

 

 

Kiwi

 

 

 

 

Larinġ

 

 

 

 

Klementin

 

 

 

 

Mandolin

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

Ħawħ

 

 

 

 

Nuċiprisk