14.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 185/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1133

tat-13 ta' Lulju 2015

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Il-Kunsill iqis li l-entrati għal erba' persuni u tliet entitajiet fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandhom jiġu emendati.

(3)

Il-Kunsill iqis ukoll li żewġ persuni u erba' entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(4)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. ETGEN


(1)   ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


ANNESS

I.   

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006:

A.

Persuni

96.

Kozik, Leanid Piatrovich

186.

Skurat, Viktar Vatslavavich

B.

Entitajiet

7.

CJSC Askargoterminal

11.

JLLC Variant

12.

JLLC Triple-Dekor

14.

JCJSC Altersolutions

II.   

L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin li jinsabu fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huma sostitwiti b'dan li ġej:

A.

Persuni

 

Ismijiet

Traskrizzjoni ta' ortografija Belarussa

Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Isem

(ortografija Belarussa)

Isem

(Ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

20.

Bazanau, Aliaksandr Viktaravich

Bazanov, Aleksandr Viktorovich

БАЗАНАЎ, Аляскандр Biктapaвiч

БАЗАНОВ, Александр Викторович

Data tat-twelid: 26.11.1962, Każakistan

Indirizz: 220004, Беларусь, Минск, пр-т Победителей, 7 Информационно-аналитический центр

Viċi Direttur ġenerali ta' Beltelecom inkarigat mir-relazzjonijiet esterni u r-relazzjonijiet ma' istituzzjonijiet tal-Istat. Eks Direttur taċ-Ċentru tal-Informazzjoni u l-Analiżi tal-Amministrazzjoni tal-President li jaġixxi bħala wieħed mill-għejun prinċipali tal-propaganda tal-istat, li jappoġġa u jiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.

89.

Kisialiou, Anatol Siamionavich

Kiselev, Anatoli Semenovich

(Kiselyov, Anatoli Semyonovich)

КИСЯЛЕЎ, Анатоль Сяменавiч

КИСЕЛЕВ, Анатолий Семенович

 

Eks Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali fir-reġjun ta' Brest għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2010. Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali fir-reġjun ta' Brest għall-elezzjonijiet lokali f'Marzu 2014. Kap tal-organizzazzjoni ta' trade unions reġjonali favur-ir-reġim.

Bħala President ta' Kummissjoni Elettorali Reġjonali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, u għal falsifikazzjonijiet fl-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014 fir-reġjun ta' Brest.

101.

Kryshtapovich, Leu Eustafievich

(Kryshtapovich, Leu Yeustafievich)

Krishtapovich, Lev Evstafievich

(Krishtapovich, Lev Yevstafievich)

КРЫШТАПОВIЧ, Леў Еўстафьевiч

КРИШТАПОВИЧ, Лев Евстафьевич

Post tat-twelid: Pekalin, distrett ta' Smolevichi

Indirizz: 220004, Беларусь, Минск, пр-т Победителей, 7 Информационно-аналитический центр

Kap tad-Dipartiment tar-Riċerka Xjentifika tal-Università tal-Kultura u l-Arti tal-Istat. Eks Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Informazzjoni u l-Analiżi tal-Amministrazzjoni tal-President li jaġixxi bħala wieħed mill-għejun prinċipali tal-propaganda tal-istat, li jappoġġa u jiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.

226.

Zhadobin, Iury Viktaravich

(Zhadobin, Yury Viktaravich)

Zhadobin, Iuri Viktorovich

(Zhadobin, Yuri Viktorovich)

ЖАДОБIН, Юрый Biктapaвiч

ЖАДОБИН, Юрий Викторович

Data tat-twelid: 14.11.1954

ID: 3141154A021PB0

Eks Ministru għad-Difiża.

Kien involut attivament biex tiddgħajjef id-demokrazija fil-Belarussja. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, approva d-deċiżjonijiet repressivi maqbula fil-livell ministerjali, inkluża d-deċiżjoni dwar ir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Wara Diċembru 2010, faħħar ir-“rebħa totali fuq forzi distruttivi”, meta rrefera għall-oppożizzjoni demokratika.

B.

Entitajiet

 

Ismijiet

Traskrizzjoni ta' ortografija Belarussa

Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Isem

(ortografija Belarussa)

Isem

(Ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

4.

Spetspriborservice

Спецприборсервис

 

 

Din il-kumpannija hija parti mill-Beltech Holding.

15.

CJSC Prostor-Trade

 

Совместное закрытое акционерное общество “Простор-Трейд”

220025 г. Минск, пр. Дзержинского 126, комн. 33.

Sussidjarja ta' LLC Triple.

20.

CJSC Dinamo- Minsk

ЗАО ФК Динамо- Минск

 

 

Il-kumpanniji ddeżinjati LLC Triple u LLC Rakowski browar flimkien għandhom il-maġġoranza tal-ishma u l-kontroll ta' CJSC Dinamo-Minsk. Kemm LLC Triple kif ukoll LLC Rakowski browar huma kkontrollati minn Iury Chyzh li għandu l-maġġoranza tal-ishma fiż-żewġ entitajiet u għalhekk fl-aħħar mill-aħħar jikkontrolla lil CJSC Dinamo Minsk.