|
1.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 206/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1326
tal-31 ta' Lulju 2015
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) u (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006, li jikkonċerna miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja. |
|
(2) |
Il-Kunsill iqis li 24 persuna għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006. |
|
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa b'dan emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
ANNESS
L-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin huma mħassra mil-lista li tinsab fit-Taqsima A “Persuni” tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006:
|
1. |
Ablameika, Siarhei Uladzimiravich |
|
5. |
Alpeeva, Tamara Mikhailauna |
|
6. |
Ananich, Alena Mikalaeuna |
|
13. |
Balauniou, Mikalai Vasilievich |
|
15. |
Baranouski, Andrei Fiodaravich |
|
19. |
Batura, Mikhail Paulavich |
|
32. |
Charniak, Alena Leanidauna |
|
39. |
Dubinina/Rouda, Zhanna Piatrouna |
|
56. |
Husakova, Volha Arkadzieuna |
|
106. |
Kuzniatsova, Natallia Anatolieuna |
|
109. |
Laptseva, Alena Viacheslavauna |
|
126. |
Maltsau, Leanid Siamionavich |
|
130. |
Merkul, Natallia Viktarauna |
|
140. |
Niavyhlas, Henadz Mikalaevich |
|
144. |
Padhaiski, Henadz Danatavich |
|
145. |
Paluyan, Uladzimir Mikalaevich |
|
149. |
Piatkevich, Natallia Uladzimirauna |
|
150. |
Poludzen, Iauhen Iauhenavich |
|
151. |
Prakopau, Yury Viktaravich |
|
160. |
Rubinau, Anatol Mikalaevich |
|
203. |
Tselitsa, Lidziia Fiodarauna |
|
213. |
Varenik, Natallia Siamionauna |
|
215. |
Vasilieu, Aliaksei Aliaksandravich |
|
231. |
Ziankevich, Valiantsina Mikalaeuna |