18.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1178

tas-17 ta' Lulju 2015

li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni imressqin mill-1 sas-7 ta' Lulju 2015 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Lulju 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 huma iktar mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Lulju 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 huma iktar mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jiġu allokati d-dazji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006, flimkien mal-Artikolu 7(2) tiegħu.

(4)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u mill-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni imressqin mill-1 sas-7 ta' Lulju 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 huma mogħtija fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016 huma mogħtija fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta' Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

PARTI A

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016

(f'kg)

1

09.4211

0,362538

2

09.4212

0,734532

4A

09.4214

0,696278

09.4251

0,792129

09.4252

7 224 290

6A

09.4216

0,371886

09.4260

0,458718

7

09.4217

22 177 600

8

09.4218

6 957 600

PARTI B

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2016

(f'kg)

5A

09.4215

0,567537

09.4254

1,460433

09.4255

6,211209

09.4256

3 050 002