9.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 181/80 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1110
tat-8 ta' Lulju 2015
li jiffissal-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mis-26 ta' Ġunju 2015 sat-3 ta' Lulju 2015 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-qamħirrum
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 277 988 tunnellata ta' qamħirrum (numru tas-serje 09.4131). |
(2) |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006 ffissa għal 138 994 tunnellata l-kwantità tas-subperjodu Nru 2 għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2015. |
(3) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mis-26 ta' Ġunju 2015, mis-13:00 sat-3 ta' Lulju 2015 sas-13:00, ħin ta' Brussell, huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
(4) |
Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux aktar liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-perjodu attwali tal-kwota. |
(5) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(1) Il-koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 77,459146 % japplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006 (numru tas-serje 09.4131), imressqa mis-26 ta' Ġunju 2015, mis-13:00 sat-3 ta' Lulju 2015 sas-13:00, ħin ta' Brussell.
(2) Is-sottomossjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji, skont il-kwota msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006 (numru tas-serje 09.4131), hija sospiża mis-13:00 tat-3 ta' Lulju 2015, ħin ta' Brussell, għall-perjodu attwali tal-kwota.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).