21.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/76 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1188
tat-28 ta' April 2015
li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum ta' Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta' bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f'termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi. |
(2) |
L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara li tkun ikkonsultat il-Forum ta' Konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tintroduċi, kif xieraq, miżuri ta' implimentazzjoni għall-prodotti li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, bħall-ħiters tal-post lokali. |
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet studju ta' tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-ħiters tal-post lokali li s-soltu jintużaw għat-tisħin fil-bini residenzjali u kummerċjali. Dan l-istudju twettaq flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(4) |
L-aspetti ambjentali tal-ħiters tal-post lokali li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu fil-fażi tal-użu. |
(5) |
L-istudju ta' tħejjija juri li, għall-ħiters tal-post lokali, mhumiex meħtieġa iktar rekwiżiti dwar il-parametri l-oħra tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE. |
(6) |
L-ambitu ta' dan ir-Regolament għandu jinkludi l-ħiters tal-post lokali maħsubin biex jaħdmu bil-fjuwils likwidi jew gassużi u bl-elettriku. Il-ħiters tal-post lokali li għandhom il-funzjonalità tat-tisħin indirett permezz ta' fluwidu wkoll jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-konsum annwali tal-enerġija marbut mal-ħiters tal-post lokali ġie stmat li kien ta' 1 673 PJ fl-Unjoni fl-2010 (jiġifieri ammont li huwa ekwivalenti għal 40,0 miljun tunnellata żejt (Mtoe)), li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta' 75,3 miljun tunnellata ta' diossidu tal-karbonju (CO2). Il-konsum annwali tal-enerġija marbut mal-ħiters tal-post lokali mistenni jkun ta' 1 630 PJ fl-2020 (jiġifieri ammont li huwa ekwivalenti għal 39,0 miljun tunnellata żejt (Mtoe)), li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta' 71,6 miljun tunnellata ta' CO2. |
(8) |
Il-konsum tal-enerġija tal-ħiters tal-post lokali jista' jkompli jitnaqqas billi jiġu applikati teknoloġiji nonproprjetarji eżistenti li ma jwasslux għal żieda fil-kostijiet ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta' dawn il-prodotti. |
(9) |
Ġie stmat li l-emissjonijiet annwali tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) mill-ħiters tal-post lokali kienu ekwivalenti għal 5,6 kilotunnellati ta' ossidi tal-kubrit (SOx) fl-2010. Il-miżuri speċifiċi adottati mill-Istati Membri u l-iżvilupp teknoloġiku mistennija jwasslu biex dawn l-emissjonijiet ikunu ekwivalenti għal 4,9 kilotunnellati ta' ossidi tal-kubrit (SOx) fl-2020. |
(10) |
L-emissjonijiet tal-ħiters tal-post lokali jistgħu jkomplu jitnaqqsu billi jiġu applikati teknoloġiji nonproprjetarji eżistenti li ma jwasslux għal żieda fil-kostijiet ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta' dawk il-prodotti. |
(11) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 (2) flimkien huma mistennija jwasslu għal iffrankar stmat tal-enerġija ta' madwar 157 PJ (3,8 Mtoe) fis-sena sal-2020 u għal tnaqqis ta' 6,7 miljun tunnellata fl-emissjonijiet relatati tas-CO2. |
(12) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f'dan ir-Regolament huma mistennija jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet li jkun ekwivalenti għal 0,6 kilotunnellati ta' ossidi tal-kubrit (SOx) fis-sena sal-2020. |
(13) |
Dan ir-Regolament ikopri prodotti li għandhom karatteristiċi tekniċi differenti. Jekk jiġu imposti l-istess rekwiżiti tal-effiċjenza fuq dawn il-prodotti, ċerti teknoloġiji ma jitħallewx jitqiegħdu fis-suq u l-konsumaturi jispiċċaw ibatu l-konsegwenzi ta' dan. Minħabba f'hekk, rekwiżiti tal-ekodisinn li jkunu jikkorrispondu mal-potenzjal ta' kull teknoloġija joħolqu kundizzjonijiet indaqs fis-suq. |
(14) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti marbutin mal-konsum tal-enerġija u mal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għall-ħiters tal-post lokali fl-Unjoni Ewropea kollha, sabiex is-suq intern jaħdem aħjar u sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta' dawk il-prodotti. |
(15) |
L-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post lokali tonqos meta dawn jitħaddmu fir-realtà meta mqabbla mal-effiċjenza enerġetika mkejla fit-testijiet. Sabiex l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post titqarreb lejn l-effiċjenza enerġetika utli, il-manifatturi għandhom jiġu mħeġġa jużaw il-kontrolli. Għal dan il-għan, qed jiġi ssoponut skont globali għal din id-differenza bejn dawn iż-żewġ valuri, li wieħed jista' jirkuprah billi jagħżel għadd ta' għażliet ta' kontroll. |
(16) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn m'għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità tal-ħiters tal-post lokali jew kemm prezzhom ikun għall-but ta' kulħadd mill-perspettiva tal-utent aħħari u m'għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent. |
(17) |
L-iskeda taż-żmien biex jiddaħħlu r-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha tkun tali li tippermetti biżżejjed żmien lill-manifatturi biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti tagħhom li huma suġġetti għal dan ir-Regolament. Hija għandha tqis kwalunkwe impatt tal-kostijiet għall-manifatturi, b'mod partikulari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, filwaqt li tiżgura l-kisba f'waqtha tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. |
(18) |
Il-parametri tal-prodott għandhom jitkejlu u jiġu kkalkulati permezz ta' metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-metodi tal-kejl l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fuq talba tal-Kummissjoni, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(19) |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jispeċifika liema proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità japplikaw. |
(20) |
Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu t-tagħrif mogħti fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x'jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(21) |
Sabiex ikomplu jillimitaw l-impatt ambjentali tal-ħiters tal-post lokali, il-manifatturi għandhom jipprovdu wkoll tagħrif dwar iż-żarmar, ir-riċiklaġġ u r-rimi tagħhom. |
(22) |
Minbarra r-rekwiżiti li jorbtu legalment li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu stabbiliti valuri indikattivi ta' referenza għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex ikun żgurat li t-tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-ħiters tal-post lokali tul iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom ikun disponibbli b'mod wiesa' u jkun aċċessibbli faċilment. |
(23) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u għad-dħul fis-servizz ta' ħiters tal-post lokali għal użu domestiku li jkollhom potenza termika nominali ta' 50 kW jew inqas u ta' ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali li jkollhom potenza termika nominali tal-prodott jew ta' segment wieħed minnu ta' 120 kW jew inqas.
Dan ir-Regolament m'għandux japplika:
(a) |
għall-ħiters tal-post lokali li jużaw ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar jew ċiklu ta' sorbiment għall-ġenerazzjoni tas-sħana u li jaħdmu bil-kompressuri tal-elettriku jew bil-fjuwil; |
(b) |
għall-ħiters tal-post lokali li huma maħsubin għal skopijiet oħra minbarra t-tisħin tal-post fuq ġewwa biex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin permezz tal-konvezzjoni jew tar-radjazzjoni tas-sħana; |
(c) |
għall-ħiters tal-post lokali li huma maħsubin għall-użu fuq barra biss; |
(d) |
għall-ħiters tal-post lokali li l-potenza termika diretta tagħhom fil-potenza termika nominali hija inqas minn 6 % tal-potenza termika kkombinata diretta u indiretta tagħhom; |
(e) |
għall-prodotti għat-tisħin bl-arja; |
(f) |
għall-istufi tas-sawna; |
(g) |
għall-ħiters dipendenti. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“ħiter tal-post lokali” tfisser apparat għat-tisħin tal-post li jarmi s-sħana permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett jew permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett flimkien mat-trasferiment tas-sħana għal fluwidu, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott, possibbilment flimkien mal-produzzjoni tas-sħana għal spazji oħrajn, u li jkun mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jibdlu l-elettriku jew il-fjuwils likwidi jew gassużi direttament fi sħana jew permezz tal-użu tal-effett Joule jew permezz tal-kombustjoni tal-fjuwils rispettivament; |
2. |
“ħiter tal-post lokali għal użu domestiku” tfisser ħiter tal-post lokali minbarra dawk għal użu kummerċjali; |
3. |
“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ jew ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq li juża l-fjuwils gassużi; |
4. |
“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ jew ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq li juża l-fjuwils likwidi; |
5. |
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-effett Joule tal-elettriku biex jiġġenera s-sħana; |
6. |
“ħiter tal-post lokali għal użu kummerċjali” tfisser jew ħiter tal-post lokali mudwal jew ħiter tal-post lokali bit-tubi; |
7. |
“ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni ma jkunux iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni; |
8. |
“ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni jkunu iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni; |
9. |
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku portabbli” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li mhuwiex ħiter tal-post lokali tal-elettriku fiss, ħiter tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti, ħiter tal-post lokali tal-elettriku ta' taħt l-art, ħiter tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti, ħiter tal-post lokali tal-elettriku li jiddi b'mod viżibbli jew ħiter dipendenti; |
10. |
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku fiss” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li mhuwiex maħsub biex jakkumula l-enerġija termali u li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun imwaħħal f'post speċifiku jew immuntat fil-ħajt u li ma jkunx inkorporat fl-istruttura tal-bini jew fil-finituri tiegħu; |
11. |
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li huwa ddisinjat b'tali mod li jaħżen is-sħana fin-nukleu iżolat akkumulanti tiegħu u li mbagħad jirrilaxxa din is-sħana għal bosta sigħat wara l-fażi ta' akkumulazzjoni; |
12. |
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku ta' taħt l-art” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun inkorporat fl-istruttura tal-bini jew fil-finituri tiegħu; |
13. |
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li fih l-element li jarmi s-sħana għandu jkun immirat lejn il-post tal-użu sabiex ir-radjazzjoni termali tiegħu ssaħħan b'mod dirett l-oġġetti li jridu jissaħħnu u li, f'kundizzjonijiet normali tal-użu, jkollu żieda ta' mill-inqas 130 °C fit-temperatura tal-gradilja li tkun qed tgħatti l-element li jarmi s-sħana u/jew żieda ta' 100 °C fit-temperatura tal-uċuħ l-oħra kollha; |
14. |
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku b'diffużjoni radjanti li jiddi b'mod viżibbli” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li fih l-element tat-tisħin ikun jidher minn barra l-ħiter u li, f'kundizzjonijiet normali tal-użu, jkollu temperatura ta' mill-inqas 650 °C; |
15. |
“stufa tas-sawna” tfisser prodott għat-tisħin tal-post li jkun inkorporat f'sawna niexfa jew imxarrba jew f'ambjenti simili, jew li jkun maħsub biex jintuża fihom; |
16. |
“ħiter dipendenti” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li ma jkunx kapaċi jaħdem waħdu u li jrid jirċievi sinjali minn apparat ewlieni estern li jintuża biex jirregola l-ħiter li ma jkunx jifforma parti minn dak il-prodott iżda li jkun imqabbad miegħu permezz ta' wajer pilota, mingħajr wajers, permezz ta' kejbil tal-elettriku jew permezz ta' teknika ekwivalenti, sabiex jiġi rregolat kemm toħroġ sħana fil-kamra li fiha l-prodott ikun installat; |
17. |
“ħiter tal-post lokali mudwal” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi u li jkun mgħammar b'berner, li għandu jiġi installat 'il fuq mil-livell tar-ras u jkun immirat lejn il-post tal-użu sabiex is-sħana li tkun ħierġa mill-berner, li tkun fil-biċċa l-kbira tagħha radjazzjoni infraħamra, issaħħan b'mod dirett l-oġġetti li jridu jissaħħnu, u li joħroġ il-prodotti tal-kombustjoni fil-post fejn ikun jinsab; |
18. |
“ħiter tal-post lokali bit-tubi” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi u li jkun mgħammar b'berner, li għandu jiġi installat 'il fuq mil-livell tar-ras ħdejn l-oġġetti li jridu jissaħħnu, li jsaħħan il-post b'mod ewlieni permezz tar-radjazzjoni infraħamra mit-tubu jew mit-tubi li jissaħħnu permezz tal-passaġġ intern tal-prodotti tal-kombustjoni, u li l-prodotti tal-kombustjoni tiegħu jridu jinħarġu 'l barra permezz ta' kanal tat-tromba taċ-ċumnija; |
19. |
“sistema ta' ħiter bit-tubi” tfisser ħiter tal-post lokali bit-tubi li jkun fih aktar minn berner wieħed, li fih il-prodotti tal-kombustjoni ta' berner jistgħu jgħaddu għal ġol-berner li jkun imiss, u li fih il-prodotti tal-kombustjoni ta' diversi berners iridu jinħarġu 'l barra permezz ta' fann tal-egżost wieħed; |
20. |
“segment tal-ħiter bit-tubi” tfisser parti minn sistema ta' ħiter bit-tubi li tinkludi l-elementi kollha meħtieġa għat-tħaddim indipendenti u li għalhekk tkun tista' tiġi ttestjata b'mod indipendenti mill-partijiet l-oħra tas-sistema tat-tisħin bit-tubi; |
21. |
“ħiter bla tromba taċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, minbarra ħiter tal-post lokali mudwal, li joħroġ il-prodotti tal-kombustjoni fil-post fejn ikun jinsab il-prodott; |
22. |
“ħiter b'fetħa għaċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi, li jkun maħsub biex jitpoġġa taħt ċumnija jew f'fuklar ta' ċumnija mingħajr ma l-prodott ikun imqabbad mal-fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija, u li jippermetti lill-prodotti tal-kombustjoni jgħaddu mingħajr restrizzjoni mis-sodda tan-nar għal ġoċ-ċumnija jew għal ġot-tromba taċ-ċumnija; |
23. |
“prodott għat-tisħin bl-arja” tfisser prodott li jipprovdi s-sħana għal sistema ta' tisħin bl-arja biss, li jista' jkollu sistema ta' pajpijiet u li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun imwaħħal f'post speċifiku jew immuntat fil-ħajt u li jqassam l-arja permezz ta' fann, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott; |
24. |
“potenza termika diretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott li tkun ġejja mir-radjazzjoni u mill-konvezzjoni tas-sħana, li tkun ħierġa mill-prodott għal ġol-arja jew li tkun ġejja minnu stess, minbarra l-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, mogħtija f'kW; |
25. |
“potenza termika indiretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, li tiġi mill-istess proċess ta' ġenerazzjoni tas-sħana li jipprovdi l-potenza termika diretta tal-prodott, mogħtija f'kW; |
26. |
“funzjonalità ta' tisħin indirett” tfisser il-kapaċità tal-prodott li jittrasferixxi parti mill-potenza termika totali għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana biex din tintuża għat-tisħin tal-post jew għall-produzzjoni tal-misħun għall-użu domestiku; |
27. |
“potenza termika nominali” (Pnom ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bil-potenza termika massima li tista' tinżamm fuq perjodu estiż, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW; |
28. |
“potenza termika minima” (Pmin ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bl-inqas potenza termika possibbli, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW; |
29. |
“potenza termika massima kontinwa” (Pmax,c ) tfisser il-potenza termika ddikjarata ta' ħiter tal-post lokali tal-elettriku meta dan ikun qed jitħaddem bil-potenza termika massima li tista' tinżamm b'mod kontinwu fuq perjodu estiż, kif iddikjarat mill-manifattur, mogħtija f'kW; |
30. |
“maħsub għall-użu fuq barra” tfisser li l-prodott huwa adattat għat-tħaddim sikur 'il barra mill-postijiet magħluqa, inkluż għall-użu possibbli fuq barra; |
31. |
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 1, fit-Tabella 2 jew fit-Tabella 3 tal-punt 3 tal-Anness II, bħal dawk ta' mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur. |
Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-Annessi II sa V.
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien
1. L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali.
2. Il-ħiters tal-post lokali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II mill-1 ta' Jannar 2018.
3. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta' kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta' dik id-Direttiva jew is-sistema ta' ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta' dik id-Direttiva.
2. Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha t-tagħrif stabbilit fil-punt 3(b) tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
3. F'każ li t-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika ta' mudell ikun inkiseb permezz ta' kalkolu magħmul abbażi tad-disinn jew permezz ta' estrapolazzjoni minn apparat ekwivalenti ieħor, jew permezz tat-tnejn li huma, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji tat-tali kalkoli jew tat-tali estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn li huma, u tat-testijiet li l-manifatturi jkunu wettqu sabiex jivverifikaw kemm dawn il-kalkoli li jkunu saru huma preċiżi. F'dawn il-każijiet, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha li għalihom it-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jkun inkiseb bl-istess mod.
Artikolu 5
Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika stabbilita fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Valuri indikattivi ta' referenza
L-Anness V jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta' referenza għall-ħiters tal-post lokali li jkunu disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollhom l-aqwa prestazzjoni.
Artikolu 7
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar u għandha tippreżenta r-riżultat ta' dik ir-reviżjoni lill-Forum ta' Konsultazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta, b'mod partikulari, l-affarijiet li ġejjin:
— |
jekk huwiex xieraq li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti iktar stretti tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika u għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx); |
— |
jekk għandhomx jinbidlu t-tolleranzi tal-verifika; |
— |
il-validità tal-fatturi ta' korrezzjoni użati għall-valutazzjoni tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali; |
— |
kemm hu adegwat li tiddaħħal iċ-ċertifikazzjoni magħmula minn partijiet terzi. |
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Sal-1 ta' Jannar 2018, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta' ħiters tal-post lokali li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u dwar l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu fis-seħħ.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 tal-24 ta' April 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku tal-ħiters tal-post lokali (ara l-paġna 20 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
ANNESS I
Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa V
Għall-għanijiet tal-Annessi II sa V, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post” (ηs) tfisser il-proporzjon tad-domanda għat-tisħin tal-post, li għaliha jintuża ħiter tal-post lokali, meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, mogħti bħala perċentwali; |
(2) |
“koeffiċjent ta' konverżjoni” (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); il-valur tal-koeffiċjent ta' konverżjoni huwa ta': CC = 2,5; |
(3) |
“emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu” tfisser l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu fil-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/kWhinput abbażi tal-valur kalorifiku gross (il-GCV) għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi u għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali; |
(4) |
“valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxat minn unità ta' fjuwil li jkun fiha l-livell ix-xieraq ta' ndewwa tal-fjuwil, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni ma jerġgħux jinġiebu fit-temperatura ambjentali; |
(5) |
“valur kalorifiku gross mingħajr indewwa” (GCV) tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxat minn unità ta' fjuwil li tkun tneħħitilha l-indewwa tagħha, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-ħruq ta' kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil; |
(6) |
“effiċjenza utli fil-potenza termika nominali jew fil-potenza termika minima” (ηth,nom jew ηth,min rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli meta mqabbla mal-input totali tal-enerġija ta' ħiter tal-post lokali, mogħti bħala perċentwali, fejn:
|
(7) |
“qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika nominali” (elmax) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW; |
(8) |
“qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika minima” (elmin) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika minima. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW; |
(9) |
“qawwa elettrika meħtieġa fil-modalità Stennija” (elsb) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW; |
(10) |
“l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti” (Ppilot) tfisser il-konsum tal-fjuwil likwidu jew gassuż tal-prodott sabiex dan jipprovdi fjamma li sservi bħala sors ta' tqabbid għall-proċess iktar qawwi tal-kombustjoni li jkun meħtieġ għall-potenza termika nominali jew għall-potenza termika fil-każ ta' tagħbija parzjali, jekk din tkun mixgħula għal iktar minn ħames minuti qabel ma jinxtegħel il-berner prinċipali, mogħti f'kW; |
(11) |
“kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana b'termostat integrat” tfisser sensur imħaddem b'mod manwali integrat fil-prodott, li jkejjel u jirregola t-temperatura interna tiegħu biex ivarja l-ammont ta' sħana akkumulata; |
(12) |
“kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra” tfisser sensur imħaddem b'mod manwali integrat fil-prodott, li jkejjel it-temperatura interna tiegħu u jvarja l-ammont ta' sħana akkumulata fih skont it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra; |
(13) |
“kontroll elettroniku tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra jew regolazzjoni mill-fornitur tal-enerġija” tfisser sensur imħaddem b'mod awtomatiku integrat fil-prodott, li jkejjel it-temperatura interna tiegħu u jvarja l-ammont ta' sħana akkumulata fih skont it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra jew apparat li t-tagħbija tas-sħana tiegħu tista' tiġi rregolata mill-fornitur tal-enerġija; |
(14) |
“potenza termika megħjuna minn fann” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'fann wieħed jew iktar integrati fih li jkunu jistgħu jiġu rregolati biex ivarjaw il-potenza termika skont id-domanda għas-sħana; |
(15) |
“potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott mhuwiex kapaċi jvarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu u ma jagħti l-ebda tagħrif dwar it-temperatura ambjentali biex il-potenza termika tiġi adattata b'mod awtomatiku għal magħha; |
(16) |
“żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li wieħed jista' jvarja b'mod manwali l-potenza termika tal-prodott b'żewġ livelli jew aktar u li l-prodott mhuwiex mgħammar b'apparat li jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika skont it-temperatura mixtieqa ta' ġewwa; |
(17) |
“b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat mhux elettroniku li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa; |
(18) |
“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa; |
(19) |
“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal perjodu ta' 24 siegħa; |
(20) |
“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal ġimgħa sħiħa. Il-konfigurazzjoni tal-kronometru għandha tkun tali li tippermetti varjazzjoni minn jum għall-ieħor matul dak il-perjodu ta' sebat ijiem; |
(21) |
“kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li awtomatikament inaqqas il-livell tat-temperatura ambjentali li għandu jintlaħaq meta ma jkun hemm ħadd fil-kamra; |
(22) |
“kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jnaqqas il-potenza termika meta jinfetaħ bieb jew tinfetaħ tieqa. Kull meta jintuża sensur biex jiġi nnutat li nfetaħ bieb jew li nfetħet tieqa, dan jista' jew ikun installat fil-prodott, jew ikun jinsab fuq barra tiegħu, jew ikun imwaħħal fl-istruttura tal-bini stess, jewinkella tista' tintuża kombinazzjoni ta' dawn l-għażliet; |
(23) |
“b'għażla ta' kontroll mill-bogħod” tfisser il-funzjoni li tippermetti interazzjoni mill-bogħod mal-apparat ta' kontroll tal-prodott minn barra l-bini fejn ikun installat il-prodott; |
(24) |
“b'kontroll ta' bidjien adattabbli” tfisser il-funzjoni li tbassar l-aħjar mument biex jingħata bidu għat-tisħin u li tagħti bidu għal dan it-tisħin sabiex jintlaħaq il-livell tat-temperatura li għandu jintlaħaq fil-ħin mixtieq; |
(25) |
“b'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim” tfisser li l-prodott għandu funzjoni li titfih b'mod awtomatiku wara ċertu perjodu taż-żmien li jkun stabbilit minn qabel; |
(26) |
“b'sensur b'boċċa sewda” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jkejjel it-temperatura tal-arja u t-temperatura radjanti; |
(27) |
“stadju wieħed” tfisser li l-prodott mhuwiex kapaċi jvarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu; |
(28) |
“żewġ stadji” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu f'żewġ livelli separati, skont it-temperatura reali tal-arja ta' ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta' ġewwa, li tiġi kkontrollata permezz ta' sensuri tat-temperatura u interfaċċja li mhux bil-fors tkun integrata fil-prodott innifsu; |
(29) |
“modulabbli” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fi tliet livelli separati jew iktar, skont it-temperatura reali tal-arja ta' ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta' ġewwa, li tiġi kkontrollata permezz ta' sensuri tat-temperatura u interfaċċja li mhux bil-fors tkun integrata fil-prodott innifsu; |
(30) |
“modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha l-prodott ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku, ikun jiddependi fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet tal-elettriku biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal tul taż-żmien mhux definit: funzjoni ta' riattivazzjoni jew funzjoni ta' riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss u/jew turija tat-tagħrif jew tal-istatus; |
(31) |
“potenza termika tas-sistema tat-tubi” tfisser il-potenza termika kkombinata tas-segmenti tat-tubi fil-konfigurazzjoni li biha s-sistema titqiegħed fis-suq, mogħtija f'kW; |
(32) |
“potenza termika ta' segment tat-tubi” tfisser il-potenza termika, mogħtija f'kW, ta' segment tat-tubi li, flimkien ma' segmenti tat-tubi oħrajn, jifforma parti minn konfigurazzjoni ta' sistema tat-tubi; |
(33) |
“fattur radjanti fil-potenza termika nominali jew fil-potenza termika minima” (RFnom jew RFmin rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-potenza termika infraħamra tal-prodott meta mqabbla mal-input totali tal-enerġija meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali jew il-potenza termika minima, li jiġi kkalkulat billi l-produzzjoni tal-enerġija infraħamra tiġi diviża bl-input totali tal-enerġija abbażi tal-valur kalorifiku nett (NCV) tal-fjuwil meta l-prodott ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali jew il-potenza termika minima, mogħti f'perċentwali; |
(34) |
“l-iżolament tal-involkru” tfisser il-livell ta' iżolament termali tal-involkru jew tal-għata tal-prodott użati biex jitnaqqas kemm jista' jkun it-telf tas-sħana f'każ li l-prodott ikun jista' jitqiegħed barra; |
(35) |
“fattur ta' telf mill-involkru” tfisser it-telf tas-sħana, mogħti bħala perċentwali, minn dik il-parti tal-prodott li tkun installata fuq barra tal-ispazju magħluq li jrid jissaħħan u li jiddependi mit-trażmittanza tal-involkru rilevanti ta' dik il-parti; |
(36) |
“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess manifattur; |
(37) |
“kontenut ta' ndewwa” tfisser il-massa tal-ilma fil-fjuwil meta mqabbla mal-massa totali tal-fjuwil kif użat fil-ħiter tal-post lokali. |
(1) Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post
(a) |
Mill-1 ta' Jannar 2018 'il quddiem, il-ħiters tal-post lokali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
2. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-emissjonijiet
(a) |
Mill-1 ta' Jannar 2018, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi u gassużi m'għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin:
|
3. Ir-rekwiżiti għat-tagħrif dwar il-prodotti
(a) |
Mill-1 ta' Jannar 2018, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b'rabta mal-ħiters tal-post lokali:
|
(b) |
Mill-1 ta' Jannar 2018, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b'rabta mal-ħiters tal-post lokali:
|
Tabella 1
Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi
Identifikatur(i) tal-mudell: |
|||||||||||
Funzjonalità ta' tisħin indirett: [iva/le] |
|||||||||||
Potenza termika diretta: …(kW) |
|||||||||||
Potenza termika indiretta: …(kW) |
|||||||||||
Fjuwil |
|
|
L-emissjonijiet mit-tisħin tal-post (*) |
||||||||
NOx |
|||||||||||
Jekk jogħġbok agħżel it-tip ta' fjuwil |
[gassuż/likwidu] |
[Jekk jogħġbok speċifika] |
[mg/kWhinput] (abbażi tal-GCV) |
||||||||
|
|
|
|
||||||||
Fattur |
Simbolu |
Valur |
Unità |
|
Fattur |
Simbolu |
Valur |
Unità |
|||
Potenza termika |
|
Effiċjenza utli (abbażi tan-NCV) |
|||||||||
Potenza termika nominali |
Pnom |
x,x |
kW |
|
Effiċjenza utli fil-potenza termika nominali |
ηth,nom |
x,x |
% |
|||
Potenza termika minima (valur ta' referenza) |
Pmin |
[x,x/N.A.] |
kW |
|
Effiċjenza utli fil-potenza termika minima (valur ta' referenza) |
ηth,min |
[x,x/N.A.] |
% |
|||
|
|
|
|
|
|
||||||
Konsum tal-elettriku awżiljarju |
|
It-tip ta' potenza termika/ta' kontroll tat-temperatura ambjentali (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet) |
|||||||||
Fil-potenza termika nominali |
elmax |
x,xxx |
kW |
|
potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali |
[iva/le] |
|||||
Fil-potenza termika minima |
elmin |
x,xxx |
kW |
|
żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali |
[iva/le] |
|||||
Fil-modalità Stennija |
elSB |
x,xxx |
kW |
|
b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku |
[iva/le] |
|||||
|
|
b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali |
[iva/le] |
||||||||
|
|
b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata |
[iva/le] |
||||||||
|
|
b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa |
[iva/le] |
||||||||
|
|
Għażliet oħra ta' kontroll (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet) |
|||||||||
|
|
kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza |
[iva/le] |
||||||||
|
|
kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa |
[iva/le] |
||||||||
|
|
b'għażla ta' kontroll mill-bogħod |
[iva/le] |
||||||||
|
|
b'kontroll ta' bidjien adattabbli |
[iva/le] |
||||||||
|
|
b'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim |
[iva/le] |
||||||||
|
|
b'sensur b'boċċa sewda |
[iva/le] |
||||||||
L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti |
|
|
|||||||||
L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota (jekk din tkun applikabbli) |
Ppilot |
[x,xxx/N.A.] |
kW |
|
|
||||||
Dettalji ta' kuntatt |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
Tabella 2
Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku
Identifikatur(i) tal-mudell: |
||||||
Fattur |
Simbolu |
Valur |
Unità |
|
Fattur |
Unità |
Potenza termika |
|
It-tip ta' input termiku għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti biss (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet) |
||||
Potenza termika nominali |
Pnom |
x,x |
kW |
|
kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana b'termostat integrat |
[iva/le] |
Potenza termika minima (valur ta' referenza) |
Pmin |
[x,x/N.A.] |
kW |
|
kontroll manwali tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra |
[iva/le] |
Potenza termika massima kontinwa |
Pmax,c |
x,x |
kW |
|
kontroll elettroniku tat-tagħbija tas-sħana li jagħti tagħrif dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta' barra |
[iva/le] |
Konsum tal-elettriku awżiljarju |
|
|
|
|
potenza termika megħjuna minn fann |
[iva/le] |
Fil-potenza termika nominali |
elmax |
x,xxx |
kW |
|
It-tip ta' potenza termika/ta' kontroll tat-temperatura ambjentali (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet) |
|
Fil-potenza termika minima |
elmin |
x,xxx |
kW |
|
potenza termika bi stadju wieħed u mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali |
[iva/le] |
Fil-modalità Stennija |
elSB |
x,xxx |
kW |
|
żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali |
[iva/le] |
|
|
b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku |
[iva/le] |
|||
|
|
b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali |
[iva/le] |
|||
|
|
kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata |
[iva/le] |
|||
|
|
kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa |
[iva/le] |
|||
|
|
Għażliet oħra ta' kontroll (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet) |
||||
|
|
kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza |
[iva/le] |
|||
|
|
kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa |
[iva/le] |
|||
|
|
b'għażla ta' kontroll mill-bogħod |
[iva/le] |
|||
|
|
b'kontroll ta' bidjien adattabbli |
[iva/le] |
|||
|
|
b'limitazzjoni tal-ħin tat-tħaddim |
[iva/le] |
|||
|
|
b'sensur b'boċċa sewda |
[iva/le] |
|||
Dettalji ta' kuntatt |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
Tabella 3
Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali
Identifikatur(i) tal-mudell: |
|||||||||||||
It-tip ta' tisħin: [mudwal/b'tubi radjanti] |
|||||||||||||
Fjuwil |
Fjuwil |
|
|
L-emissjonijiet mit-tisħin tal-post (**) |
|||||||||
NOx |
|||||||||||||
Jekk jogħġbok agħżel it-tip ta' fjuwil |
[gassuż/likwidu] |
[Jekk jogħġbok speċifika] |
|
mg/kWhinput (abbażi tal-GCV) |
|||||||||
|
|
|
|
|
|||||||||
Karatteristiċi meta l-ħiter ikun qed jaħdem bil-fjuwil ippreferut biss |
|||||||||||||
Fattur |
Simbolu |
Valur |
Unità |
|
Fattur |
Simbolu |
Valur |
Unità |
|||||
Potenza termika |
|
Effiċjenza utli (abbażi tal-GCV) — għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi biss (***) |
|||||||||||
Potenza termika nominali |
Pnom |
x,x |
kW |
|
Effiċjenza utli fil-potenza termika nominali |
ηth,nom |
x,x |
% |
|||||
Potenza termika minima |
Pmin |
[x,x/N.A.] |
kW |
|
Effiċjenza utli fil-potenza termika minima |
ηth,min |
[x,x/N.A.] |
% |
|||||
Potenza termika minima (bħala perċentwali tal-potenza termika nominali) |
.. |
[x] |
% |
|
|
|
|
|
|||||
Potenza termika nominali tas-sistema tat-tubi (jekk din tkun applikabbli) |
Psystem |
x,x |
kW |
|
|
|
|
|
|||||
Potenza termika nominali tas-segment tat-tubi (jekk din tkun applikabbli) |
Pheater,i |
[x,x/N.A.] |
kW |
|
Effiċjenza utli tas-segment tat-tubi fil-potenza termika minima (jekk din tkun applikabbli) |
ηi |
[x,x/N.A.] |
% |
|||||
(jekk jogħġbok irrepeti għal kull segment jekk ikun hemm bżonn) |
.. |
[x,x/N.A.] |
kW |
|
(jekk jogħġbok irrepeti għal kull segment jekk ikun hemm bżonn) |
.. |
[x,x/N.A.] |
% |
|||||
l-għadd ta' segmenti tat-tubi identiċi |
n |
[x] |
[-] |
|
|
|
|
|
|||||
Fattur radjanti |
|
|
|
|
Telf mill-involkru |
|
|
|
|||||
fattur radjanti fil-potenza termika nominali |
RFnom |
[x,x] |
[-] |
|
Klassi tal-iżolament tal-involkru |
U |
|
W/(m2K) |
|||||
fattur radjanti fil-potenza termika minima |
RFmin |
[x,x] |
[-] |
|
Fattur ta' telf mill-involkru |
Fenv |
[x,x] |
% |
|||||
fattur radjanti ta' segment tat-tubi fil-potenza termika nominali |
RFi |
[x,x] |
[-] |
|
Ġeneratur tas-sħana li għandu jiġi installat 'il barra miż-żona msaħħna |
|
[iva/le] |
|
|||||
(jekk jogħġbok irrepeti għal kull segment jekk ikun hemm bżonn) |
.. |
|
|
|
|
|
|
|
|||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||
Konsum tal-elettriku awżiljarju |
|
It-tip ta' kontroll tal-potenza termika (jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet) |
|||||||||||
Fil-potenza termika nominali |
elmax |
x,xxx |
kW |
|
|
[iva/le] |
|
||||||
Fil-potenza termika minima |
elmin |
x,xxx |
kW |
|
|
[iva/le] |
|
||||||
Fil-modalità Stennija |
elSB |
x,xxx |
kW |
|
|
[iva/le] |
|
||||||
|
|
|
|||||||||||
L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti |
|
|
|||||||||||
L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota (jekk din tkun applikabbli) |
Ppilot |
[x,xxx/N.A.] |
kW |
|
|
||||||||
Dettalji ta' kuntatt |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
NOx = l-ossidi tan-nitroġenu
NOx = l-ossidi tan-nitroġenu.
(***) Għall-ħiters tal-post lokali mudwalin, l-effiċjenza termali pponderata hija awtomatikament ta' 85,6 %.
ANNESS III
Kejl u kalkoli
1. Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 2 sa 5.
2. Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli
(a) |
Il-valuri ddikjarati għall-potenza termika nominali u għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post għandhom jitqarrbu għal ċifra wara l-punt deċimali. |
(b) |
Il-valuri ddikjarati għall-emissjonijiet għandhom jitqarrbu għall-eqreb numru sħiħ. |
3. Kundizzjonijiet ġenerali għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post
(a) |
L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post (ηS ) għandha tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv (ηS,on ), ikkoreġuta b'fatturi li jqisu l-ħżin tas-sħana u l-kontroll tal-potenza termika, il-konsum tal-elettriku awżiljarju u l-konsum tal-enerġija tal-fjamma pilota permanenti. |
(b) |
Il-konsum tal-elettriku għandu jiġi mmultiplikat b'koeffiċjent ta' konverżjoni (CC) ta' 2,5. |
4. Kundizzjonijiet ġenerali għall-emissjonijiet
(a) |
Għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi u gassużi, il-kejl għandu jqis l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx). L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-monossidu tan-nitroġenu u tad-dijossidu tan-nitroġenu, u għandhom jingħataw bħala ammont ta' dijossidu tan-nitroġenu. |
5. Kundizzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post
(a) |
L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali kollha minbarra l-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali hija ddefinita kif ġej: ηS = ηS,on – 10 % + F(1) + F(2) + F(3) – F(4) – F(5) L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali hija ddefinita kif ġej: ηS = ηS,on – F(1) – F(4) – F(5) fejn:
|
(b) |
L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv hija kkalkulata kif ġej: Għall-ħiters tal-post lokali kollha minbarra l-ħiters tal-post lokali tal-elettriku u l-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali: ηS,on = ηth,nom fejn:
Għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku: fejn:
Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali: ηS,on = ηS,th · ηS,RF fejn:
Għall-ħiters tal-post lokali mudwalin, ηS,th għandha valur ta' 85,6 %; Għall-ħiters tal-post lokali bit-tubi: ηS,th = (0,15 · ηth,nom + 0,85 · ηth,min ) – Fenv fejn:
Jekk il-manifattur jew il-fornitur jispeċifika li l-ġeneratur tas-sħana tal-ħiter tal-post lokali bit-tubi jrid jiġi installat ġol-ispazju ta' fuq ġewwa li jrid jissaħħan, it-telf mill-involkru jkun ta' 0 (żero). Jekk il-manifattur jew il-fornitur jispeċifika li l-ġeneratur tas-sħana tal-ħiter tal-post lokali bit-tubi jrid jiġi installat 'il barra miż-żona msaħħna, il-fattur ta' telf mill-involkru jkun jiddependi fuq it-trażmittanza termali tal-involkru tal-ġeneratur tas-sħana skont it-Tabella 4. Tabella 4 Il-fattur ta' telf mill-involkru tal-ġeneratur tas-sħana
L-effiċjenza tal-emissjonijiet tal-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali hija kkalkulata kif ġej: fejn:
RFS = 0,15 · RFnom + 0,85 · RFmin fejn:
Għas-sistemi tat-tubi: fejn:
L-ekwazzjoni t'hawn fuq tapplika biss jekk il-berner, it-tubi u r-rifletturi tas-segment tat-tubi użati fis-sistema tat-tubi jkunu tfasslu bl-istess mod bħal ħiter tal-post lokali b'tubu wieħed u jekk il-konfigurazzjonijiet li jiddeterminaw il-prestazzjoni tas-segment tat-tubi jkunu bħal dawk ta' ħiter tal-post lokali b'tubu wieħed. |
(c) |
Il-fattur ta' korrezzjoni F(1) jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-input termiku u tal-potenza termika u jekk is-sħana tkunx titqassam permezz tal-konvezzjoni naturali jew megħjuna minn fann għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti, u għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-kontribut negattiv marbut mal-kapaċità tal-prodott li jirregola l-potenza termika tiegħu. Għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti, il-fattur ta' korrezzjoni tal-potenza termika, F(1), huwa kkalkulat kif ġej: F'każ li l-prodott ikun mgħammar b'waħda mill-għażliet murija fit-Tabella 5 (li jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku), il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għandu jiżdied mal-valur korrispondenti ta' dik l-għażla. Tabella 5 Il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti
F'każ li l-potenza termika tal-ħiter tal-post lokali tal-elettriku akkumulanti tkun megħjuna minn fann, għandu jiżdied ukoll 1,5 % ieħor mal-fattur ta' korrezzjoni F(1). Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni tal-potenza termika huwa kkalkulat kif ġej: Tabella 6 Il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali
Il-valur minimu tal-fattur ta' korrezzjoni F(1) huwa ta' 2,5 % għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali b'żewġ stadji u ta' 5 % għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali modulabbli. Għall-ħiters tal-post lokali li mhumiex ħiters tal-elettriku akkumulanti jew ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni F(1) għandu jkun ta' 0 (żero). |
(d) |
Il-fattur ta' korrezzjoni F(2), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku jew ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej: Għall-ħiters tal-post lokali kollha, il-fattur ta' korrezzjoni F(2) jikkorrispondi ma' wieħed mill-fatturi mogħtija fit-Tabella 7, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati. Jista' jintgħażel biss valur wieħed. Tabella 7 Il-fattur ta' korrezzjoni F(2)
Il-fattur ta' korrezzjoni F(2) ma japplikax għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali. |
(e) |
Il-fattur ta' korrezzjoni F(3), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej: Għall-ħiters tal-post lokali kollha, il-fattur ta' korrezzjoni F(3) jikkorrispondi għall-għadd tal-valuri mogħtija fit-Tabella 8, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati. Tabella 8 Il-fattur ta' korrezzjoni F(3)
|
(f) |
Il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju, F(4), huwa kkalkulat kif ġej: Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis il-konsum tal-elettriku awżiljarju waqt tħaddim tal-apparat fil-modalità Mixgħul u fil-modalità Stennija. Għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, il-fattur ta' korrezzjoni huwa kkalkulat kif ġej: Il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju, F(4), huwa kkalkulat kif ġej: fejn:
Għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi, il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju huwa kkalkulat kif ġej: fejn:
Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju huwa kkalkulat kif ġej: |
(g) |
Il-fattur ta' korrezzjoni F(5), li huwa marbut mal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti, huwa kkalkulat kif ġej: Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti. Għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi, dan il-fattur huwa kkalkulat kif ġej: fejn:
Għall-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali, il-fattur ta' korrezzjoni huwa kkalkulat kif ġej: F'każ li l-prodott ma jkollux dawl (fjamma) pilota permanenti, il-valur ta' Ppilot ikun ta' 0 (żero). fejn:
|
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta' tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f'modalità standby u f'modalità mitfija (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45).
ANNESS IV
Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja għar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE:
1. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw apparat wieħed għal kull mudell. |
2. |
Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jekk:
|
3. |
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(a) jew 2(b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament. Jekk ma jinkisibx xi wieħed mir-riżultati msemmija fil-punti 2(c) sa 2(i), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet apparati oħra tal-istess mudell b'mod aleatorju biex dawn jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet apparati l-oħra li jintgħażlu jistgħu jkunu ta' mudell wieħed jew aktar ekwivalenti li jkunu tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur bħala prodotti ekwivalenti. |
4. |
Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jekk:
|
5. |
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4, il-mudell għandu jitqies li mhuwiex konformi ma' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet u t-tagħrif rilevanti l-ieħor lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar il-fatt li l-mudell ma jkunx konformi. |
6. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III. It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u m'għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika. |
ANNESS V
Il-valuri indikattivi ta' referenza msemmija fl-Artikolu 6
Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-ħiters tal-post lokali f'dak li għandu x'jaqsam mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u mal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ġiet identifikata kif ġej:
1. |
Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali:
|
2. |
Il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali:
|
Il-valuri ta' referenza speċifikati fil-punti 1 u 2 mhux bil-fors ifissru li ħiter tal-post lokali partikulari kapaċi jilħaq kombinazzjoni ta' dawk il-valuri.