25.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1220
tal-24 ta' Lulju 2015
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istati ta' Indiana u Nebraska
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati biss fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI). |
(3) |
L-Istati Uniti huma mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għal ċerti partijiet tat-territorju tiegħu, għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti skont il-preżenza tat-tifqigħat tal-HPAI. Dik ir-reġjonalizzazzjoni ġiet rikonoxxuta wara t-tifqigħat fl-Istati ta' Missouri, South Dakota u Wisconsin mir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/243 (4), (UE) Nru 2015/342 (5), (UE) Nru 2015/526 (6), (UE) Nru 2015/796 (7) u fl-aħħar nett (UE) 2015/1153 (8). |
(4) |
Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (9) jistipula r-rikonoxximent reċiproku u malajr ta' miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ ta' tifqigħat ta' marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”). |
(5) |
L-Istati Uniti kkonfermaw tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5 f'qatgħat ta' tjur f'żewġ Stati oħra, jiġifieri Indiana u Nebraska. Wara dawk it-tifqigħat, l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti ssospendew minnufih il-ħruġ taċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti tat-tjur maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mit-territorju kollu ta' dawk iż-żewġ Stati. L-Istati Uniti implimentaw ukoll politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u biex jirrestrinġu t-tixrid tagħha. |
(6) |
L-Istati Uniti ppreżentaw ukoll informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Istati Uniti, huwa xieraq li tiġi mmodifikata l-projbizzjoni fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti biex tkopri t-territorju kollu tal-Istati ta' Indiana u Nebraska u partijiet tal-Istati ta' Wisconsin u ta' Missouri, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat attwali. |
(7) |
Barra minn hekk, l-Istati Uniti rrapportaw it-tlestija ta' miżuri ta' tindif u ta' diżinfettar wara l-qerda tat-tjur f'azjendi fl-Istat ta' Wisconsin fejn ġew skoperti tifqigħat tal-HPAI matul April u Mejju 2015. Għalhekk huwa xieraq li jiġu indikati d-dati meta l-partijiet tat-territorju affettwati f'dak l-Istat, li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet veterinarji minħabba dawk it-tifqigħat, jistgħu jitqiesu ħielsa mill-ġdid mill-HPAI u jerġgħu jkunu awtorizzati l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tat-tjur li joriġinaw minn dawk iż-żoni. |
(8) |
Konsegwentement, l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika attwali f'dak il-pajjiż terz. |
(9) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 tat-13 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 5).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/342 tat-2 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istat ta' Idaho u dak ta' California (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 31).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/526 tas-27 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward ta' tifqigħat oħra tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 30).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/796 tal-21 ta' Mejju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara aktar tifqigħat f'dak il-pajjiż (ĠU L 127, 22.5.2015, p. 9).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1153 tal-14 ta' Lulju 2015 [C(2015) 4690] li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara aktar tifqigħat f'dak il-pajjiż. (ĠU L 187, 15.7.2015, p. 10).
(9) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fuq miżuri ta' saħħa biex jipproteġu s-saħħa pubblika u saħħet l-annimali fil-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti minn annimali, kif approvat f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).
ANNESS
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Istati Uniti tinbidel b'dan li ġej:
Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew it-territorju |
Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Status tas-sorveljanza tal-influwenza avjarja |
Status tat-tilqim kontra l-influwenza avjarja |
Status tal-kontroll tas-salmonella |
|||||||||||||||||
Mudell(i) |
Garanziji addizzjonali |
Data tal-għeluq (1) |
Data tal-ftuħ (2) |
||||||||||||||||||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
6 A |
6B |
7 |
8 |
9 |
|||||||||||||||
“US — L-Istati Uniti |
US-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
||||||||||||||||||
US-1 |
Iż-żona tal-Istati Uniti, minbarra t-territorju US-2 |
BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA |
|
N |
|
|
A |
|
S3, ST1” |
||||||||||||||||
WGM |
VIII |
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N |
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||
US-2 |
Iż-żona tal-Istati Uniti li tikkorrispondi għal: |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||
US-2.1 |
L-Istat ta' Washington:
|
WGM |
VIII |
P2 |
19.12.2014 |
7.4.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||
US-2.2 |
L-Istat ta' Washington: Il-Kontea ta' Clallam |
WGM |
VIII |
P2 |
19.12.2014 |
11.5.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||
US-2.3 |
L-Istat ta' Washington: Il-kontea ta' Okanogan (1):
|
WGM |
VIII |
P2 |
29.1.2015 |
16.6.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
||||||||||||||||||||||
US-2.4 |
L-Istat ta' Washington: Il-kontea ta' Okanogan (2):
|
WGM |
VIII |
P2 |
3.2.2015 |
6.5.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
||||||||||||||||||||||
US-2.5 |
L-Istat ta' Oregon: Il-Kontea ta' Douglas |
WGM |
VIII |
P2 |
19.12.2014 |
23.3.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||
US-2.6 |
L-Istat ta' Oregon: Il-Kontea ta' Deschutes |
WG |
VIII |
P2 |
14.2.2015 |
19.5.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||
US-2.7 |
L-Istat ta' Oregon: Il-Kontea ta' Malheur |
WGM |
VIII |
P2 |
20.1.2015 |
11.5.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||
L-Istat ta' Idaho:
|
WGM |
VIII |
P2 |
|
|
|
|||||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||
US-2.8. |
L-Istat ta' California: Il-Kontea ta' Stanislaus/Il-Kontea ta' Tuolumne: Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta' Kontroll u li testendi favur l-arloġġ:
|
WGM |
VIII |
P2 |
23.1.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
||||||||||||||||||
US-2.9 |
L-Istat ta' California: Il-Kontea ta' Kings: Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta' Kontroll u li testendi favur l-arloġġ:
|
WGM |
VIII |
P2 |
12.2.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
|
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
||||||||||||||||||
US-2.10 |
L-Istat ta' Minnesota |
WGM |
VIII |
P2 |
5.3.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
|||||||||||||||||||
US-2.11.1 |
L-Istat ta' Missouri:
|
WGM |
VIII |
P2 |
8.3.2015 |
18.6.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|||||||||||||||||||||||
US-2.11.2 |
L-Istat ta' Missouri:
|
WGM |
VIII |
P2 |
10.3.2015 |
11.6.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|||||||||||||||||||||||
US-2.11.3 |
L-Istat ta' Missouri: Il-Kontea ta' Lewis |
WGM |
VIII |
P2 |
5.5.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|||||||||||||||||||||||
US-2.13 |
L-Istat ta' Arkansas:
|
WGM |
VIII |
P2 |
11.3.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
|||||||||||||||||||
US-2.14 |
L-Istat ta' Kansas:
|
WGM |
VIII |
P2 |
13.3.2015 |
12.6.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
||||||||||||||||||||
US-2.15 |
L-Istat ta' Kansas:
|
WGM |
|
P2 |
9.3.2015 |
18.6.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|||||||||||||||||||||||
US-2.16 |
L-Istat ta' Montana:
|
WGM |
VIII |
P2 |
2.4.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
|||||||||||||||||||
US-2.17 |
L-Istat ta' North Dakota: |
WGM |
VIII |
P2 |
11.4.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|
|
|
|
|||||||||||||||||||
US-2.18 |
L-Istat ta' South Dakota |
WGM |
VIII |
P2 |
1.4.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|||||||||||||||||||||||
US-2.19.1 |
L-Istat ta' Wisconsin Il-Kontea ta' Barton |
WGM |
VIII |
P2 |
16.4.2015 |
18.8.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|||||||||||||||||||||||
US-2.19.2 |
L-Istat ta' Wisconsin Il-Kontea ta' Jefferson |
WGM |
VIII |
P2 |
11.4.2015 |
17.8.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|||||||||||||||||||||||
US-2.19.3 |
L-Istat ta' Wisconsin Il-Kontea ta' Chippewa |
WGM |
VIII |
P2 |
23.4.2015 |
29.7.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|||||||||||||||||||||||
US-2.19.4 |
L-Istat ta' Wisconsin Il-Kontea ta' Juneau |
WGM |
VIII |
P2 |
17.4.2015 |
6.8.2015 |
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|||||||||||||||||||||||
US-2.20 |
L-Istat ta' Iowa |
WGM |
VIII |
P2 |
14.4.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|||||||||||||||||||||||
US-2.21 |
L-Istat ta' Indiana |
WGM |
VIII |
P2 |
10.5.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |
|||||||||||||||||||||||
US-2.22 |
L-Istat ta' Nebraska |
WGM |
VIII |
P2 |
11.5.2015 |
|
|
|
|
||||||||||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |