|
23.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 195/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1200
tat-22 ta' Lulju 2015
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-amidosulfuron, il-feneżammid, il-kresoksim-metil, it-tijakloprid u t-trifloksistrobina f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 18(1)(b) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għas-sustanza amidosulfuron, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-feneżammid, il-kresoksim-metil, it-tijakloprid u t-trifloksistrobina, il-limiti massimi ta' residwu (MRLs) ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Għall-amidosulfuron, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, issottomettiet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f'konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). Hija rrakkomandat li jitnaqqsu l-MRLs għaż-żerriegħa tal-kittien. Għal prodotti oħrajn hija rrakomandat li l-MRLs jogħlew jew jinżammu dawk eżistenti. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-ħbub tax-xgħir, il-ħafur, is-segala u l-qamħ xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u kienet meħtieġa aktar attenzjoni mill-maniġers tar-riskju. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir reviżjoni ta' dawn l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Għall-feneżammid, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (3). Hija rrakkomandat li l-MRLs għall-lewż u ċ-ċawsli abjad jitbaxxew. Għal prodotti oħrajn hija rrakomandat li l-MRLs jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-kiwi xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dan il-prodott għandhom ikunu stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew il-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir reviżjoni ta' dan l-MRL; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-bużbież, ma kienx hemm informazzjoni disponibbli u li kienet meħtieġa aktar attenzjoni mill-maniġers tar-riskju. L-MRL għal dan il-prodott għandu jiġi ffissat fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. Fir-rigward tar-riħan blu, il-cranberries, il-gooseberries u l-għanżalor, wara s-sottomissjoni tal-opinjoni msemmija fl-ewwel sentenza, l-Awtorità ssottomettiet opinjoni oħra dwar l-MRLs f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (4). Jixraq li din l-opinjoni tiġi kkunsidrata. |
|
(4) |
Għall-kresoksim-metil, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (5). Hija pproponiet li d-definizzjoni tar-residwu tinbidel u rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għal ġewż Amerikan, il-passolina (ħamra, sewda u bajda), ir-ribes, il-bżar, iż-żerriegħa tal-ġirasol, il-ħbub tas-segala u l-ħbub tal-qamħ. Għal prodotti oħrajn hija rrakomandat li l-MRLs jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. L-Awtorità kkonkludiet li dwar l-MRLs għall-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-majjal, il-muskolu, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi il-bovini, il-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tan-nagħaġ, il-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-mogħoż, il-ħalib tal-bhejjem tal-ifrat, il-ħalib tan-nagħaġ u l-ħalib tal-mogħoż, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir reviżjoni ta' dawn l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-berquq, il-ħawħ u l-weraq tal-pitravi, l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli u li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. L-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom jiġu ffissati fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. |
|
(5) |
Għat-tijakloprid, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (6). Hija identifikat riskju għall-konsumaturi fir-rigward tal-MRLs għall-kukku iswed, il-kale, il-ħass u l-escaroles/indivja tal-weraq wiesa'. Għaldaqstant huwa xieraq li dawn l-MRLs jitbaxxew. L-Awtorità rrakkomandat li l-MRLs għall-Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi, is-swedes, il-ġdur, it-tewm, il-basal, ix-xalotti, il-ġdur, l-ispraġ, il-ħbub tax-xgħir, il-ħbub tal-ħafur, il-ħbub tar-ross, ix-xaħam tal-majjal, ix-xaħam tal-bovini, ix-xaħam tan-nagħaġ, ix-xaħam tal-mogħoż, il-muskoli tat-tjur, ix-xaħam tat-tjur, il-fwied tat-tjur. Għal prodotti oħrajn hija rrakomandat li l-MRLs jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. L-Awtorità kkonkludiet li dwar l-MRLs għaz-zukkini, il-brassika li tagħmel il-fjuri, escaroles/Indivja tal-weraq wiesa', il-krexxun tal-art, l-aruka, il-weraq u n-nebbieta tal-brassika, l-ispinaċi, il-weraq tal-pitravi, il-fażola (friska, bil-miżwed), il-fażola (niexfa), il-piżelli (niexfa), iż-żerriegħa tal-lift, iż-żerriegħa tal-mustarda, il-ħabba tal-qamħirrun, it-te, infużjonijiet erbali (imnixxfa, weraq), infużjonijiet erbali (imnixxfa, għeruq), ħwawar (żrieragħ), xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir reviżjoni ta' dawn l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-għeneb tal-mejda l-għeneb għall-inbid, il-qamħ ħelu, il-witloof, il-fażola (friska mingħajr miżwed) u ż-żerriegħa tal-ġirasol l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli u li kien hemm bżonn ta' aktar kunsiderazzjoni mill-amministraturi tar-riskju. L-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom jiġu ffissati fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. |
|
(6) |
Għat-trifloksistrobina, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 flimkien mal-Artikolu 12(1) tiegħu (7). L-Awtorità rrakkomandat li l-MRLs għall-għeneb tal-mejda u għall-inbid, il-papaja, it-tewm, il-basal, il-karawett u l-pitravi taz-zokkor jitbaxxew. Għal prodotti oħrajn hija rrakomandat li l-MRLs jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. L-Awtorità kkonkludiet li dwar l-MRLs għall-passolina (ħamra, sewda u bajda), ir-ribes, il-frotta tal-passjoni, il-bżar, il-ħjar, il-gherkins (ħjar żgħir), il-brassika bil-weraq, l-escaroles (l-indivja bil-weraq wiesa'), il-ħxejjex aromatiċi, il-fażola (friska, bil-miżwed), il-ħbub tal-ħafur, il-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-majjal, il-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-bovini, il-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tan-nagħaġ, il-muskoli, ix-xaħam, il-fwied u l-kliewi tal-mogħoż, il-muskoli, ix-xaħam, il-fwied tal-pollam, il-ħalib tal-bhejjem tal-ifrat, il-ħalib tan-nagħaġ u l-ħalib tal-mogħoż u l-bajd tat-tjur, xi informazzjoni ma kinitx disponibbli u li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskji. Peress li ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se ssir reviżjoni ta' dawn l-MRLs; ir-reviżjoni se tqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-kukku iswed, il-lampuni, il-witloff, il-piżelli (friska, bil-miżwed), żebbuġ għall-produzzjoni taaż-żejt u l-għeruq taċ-ċikwejra, l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli u li kien hemm bżonn ta' aktar kunsiderazzjoni mill-amministraturi tar-riskju. L-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom jiġu ffissati fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. Fir-rigward tal-frott tal-kannamiela, wara s-sottomissjoni tal-opinjoni msemmija fl-ewwel sentenza, l-Awtorità ssottomettiet opinjoni oħra dwar l-MRLs f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (8). Jixraq li din l-opinjoni tiġi kkunsidrata. B'kunsiderazzjoni għall-informazzjoni addizzjonali dwar il-prattiki agrikoli tajbin pprovduta mill-Belġju u billi m'hemm ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti. B'kunsiderazzjoni għall-informazzjoni addizzjonali dwar il-prattiki agrikoli tajbin pprovduta mill-Awstrija u billi m'hemm ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti. |
|
(7) |
Fir-rigward ta' prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, u li għalihom ma jeżistu l-ebda tolleranzi tal-importazzjoni jew CXLs, l-MRLs għandhom jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni jew għandu japplika l-MRL li japplika s-soltu, kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi, rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti limiti ta' kwantifikazzjoni. Fir-rigward ta' għadd ta' sustanzi, dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti, l-iżvilupp tekniku jippermetti li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi ta' kwantifikazzjoni. |
|
(9) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u waqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, l-emendi xierqa għall-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(10) |
Permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-imsieħba kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati fir-rigward tal-MRLs il-ġodda u l-kummenti tagħhom ġew meqjusa. |
|
(11) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jipprovdi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew prodotti qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom l-informazzjoni turi li kien hemm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi. Minħabba li ma jistax jiġi eskluż riskju għall-konsumaturi bl-MRLs attwali, il-valuri għat-tijakloprid ta' 1 mg/kg għall-kukku iswed, 0,4 mg/kg għall-kale, 1 mg/kg għall-ħass u 0,15 mg/kg għall-escaroles għandu japplika għall-prodotti kollha, mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma l-MRLs modifikati jsiru applikabbli, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(14) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Fir-rigward tas-sustanzi attivi u l-prodotti amidosulfuron, feneżammid, kresoksim-metil, u trifloksistrobina fil-prodotti kollha u fuqhom, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament, għandu jibqa' japplika għal prodotti li ġew prodotti legalment sal-11 ta' Frar 2016.
Fir-rigward tas-sustanza attiva tijakloprid fil-prodotti kollha u fuqhom ħlief għall-kukku iswed, il-kale, il-ħass u l-escaroles, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament, għandu jibqa' japplika għal prodotti li ġew prodotti legalment sal-11 ta' Frar 2016.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jibda japplika mit-12 ta' Frar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reviżjoni tal-limiti massimi tar-residwu (MRLs) eżistenti għall-amidosulfuron skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2014;12(3):3614. [40 pp.].
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reviżjoni tal-limiti massimi tar-residwu (MRLs) eżistenti għall-feneżammid f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2014;12(1):3536. [42 pp.].
(4) Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għall-feneżammid f'kukku differenti.. The EFSA Journal 2014; 12(7):3785. [18 pp.].
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reviżjoni tal-limiti massimi tar-residwu (MRLs) eżistenti għall-kresoksim-metil skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2014;12(1):3549. [70 pp.]
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reviżjoni tal-limiti massimi tar-residwu (MRLs) eżistenti għat-tijakloprid skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2014;12(3):3617. [111 pp.].
(7) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reviżjoni tal-limiti massimi tar-residwu (MRLs) eżistenti għat-trifloksistrobina skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2014;12(2):3592. [81 pp.].
(8) Opinjoni motivata dwar il-modifika tal-MRLs eżistenti għat-trifloksistrobina fil-frott tal-kannamiela. The EFSA Journal 2014; 12(7):3751. [17 pp.].
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-Anness III hu emendat kif ġej:
|
(*1) Jindika limitu iktar baxx ta' kwantifikazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*2) Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.