|
24.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1206
tat-23 ta' Lulju 2015
li jtemm il-proċediment antisussidji rigward l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1331/2014 li jissottometti l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan għal reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku antisussidji”), u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 24 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fl-14 ta' Awwissu 2014 il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta' bidu”), il-bidu ta' proċediment antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-proċediment antisussidji”). |
|
(2) |
Il-proċediment antisussidji nbeda wara lment imressaq fl-1 ta' Lulju 2014 minn Eurofer (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw iktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ. |
|
(3) |
L-ilment kien fih evidenza prima facie ta' sussidjar ta' dan il-prodott u ta' dannu materjali li jirriżulta minnu, li kienet ikkunsidrata biżżejjed biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta' proċediment. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment għarrfet lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufin oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufin fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”), lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti, u lin-negozjanti magħrufin, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet li kienet taf li huma kkonċernati, dwar il-bidu taż-żewġ investigazzjonijiet u stednithom jieħdu sehem. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fin-Notifika ta' bidu. |
1.2. Il-proċediment parallel tal-antidumping
|
(5) |
Fis-26 ta' Ġunju 2014 il-Kummissjoni ħabbret permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) it-tnedija tal-proċediment antidumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (4) (ir-Regolament bażiku antidumping). |
|
(6) |
Fl-24 ta' Marzu 2015 il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/501 (5) li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan. L-investigazzjoni għadha għaddejja. |
1.3. Ir-Reġistrazzjoni
|
(7) |
Wara talba mill-ilmentatur sostnuta bl-evidenza meħtieġa, fil-15 ta' Diċembru 2014 il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1331/2014 (6) li jissottometti l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan għal reġistrazzjoni mis-17 ta' Diċembru 2014. |
|
(8) |
Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għall-finijiet tal-investigazzjoni parallela fuq l-antidumping intemmet mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/501. Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għall-għan tal-proċediment antisussidji kompla. |
2. L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TWAQQIF TAL-PROĊEDIMENT
|
(9) |
Permezz ta' ittra tat-11 ta' Mejju 2015 indirizzata lill-Kummissjoni, l-ilmentatur formalment irtira l-ilment tiegħu. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku antisussidji, meta l-ilmentatur jirtira l-ilment tiegħu, il-proċediment jista' jintemm sakemm tali tmiem ma jkunx kontra l-interess tal-Unjoni. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment antisussidji attwali għandu jintemm peress li l-investigazzjoni rispettiva ma sabet ebda konsiderazzjonijiet li juru li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b'dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti li setgħu iwasslu għall-konklużjoni li tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. |
|
(12) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment antisussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjonita' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ, li joriġina fir-RPĊ għandu jintemm mingħajr l-impożizzjoni ta' miżuri, |
3. IT-TĦASSIR TAR-REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI (UE) Nru 1331/2014
|
(13) |
Fid-dawl ta' dan li hawn fuq, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għall-finijiet tal-investigazzjoni antisussidji skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku antisussidji għandha tieqaf hawn. Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1331/2014 għandu jitħassar. |
|
(14) |
Dan ir-Regolament huwa konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-proċediment antisussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 7219 31 00 , 7219 32 10 , 7219 32 90 , 7219 33 10 , 7219 33 90 , 7219 34 10 , 7219 34 90 , 7219 35 10 , 7219 35 90 , 7220 20 21 , 7220 20 29 , 7220 20 41 , 7220 20 49 , 7220 20 81 u 7220 20 89 huwa b'dan mitmum.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1331/2014 li jissottometti l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan għal reġistrazzjoni huwa b'dan imħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, i-23 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.
(2) ĠU C 267, 14.8.2014, p. 17.
(3) ĠU C 196, 26.6.2014, p. 9.
(4) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).
(5) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/501 tal-24 ta' Marzu 2015 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 79, 25.3.2015, p. 23).
(6) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1331/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jissottometti l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan għal reġistrazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 90).