|
8.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 177/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1095
tal-5 ta' Mejju 2015
li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum tal-Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE,
billi:
|
(1) |
Skont id-Direttiva 2009/125/KE, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummisssjoni għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw volum sinifikanti ta' bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib permezz tad-disinn f'termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jwasslu għal spejjeż eċċessivi. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet l-ewwel Pjan ta' Ħidma skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-21 ta' Ottubru 2008 (2), li jkopri s-snin 2009 sa 2011, li jidentifika tagħmir tar-refriġerazzjoni u l-iffriżar, inklużi kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess, bħala prijorità għall-adozzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet studju preparatorju dwar aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi dwar it-tagħmir tar-refriġerazzjoni u l-iffriżar tipikament użat fl-Unjoni, inklużi kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess. L-istudju sar flimkien mal-partijiet ikkonċernati u l-partijiet interessati fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
|
(4) |
Il-ħames prodott tal-lott tat-tagħmir tar-refriġerazzjoni u l-iffriżar — kmamar kesħin li tista' timxi fihom (walk-in cold rooms) — inżamm separat minħabba l-karatteristiċi uniċi tiegħu fil-grupp, u l-kmamar kesħin li tista' timxi fihom ma għandhomx jiġu indirizzati minn dan ir-Regolament f'dan iż-żmien. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, mhux neċessarju li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' ekodisinn għal emissjonijiet diretti ta' gassijiet b'effett ta' serra relatati mal-użu ta' refriġeranti, peress li l-użu dejjem jikber ta' refriġeranti li għandhom potenzjal ta' riskaldament globali (GWP) baxx fis-suq tar-refriġeranti domestiku u kummerċjali, joħloq preċedent li s-settur tal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali għandu jsegwi. |
|
(6) |
Rigward iċ-chillers tal-proċess, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' ekodisinn għall-emissjonijiet diretti ta' gassijiet b'effett ta' serra relatati mal-użu ta' refriġeranti, peress li dan imexxi aktar is-suq lejn refriġeranti li għandhom potenzjal ta' riskaldament globali (GWP) baxx, li ħafna drabi fl-istess ħin huma aktar effiċjenti fl-enerġija. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-unitajiet ta' kondensazzjoni, jeżistu teknoloġiji nonproprjetarji li jnaqqsu l-emissjonijiet diretti ta' gassijiet b'effett ta' serra relatati mal-użu tar-refriġeranti permezz tal-użu ta' refriġeranti li għandhom impatt li jagħmel anqas ħsara fuq l-ambjent. Madankollu, il-kost-effettività u l-impatt fuq l-effiċjenza enerġetika ta' dawn it-teknoloġiji meta applikati għall-unitajiet ta' kondensazzjoni għadhom mhumiex stabbiliti għal kollox minħabba li d-diffużjoni tagħhom hija jew negliġibbli jew tirrappreżenta biss sehem żgħir tas-suq tal-lum għall-unitajiet ta' kondensazzjoni. |
|
(8) |
Peress li r-refriġeranti huma indirizzati fir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u minħabba li fis-7 ta' Novembru 2012 ġiet proposta reviżjoni ta' dan ir-Regolament mill-Kummissjoni, f'dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu stabbiliti restrizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu ta' refriġeranti. Madankollu, għandu jiġi propost bonus taħt ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni u għaċ-chillers tal-proċess sabiex is-suq jitmexxa lejn l-iżvilupp ta' teknoloġiji bbażati fuq l-użu ta' refriġeranti li għandhom impatt li jagħmel anqas ħsara fuq l-ambjent, peress li bonus iwassal għal rekwiżiti minima ta' effiċjenza enerġetika aktar baxxi għall-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess maħsuba biex jintużaw b'refriġeranti li għandhom GWP baxx. L-analiżi futura se tagħti titwila lejn it-trattament ta' prodotti li jużaw refriġiranti GWP konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti eżistenti. |
|
(9) |
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu ġie identifikat bħala l-aspett ambjentali sinifikanti tal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, il-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, l-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess. |
|
(10) |
L-istudju preparatorju wera li r-rekwiżiti rigward il-parametri l-oħra tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE mhumiex neċessarji fil-każ tal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, il-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, l-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess. |
|
(11) |
Fl-2012, il-konsum annwali tal-elettriku fl-Unjoni relatat mal-unitajiet ta' kondensazzjoni, iċ-chillers tal-proċess u l-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali ġie stmat li kien 116,5 TWh (terawatt fis-siegħa), ekwivalenti għal emissjonijiet 47 Mt CO2. Sakemm ma jittiħdux miżuri speċifiċi, il-konsum annwali tal-enerġija mistenni li jkun 134,5 TWh fl-2020 u 154,5 TWh fl-2030, ekwivalenti għal 54,5 u 62,5 Mt CO2 rispettivament. L-effett ikkombinat ta' dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1094 (4) huwa mistenni li jirriżulta fi ffrankar annwali tal-elettriku ta' 6,3 TWh sal-2020 u ta' 15,6 TWh sal-2030, meta mqabbel ma x'jiġri jekk ma jittieħdu ebda miżuri. |
|
(12) |
L-istudju preparatorju juri li l-konsum tal-enerġija tal-fażi tal-użu jista' jitnaqqas b'mod sinifikanti meta jiġu applikati teknoloġiji kosteffikaċi nonproprjetarji li jnaqqsu l-ispejjeż ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta' dawn il-prodotti. |
|
(13) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, il-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, l-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess fl-Unjoni, u għaldaqstant jgħinu sabiex jagħmlu s-suq uniku aktar effiċjenti u sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali ta' dawk il-prodotti. |
|
(14) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn ma għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità u l-abbordabbiltà ta' kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess mill-perspettiva tal-utent aħħari u ma għandhomx jaffettwaw b'mod negattiv is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent. |
|
(15) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu introdotti gradwalment sabiex il-manifatturi jkollhom żmien biżżejjed biex jerġgħu jiddisinjaw il-prodotti tagħhom suġġett għal dan ir-Regolament. Iż-żmien għandu jkun tali li jiġu kkunsidrati l-impatti tal-kost għall-manifatturi, filwaqt li tiġi żgurata l-kisba fil-ħin tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. |
|
(16) |
Il-parametri tal-prodott għandhom jiġu mkejla u kkalkolati permezz tal-użu ta' metodi, affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jikkunsidraw metodi l-aktar avvanzati ta' kejl u kalkolu. Dawn jinkludu, meta jkunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni wara li ssir talba mill-Kummissjoni, f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(17) |
Id-definizzjoni ta' temperatura operattiva ffriżata għandha tintuża biex jiġu stabbiliti l-valuri tal-konsum annwali tal-enerġija għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali; filwaqt li titqies is-sikurezza tal-ikel, dan mhux relatat mal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel. |
|
(18) |
F'konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jispeċifika liema proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità japplikaw. |
|
(19) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-verifiki tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE sakemm dik l-informazzjoni hija relatata mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
|
(20) |
Sabiex jiġi llimitat aktar l-impatt ambjentali tal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, il-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, l-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar iż-żarmar, ir-riċiklaġġ jew ir-rimi. |
|
(21) |
Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti b'dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati l-aħjar parametri referenzjarji indikattivi disponibbli sabiex jiġi żgurat li informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, l-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess huma disponibbli u aċċessibbli faċilment. |
|
(22) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta' ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta' kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali u kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida.
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida li jaħdmu bil-mains tal-elettriku u kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali li jaħdmu bil-mains tal-elettriku inklużi dawk mibjugħa għar-refriġerazzjoni ta' oġġetti tal-ikel u għalf tal-annimali.
Madankollu, ma għandux japplika għall-prodotti li ġejjin:
|
(a) |
kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali li huma primarjament imħaddma minn sorsi tal-enerġija li mhumiex tal-elettriku; |
|
(b) |
kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali li jaħdmu b'unità ta' kondensazzjoni remota; |
|
(c) |
kabinetti miftuħa, fejn li jkunu miftuħin huwa rekwiżit fundamentali għall-funzjonalità primarja tagħhom; |
|
(d) |
kabinetti ddisinjati speċifikament għall-ipproċessar tal-ikel, fejn is-sempliċi preżenza ta' kompartament wieħed, b'volum nett ekwivalenti għal anqas minn 20 % tal-volum totali nett u ddisinjat speċifikament għall-ipproċessar tal-ikel, mhux suffiċjenti għall-eżenzjoni; |
|
(e) |
kabinetti ddisinjati speċifikament biss sabiex fihom jinħallu oġġetti tal-ikel iffriżati b'mod ikkontrollat, fejn is-sempliċi preżenza ta' kompartament wieħed iddisinjat speċifikament sabiex jinħallu oġġetti tal-ikel iffriżati b'mod ikkontrollat mhux biżżejjed għall-eżenzjoni; |
|
(f) |
friġġijiet għall-insalata (saladettes); |
|
(g) |
kabinett bank (counter cabinet) u forom simili oħra ta' kabinett primarjament maħsub għall-wiri u l-bejgħ ta' oġġetti tal-ikel minbarra r-refriġerazzjoni u l-ħżin; |
|
(h) |
kabinetti li ma jużawx ċiklu tar-refriġerazzjoni bil-kompressjoni tal-fwar; |
|
(i) |
kabinetti tar-refriġerazzjoni rapida u kmamar tar-refriġerazzjoni rapida b'kapaċità superjuri għal 300 kg ta' oġġetti tal-ikel; |
|
(j) |
tagħmir għar-refriġerazzjoni rapida bi proċess kontinwu; |
|
(k) |
kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali magħmulin apposta u kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, magħmulin darba skont speċifikazzjoni ta' konsumatur individwali u mhux ekwivalenti għal kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali oħra kif imfisser fid-definizzjoni 10 tal-Anness I jew kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida kif imfisser fid-definizzjoni 11 tal-Anness I; |
|
(l) |
kabinetti integrati; |
|
(m) |
kabinetti tat-tip roll-in jew li wieħed jgħaddi minn ġo fihom; |
|
(n) |
kabinetti tal-arja statika; |
|
(o) |
friżers tal-bieba minn fuq. |
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta' ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta' unitajiet ta' kondensazzjoni li joperaw b'temperatura baxxa jew medja jew bit-tnejn.
Madankollu, ma għandux japplika għall-prodotti li ġejjin:
|
(a) |
unitajiet ta' kondensazzjoni li jinkludu evaporatur, li jista' jkun evaporatur integrali, bħall-unitajiet monobloc, jew evaporatur remot, bħal f'unitajiet maqsumin; |
|
(b) |
pakketti jew xkafef kompressur, li ma jinkludux kondensatur; |
|
(c) |
unitajiet ta' kondensazzjoni li n-naħa tal-kondensatur tagħhom ma tużax l-arja bħal mezz għat-trasferiment tas-sħana. |
3. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta' chillers tal-proċess intenzjonati biex jitħaddmu b'temperatura baxxa jew medja.
Madankollu ma għandux japplika għall-prodotti li ġejjin:
|
(a) |
chillers tal-proċess intenzjonati biex joperaw b'temperatura għolja; |
|
(b) |
chillers tal-proċess li jużaw esklussivament kondensazzjoni evaporattiva; |
|
(c) |
chillers tal-proċess immuntati fuq il-post magħmula fuq ordni speċifika, li jinħadmu darba biss; |
|
(d) |
chillers tal- assorbiment. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali” tfisser apparat b'insulazzjoni għar-refriġerazzjoni li jintegra kabinett wieħed jew aktar aċċessibbli permezz ta' bieba jew kexxun wieħed jew aktar, li kapaċi jżomm kontinwament it-temperatura tal-oġġetti tal-ikel fil-limiti preskritti f'temperatura ta' operazzjoni ta' tkessiħ jew iffriżar, bl-użu taċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar, u intenzjonat għall-friġerazzjoni ta' oġġetti tal-ikel f'ambjenti li mhumiex unitajiet domestiċi iżda mhux għall-wiri jew għall-aċċess għall-konsumaturi; |
|
(b) |
“kabinett ta' refriġerazzjoni rapida” tfisser apparat b'insulazzjoni għar-refriġerazzjoni primarjament intenzjonat biex ikessaħ malajr oġġetti tal-ikel sħan għal anqas minn 10 °C fil-każijiet tat-tkessiħ u taħt – 18 °C fil-każ ta' ffriżar; |
|
(c) |
“kamra għar-refriġerazzjoni rapida” tfisser daħla, li biebha u l-ispazju intern tagħha huma kbar biżżejjed biex bniedem ikun jista' jimraħ fiha, li tkun maħsuba qabelxejn biex tkessaħ malajr oġġetti tal-ikel sħan għal emeperatura ta' 10 °C fil-każ tat-tkessiħ u taħt – 18 °C fil-każ tal-iffriżar; |
|
(d) |
“kapaċità” tfisser, fil-każ ta' kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, il-piż tal-ikel li jista' jiġi pproċessat (mill-kabinett ta' refriġerazzjoni rapida) sa taħt 10 °C fil-każ tat-tkessiħ u sa taħt – 18 °C fil-każ tal-iffriżar f'operazzjoni waħdanija; |
|
(e) |
“apparat għar-refriġerazzjoni rapida bi proċess kontinwu” tfisser kabinett għar-refriġerazzjoni rapida fornut b'ċinga li timxi li ddaħħal l-oġġetti tal-ikel 'il ġewwa, biex tippermetti proċess kontinwu ta' tkessiħ jew iffriżar rapidu tal-oġġett tal-ikel; |
|
(f) |
“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xorb inkluż inbid u oġġetti oħra primarjament intenzjonati għall-konsum li jirrikjedi refriġerazzjoni f'temperaturi speċifikati; |
|
(g) |
“kabinett inkorporat” tfisser apparat fiss għar-refriġerazzjoni insulat intenzjonat sabiex jiġi installat f'kabinett, f'post irtirat ippreparat f'ħajt jew post simili u jirrikjedi li jingħalaq bl-għamara; |
|
(h) |
“kabinett bil-karru” tfisser kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali li jinkludi kabinett uniku wieħed li jippermetti xkaffi fuq karru ta' prodott sabiex jiddaħħlu ġewwa fuq karru; |
|
(i) |
“kabinett jinfed miż-żewġ naħat” tfisser kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali aċċessibbli minn żewġ naħat; |
|
(j) |
“kabinett tal-arja statika” kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali mingħajr ċirkolazzjoni interna ta' arja sfurzata, iddisinjat speċifikament sabiex jinħażnu oġġetti tal-ikel li huma sensittivi għat-temperatura u sabiex jiġi evitat li prodotti tal-ikel maħżuna mhux issiġillati jinxfu, fejn kabinett uniku ta' arja statika fil-kabinett mhux biżżejjed biex il-kabinett jiġi indikat bħala kabinett tal-arja statika; |
|
(k) |
“kabinett heavy duty” tfisser kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali li kapaċi jżomm b'mod kontinwu temperatura operattiva ta' tkessiħ u ta' ffriżar f'kundizzjonijiet ta' temperatura ambjentali fil-kompartiment(i) kollha tiegħu li jikkorrispondu għall-klassi ta' klima 5, kif iddettaljat fit-Tabella 3 tal-Anness IV; |
|
(l) |
“kabinett miftuħ” tfisser kabinett tal-ħżin professjonali li l-għeluq iffriżat tiegħu jista' jintlaħaq min barra mingħajr ma tinfetaħ bieba jew kexxun, fejn is-sempliċi preżenza ta' kompartiment wieħed li jkun jista' jintlaħaq minn barra bla ma jinfetaħ kexxun jew bieba, b'volum nett ekwivalenti għal anqas minn 20 % tal-volum totali atl-kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali jiskwalifikah milli jissejjaħ hekk; |
|
(m) |
“saladette” tfisser kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali b'bieba waħda jew aktar jew kexxun wieħed jew aktar vertikali li għandhom qatgħa fil-parti tal-fuq tal-wiċċ li minnhom jistgħu jiddaħħlu kontenituri għall-ħżin temporanji għal aċċess faċli għall-friġerazzjoni bħal pereżempju, imma mhux eżawrjenti, il-mili tal-pizez jew oġġetti tal-ikel għal mal-insalata; |
|
(n) |
“friżer bil-bieba minn fuq”, tfisser friżer għall-ikel li l-kompartiment(i) tagħha jintlaħaq/jintlaħqu min-naħa ta' fuq tal-apparat jew li għandha kompartimenti kemm tat-tip li jinfetaħ minn fuq kif ukoll tat-tip wieqaf, imma li l-volum gross tal-kompartiment(i) tat-tip li jinfetaħ/jinfetħu minn fuq jaqbeż is-75 % tal-volum gross totali tal-apparat; |
|
(o) |
“unità ta' kondensazzjoni” tfisser prodott li jinkludi tal-anqas kompressur wieħed li jaħdem bl-elettriku u kondensatur wieħed li kapaċi jkessaħ u b'mod kontinwu jżomm temperatura baxxa jew medja f'apparat jew sistema ta' refriġerazzjoni, li juża ċiklu ta' kompressjoni tal-fwar ladarba jkun imqabbad ma' evaporator jew ma' tagħmir ta' espansjoni; |
|
(p) |
“temperatura baxxa” tfisser li unità ta' kondensazzjoni hija kapaċi li twassal il-kapaċità ta' tkessiħ nominali tagħha f'temperatura ta' evaporazzjoni saturata ta' – 35 °C; |
|
(q) |
“temperatura medja” tfisser li l-unità ta' kondensazzjoni hija kapaċi twassal il-kapaċità ta' tkessiħ nominali tagħha f'temperatura ta' evaporazzjoni saturata ta' – 10 °C; |
|
(r) |
“kapaċità friġeratorja nominali” tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ li l-unità ta' kondensazzjoni tippermetti li jilħaq iċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar, ladarba jiġi mqabbad ma' evaporatur u ma' tagħmir ta' espansjoni, meta jkun qiegħed jaħdem bil-kapaċità massima tiegħu, u mkejjel skont kundizzjonijiet nominali standard mat-temperatura ambjentali bħala referenza stabbilita bħala 32 °C, espressa f'kW; |
|
(s) |
“chiller tal-proċess” tfisser prodott li jinkludi tal-anqas kompressur wieħed u evaporator wieħed, li kapaċi jkessaħ u kontinwament iżomm it-temperatura tal-likwidu li jipprovdi t-tkessiħ ta' apparat jew sistema ta' refriġerazzjoni; jista' jew ma jistax jinkludi l-kondensatur, il-ħardwer taċ-ċirkwit li jkessaħ u tagħmir anċillari ieħor; |
|
(t) |
“temperatura baxxa” tfisser li ċ-chiller tal-proċess kapaċi jwassal il-kapaċità friġeratorja nominali tiegħu f'temperatura tal-outlet tal-iskambjatur tas-sħana ta' ġewwa ta' – 25 °C, b'kundizzjonijiet standard nominali; |
|
(u) |
“temperatura medja” tfisser li ċ-chiller tal-proċess kapaċi jwassal il-kapaċità friġeratorja nominali tiegħu f'temperatura tal-outlet tal-iskambjatur tas-sħana ta' ġewwa ta'– 8 °C, b'kundizzjonijiet standard nominali; |
|
(v) |
“temperatura għolja” tfisser li ċ-chiller tal-proċess kapaċi jwassal il-kapaċità friġeratorja nominali tiegħu f'temperatura tal-outlet tal-iskambjatur tas-sħana ta' ġewwa ta' 7 °C, b'kundizzjonijiet standard nominali; |
|
(w) |
“kapaċità friġeratorja nominali”, espressa f'kW, tfisser il-kapaċità friġeratorja li kapaċi jilħaq chiller tal-proċess meta jaħdem bil-kapaċità massima, u mkejjel b'kundizzjonijiet standard nominali bit-temperatura ambjentali ta' referenza ta' 35 °C għal chillers imkessħa bl-arja u b'temperatura tal-inlet tal-ilma ta' 30 °C fil-kondensatur għal friġeratorji mkessħa bl-ilma. |
|
(x) |
“pakkett ta' kompressur” jew “xkaffa ta' kompressur” tfisser prodott li jinkorpora talanqas kompressur(i) tar-refriġirazzjoni tal-elettriku wieħed jew aktar u sistema ta' kontroll; |
|
(y) |
“chiller tal-assorbiment” tfisser chiller ta' proċess li fih ir-refriġerazzjoni sseħħ permezz ta' proċess ta' assorbiment bl-użu tas-sħana bħala sors tal-enerġija; |
|
(z) |
“chiller tal-kondensament evaporattiv” tfisser chiller ta' proċess mgħammar b'kondensatur evaporattiv, li fih ir-refriġerant jitkessaħ permezz ta' taħlita ta' moviment tal-arja u sprejjar bl-ilma. |
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien
1. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali u l-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida huma stabbiliti fl-Anness II.
2. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni huma stabbiliti fl-Anness V.
3. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-chillers tal-proċess huma stabbiliti fl-Anness VII.
4. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom japplikaw skont l-iskeda taż-żmien li ġejja:
|
(a) |
Mill-1 ta' Lulju 2016:
|
|
(b) |
Mill-1 ta' Jannar 2018:
|
|
(c) |
Mill-1 ta' Lulju 2018:
|
|
(d) |
Mill-1 ta' Lulju 2019:
|
5. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali għandha titkejjel u tiġi kkalkolata skont il-metodi stabbiliti fl-Annessi III u IV.
6. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni għandha titkejjel u tiġi kkalkolata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness VI.
7. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-chillers tal-proċess għandha titkejjel u tiġi kkalkolata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness VIII.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għanda tkun il-kontroll intern tad-disinn stabbilit fl-Anness IV tagħha jew is-sistema tal-immaniġġjar stabbilita fl-Anness V tagħha.
2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fil-punt 2 tal-Anness II, il-punt 2(b) tal-Anness V u l-punt 2(b) tal-Anness VII ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika stabbilita fl-Anness IX, l-Anness X u l-Anness XI meta jwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, l-Anness V u l-Anness VII ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Parametri referenzjarji indikattivi
Il-parametri referenzjarji indikattivi għall-kabinetti għall-ħżin professjonali, l-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess li għandhom l-aħjar prestazzjoni, li huma disponibbli fis-suq fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, huma stabbiliti fl-Anness XII.
Artikolu 7
Reviżjoni
Il-Kummissjoni tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta' dik ir-reviżjoni lill-Forum tal-Konsultazzjoni mhux aktar tard minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tinkludi dan li ġej::
|
1. |
għall-kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali, valutazzjoni tal-idoneità tal-introduzzjoni, b'mod partikolari:
|
|
2. |
għall-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, valutazzjoni tal-idoneità tal-introduzzjoni ta' rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawn il-prodotti; |
|
3. |
għall-kmamar kesħin li tista' timxi fihom, valutazzjoni tal-idoneità tal-introduzzjoni tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawn il-prodotti; |
|
4. |
għall-unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess:
|
|
5. |
għall-prodotti kollha, kontroll dwar jekk il-verżjoni aktar ġodda tas-sorsi kkwotati humiex disponibbli għall-valuri GWP; |
|
6. |
għall-prodotti kollha, il-valur tat-tolleranzi ammessi fil-proċedura tal-verifika għall-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija. |
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) COM(2008) 660 finali.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1094 tal-5 ta' Mejju 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali (ara l-paġna 2 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u ta' regoli dwar servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi II sa XI
Għall-finijiet tal-Annessi II sa XII għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Definizzjonijiet relatati mal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali u l-kabinetti għat-tkessiħ rapidu
|
(1) |
“volum nett” tfisser il-volum li jinkludi l-oġġetti tal-ikel sal-limitu tat-tagħbija; |
|
(2) |
“temperatura operatorja mkessħa” tfisser li t-temperatura tal-oġġetti tal-ikel maħżuna fil-kabinett hija miżmuma kontinwament f'temperatura bejn – 1 °C u 5 °C; |
|
(3) |
“temperatura operatorja tal-friża” tfisser li t-temperatura tal-oġġetti tal-ikel maħżuna fil-kabinett hija miżmuma kontinwament f'temperatura anqas minn – 15 °C, li hija mifhuma bħala l-ogħla temperatura tal-aktar pakkett tat-test sħun; |
|
(4) |
“kabinett polivalenti” tfisser li l-kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali jew kabinett separat tal-istess kabinett jista' jiġi stabbilit f'temperaturi differenti għall-oġġetti tal-ikel imkessħa jew iffriżati; |
|
(5) |
“kabinett ikkombinat” tfisser kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali li jinkludi żewġ kabinetti jew aktar b'temperaturi differenti għar-refriġerazzjoni u l-ħżin tal-oġġetti tal-ikel; |
|
(6) |
“friġġ friżer” tfisser tip ta' kabinett ikkombinat li tal-anqas jinkludi kabinett wiħed esklussiv intenzjonat għal temperatura operatorja mkessħa u kabinett wieħed intenzjonat esklussivament għal temperatura operatorja tal-friża; |
|
(7) |
“kabinett vertikali” tfisser kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali ta' għoli kumplessiv ekwivalenti għal jew ogħla minn 1 050 mm b'bieba waħda jew aktar jew kexxun ta' quddiem wieħed jew aktar li jaċċessaw l-istess kabinett; |
|
(8) |
“kabinett bank” tfisser kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali ta' għoli kumplessiv aktar baxx minn 1 050 mm b'bieba waħda jew aktar jew kexxun ta' quddiem wieħed jew aktar li jaċċessaw l-istess kabinett; |
|
(9) |
“kabinett light-duty”, magħruf ukoll bħala “kabinett semiprofessjonali” tfisser kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali li jista' jżomm biss b'mod kontinwu temperatura operatorja mkessħa jew tal-friża fil-kompartimenti kollha tiegħu f'kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għall-klassi 3, kif iddettaljat fit-Tabella 3 tal-Anness IV; jekk il-kabinett kapaċi jżomm temperatura f'kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għall-klassi 4, ma jiġix ikkunsidrat bħala kabinett light-duty; |
|
(10) |
“kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali ekwivalenti” tfisser mudell ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali mqiegħed fis-suq bl-istess volum nett, l-istess karatteristiċi tekniċi, ta' effiċjenza u ta' prestazzjoni u l-istess tipi ta' komparimenti u volumi bħal mudell ieħor ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali mqiegħed fis-suq b'numru tal-kodiċi kummerċjali differenti mill-istess manifattur; |
|
(11) |
“kabinett għat-tkessiħ rapidu” tfisser mudell ta' kabinett għat-tkessiħ rapidu mqiegħed fis-suq bl-istess karatteristiċi tekniċi, tal-effiċjenza u tal-prestazzjoni, bħal mudell ta' kabinett għat-tkessiħ rapidu mqiegħed fis-suq b'numru tal-kodiċi kummerċjali differenti mill-istess manifattur; |
Definizzjonijiet relatati ma' unitajiet ta' kondensazzjoni
|
(12) |
“kapaċità tat-tkessiħ nominali” (PA ) tfisser il-kapaċità ta' tkessiħ li l-unità ta' kondensazzjoni tippermetti li jilħaq iċ-ċiklu ta' kompressjoni tal-fwar, ladarba jkun imqabbad ma' evaporator u ma' tagħmir ta' espansjoni, meta jkun qiegħed jaħdem b'kapaċità massima, u mkejla b'kundizzjonijiet standard nominali bit-temperatura ambjentali ta' referenza stabbilita fil-livell ta' 32 °C, espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali; |
|
(13) |
“input elettriku nominali” (DA ) tfisser l-input elettriku meħtieġ mill-unità ta' kondensazzjoni (inklużi l-kompressur, il-fan(fannijiet) tal-kondensatur, u awżiljarji possibbli) sabiex tintlaħaq il-kapaċità ta' tkessiħ nominali espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali; |
|
(14) |
“koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni” (COPA ) tfisser kapaċità ta' tkessiħ nominali, espressa f'kW, diviża bl-input elettriku nominali, espress f'kW, approssimat għal żewġ punti deċimali; |
|
(15) |
“koeffiċjenti tal-prestazzjoni COPB, COPC u COPD”, tifisser il-kapaċità tat-tkessiħ, espressa f'kW, maqsuma bl-input tal-qawwa, espress f'kW, espress f'żewġ punti deċimali fil-punti tar-rata B,C u D; |
|
(16) |
“proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali” (SEPR) huwa l-proporzjon tal-effiċjenza ta' unità ta' kondensazzjoni li jipprovdi tkessiħ b'kundizzjonijiet standard nominali, rappreżentattiv tal-varjazzjonijiet fit-temperatura tal-karga jew ambjentali matul is-sena, u kkalkolat bħala l-proporzjon bejn id-domanda ta' tkessiħ annwali u l-konsum annwali tal-elettriku, approssimat għal żewġ punti deċimali; |
|
(17) |
“domanda ta' tkessiħ annwali” tfisser is-somma ta' kull domanda għat-tkessiħ speċifika għall-intervall immoltiplikata bin-numru korrispondenti ta' sigħat f'intervall; |
|
(18) |
“domanda għat-tkessiħ speċifika għall-intervall” tfisser domanda għat-tkessiħ għal kull intervall fis-sena, ikkalkolata bħala l-kapaċità ta' tkessiħ nominali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali, espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali; |
|
(19) |
“karga parzjali” (Pc(Tj)) tfisser il-karga tat-tkessiħ f'temperatura ambjentali speċifika Tj, ikkalkolata bħala l-karga totali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali b'mod korrespondenti mal-istess temperatura ambjentali Tj u espressa f'kW fuq żewġ postijiet deċimali; |
|
(20) |
“proporzjon tal-karga parzjali” (PR(Tj)) f'temperatura ambjentali speċifika Tj tfisser il-temperatura ambjentali Tj mnaqqsa b' 5 °C diviża bit-temperatura ambjentali ta' referenza mnaqqsa b'5 °C, u — għal temperatura medja — immoltiplikata b'0,4 u miżjuda għal 0,6, u — għal temperatura baxxa — immoltiplikata b'0,2 u miżjuda għal 0,8. Għal temperatura ambjentali ogħla mit-temperatura ambjentali ta' referenza, il-proporzjon tal-karga parzjali, għandu jkun 1. Għal temperaturi ambjentali anqas minn 5 °C, il-proporzjon tal-karga parzjali, għandu jkun 0,6 għal temperatura medja u 0,8 għal temperatura baxxa. Il-proporzjoni tal-karga parzjali jista' jiġi espress fuq tliet postijiet deċimali jew bħala perċentwal, wara li ssir multiplikazzjoni b'100, fuq post deċimali wieħed. |
|
(21) |
“konsum annwali tal-elettriku” huwa kkalkolat bħala s-somma tal-proporzjonijiet bejn kull domanda għat-tkessiħ speċifika għall-intervall u l-koeffiċjent tal-prestazzjoni speċifiku għall-intervall korrispondenti, immoltiplikata bin-numru korrispondenti ta' sigħat f'intervall; |
|
(22) |
“temperatura ambjentali” tfisser temperatura tal-arja b'termometru niexef, espressa fi gradi Celsius; |
|
(23) |
“intervall” (binj ) tfisser kombinazzjoni ta' temperatura ambjentali T j u sigħat f'intervall h j , kif stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness VI; |
|
(24) |
“sigħat f'intervall” (hj ) tfisser is-sigħat fis-sena li fihom ikun hemm temperatura ambjentali għal kull intervall, kif stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness VI; |
|
(25) |
“temperatura ambjentali ta' referenza” tfisser temperatura ambjentali, espressa fi gradi Celsius, li fiha l-proporzjon tal-karga parzjali huwa ekwivalenti għal 1. It-temperatura hija stabbilita fil-livell ta' 32 °C; |
|
(26) |
“koeffiċjent tal-prestazzjoni speċifiku għall-intervall” (COPj ) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni għal kull interval fis-sena, derivat mill-karga parzjali, id-domanda tat-tkessiħ iddikjarata u l-koeffiċjent ta' prestazzjoni ddikjarat għal intervalli speċifikati, u kkalkolat għal intervalli oħra b'interpolazzjoni lineari, korretta fejn neċessarju bil-koeffiċjent ta' degradazzjoni; |
|
(27) |
“domanda ta' tkessiħ iddikjarata” tfisser id-domanda ta' tkessiħ f'numru limitat ta' intervalli speċifikati, u kkalkolata bħala l-kapaċità ta' tkessiħ nominali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali korrispondenti; |
|
(28) |
“koeffiċjent tal-prestazzjoni ddikjarat” tfisser il-koeffiċjent ta' prestazzjoni f'numru limitat ta' intervalli speċifikati, u kkalkolat bħala l-kapaċità ta' tkessiħ iddikjarat diviża mill-input elettriku ddikjarat; |
|
(29) |
“kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata” tfisser il-kapaċità ta' tkessiħ li l-unità tipproduċi sabiex tilħaq id-domanda ta' tkessiħ speċifika f'numru limitat ta' intervalli speċifikati, espressi f'kW approssimati għal żewġ punti deċimali; |
|
(30) |
“input elettriku ddikjarat” tfisser l-input elettriku meħtieġ mill-unità ta' kondensazzjoni sabiex tilħaq il-kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata, espress f'kW approssimat għal żewġ punti deċimali; |
|
(31) |
“koeffiċjent ta' degradazzjoni” (Cdc) huwa stabbilit fil-livell ta' 0,25 u jfisser il-kejl tat-telf fl-effiċjenza minħabba ċ-ċikliċità possibbli mitfija/mixgħula tal-unitajiet ta' kondensazzjoni meħtieġa biex tissodisfa il-karga parzjali rikjesta fil-kaz li l-kontroll tal-kapaċità tal-unità ma jkunx jista' jiskariga sal-karga parzjali rekwiżita; |
|
(32) |
“kontroll tal-kapaċità” tfisser il-kapaċità tal-unità ta' kondensazzjoni li tibdel il-kapaċità tagħha billi tibdel ir-rata tal-fluss volumetriku tar-refriġeranti, li għandu jiġi indikat bħala “fiss” jekk l-unità ma tkunx tista' tibdel ir-rata tal-fluss volumetriku tagħha, “staged” jekk tinbidel ir-rata tal-fluss volumetriku jew tvarja f'serje ta' mhux aktar minn żewġ passi, jew “varjabbli” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f'serje ta' tliet passi jew aktar; |
Definizzjonijiet relatati għaċ-chillers tal-proċess
|
(33) |
“kapaċità ta' tkessiħ nominali” (PA), espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali, ifisser il-kapaċità ta' tkessiħ li ċ-chiller tal-proċess kapaċi jilħaq, meta jkun qiegħed jaħdem b'kapaċità massima, u kkalkolata skont kundizzjonijiet standard nominali bit-temperatura ambjentali ta' referenza fil-livell ta' 35 °C għaċ-chillers mkessħa bl-arja u temperatura tal-inlet tal-ilma fil-kondensatur fil-livell ta' 30 °C għal chillers imkessħa bl-ilma; |
|
(34) |
“input elettriku nominali” (DA ) tfisser l-input elettriku meħtieġ miċ-chiller tal-proċess (inkluż il-kompressur, il-kondensatur, il-fann(ijiet) jew pompa/pompi, il-pompa/pompi tal-evaporazzjoni u l-awżiljarji possibbli) biex tintlaħaq il-kapaċità ta' tkessiħ nominali, espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali; |
|
(35) |
“proporzjon tal-effiċjenza enerġetika nominali” (EERA ) tfisser il-kapaċità ta' tkessiħ nominali, espressa f'kW, diviża b'input elettriku nominali, espress f'kW, approssimat għal żewġ punti deċimali; |
|
(36) |
“proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali” (SEPR) huwa l-proporzjon tal-effiċjenza ta' refrigerant tal-proċess sabiex jiġi pprovdut tkessiħ b'kundizzjonijiet standard nominali, li jirrappreżenta varjazzjonijiet fil-karga u temperatura ambjentali matul is-sena, u kkalkolata bħala l-proporzjon bejn id-domanda tat-tkessiħ annwali u l-konsum annwali tal-elettriku, approssimat għal żewġ punti deċimali; |
|
(37) |
“domanda tat-tkessiħ annwali” tfisser is-somma ta' kull domanda tat-tkessiħ speċifika għall-intervall immoltiplikata min-numru korrispondenti ta' sigħat f'intervall; |
|
(38) |
“domanda tat-tkessiħ speċifika għall-intervall” tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ nominali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali, għal kull interval fis-sena, espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali; |
|
(39) |
“karga parzjali” (Pc(Tj)) tfisser il-karga tat-tkessiħ f'temperatura ambjentali speċifika Tj, ikkalkolata bħala l-karga sħiħa mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali b'mod korrespondenti mal-istess temperatura ambjentali Tj u espressa f'kW fuq żewġ postijiet deċimali; |
|
(40) |
“proporzjon tal-karga parzjali” (PR(Tj)) f'temperatura ambjentali speċifika Tj tfisser:
Il-proporzjon tal-karga parzjali jista' jiġi espress fuq tliet postijiet deċimali jew bħala perċentwal, wara l-multiplikazzjoni b'100, fuq post deċimali wieħed |
|
(41) |
“konsum annwali tal-elettriku” huwa kkalkolat bħala s-somma tal-proporzjonijiet bejn kull domanda għat-tkessiħ speċifika għall-intervall u l-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifika għall-intervall, immoltiplikata bin-numru korrispondenti ta' sigħat fl-intervall; |
|
(42) |
“temperatura ambjentali” tfisser:
|
|
(43) |
“intervall” (binj ) tfisser kombinazzjoni ta' temperatura ambjentali T j u sigħat f'intervall h j , kif stabbilit fl-Anness VIII; |
|
(44) |
“sigħat f'intervall” (hj ) tfisser is-sigħat kull sena li matulhom ikun hemm temperatura ambjentali għal kull intervall, kif stabbilit fl-Anness VIII; |
|
(45) |
“temperatura ambjentali ta' referenza” tfisser it-temperatura ambjentali, espressa fi gradi Celsius, li fiha l-proporzjon ta' karga parzjali huwa ekwivalenti għal 1. Din għandha tiġi stabbilita fil-livell ta' 35 °C. Għal chillers tal-proċess imkessħa bl-arja, it-temperatura tal-inlet tal-arja għall-kondensatur, hija definita fil-livell ta' 35 °C filwaqt li għaċ-chillers tal-proċess imkessħa bl-ilma, it-temperatura tal-inlet tal-ilma għall-kondensatur hija definita fil-livell ta' 30 °C; |
|
(46) |
“proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifika għall-intervall” (EERj ) tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza tal-enerġija għal kull interval fis-sena, derivat mill-karga parzjali, id-domanda tat-tkessiħ iddikjarata u l-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika ddikjarat għal intervalli speċifikati, u kkalkolat għal intervalli oħra b'interpolazzjoni lineari, ikkoreġut fejn neċessarju bil-koeffiċjent ta' degradazzjoni; |
|
(47) |
“domanda tat-tkessiħ iddikjarata” tfisser domanda tat-tkessiħ f'numru limitat ta' intervalli speċifikati, u kkalkolata bħala l-kapaċità tat-tkessiħ nominali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali korrispondenti; |
|
(48) |
“proporzjon tal-effiċjenza enerġetika ddikjarat” tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika f'numru limitat ta' intervalli speċifikati; |
|
(49) |
“input elettriku ddikjarat” tfisser l-input elettriku meħtieġ miċ-chiller tal-proċess sabiex jilħaq il-kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata; |
|
(50) |
“kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata” tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ prodotta miċ-chiller sabiex jilħaq id-domanda tat-tkessiħ iddikjarata; |
|
(51) |
“koeffiċjent ta' degradazzjoni” (Cc) tfisser il-kejl tat-telf tal-effiċjenza minħabba ċ-ċikliċità taċ-chillers tal-proċess fil-karga parzjali; jekk Cc mhux determinat bil-kejl, allura l-koeffiċjent ta' degradazzjoni predefinit huwa Cc = 0,9; |
|
(52) |
“kontroll tal-kapaċità” tfisser il-kapaċità taċ-chiller tal-proċess li jibdel il-kapaċità tiegħu billi jibdel ir-rata tal-fluss volumetriku tar-refriġerant, li għandu jiġi indikat bħala “fiss” jekk iċ-chiller ta' proċess ma jistax jibdel ir-rata tal-fluss volumentriku tiegħu, “stadjat” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tiġi varjata f'sensiela ta' mhux aktar minn żewġ passi, jew “varjabbli” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f'sensiela ta' tliet passi jew aktar; |
Definizzjonijiet komuni:
|
(53) |
“potenzjal ta' riskaldament globali” (GWP) tfisser il-kejl ta' kemm 1 kg ta' refrigerant applikat fiċ-ċiklu ta' kompressjoni ta' fwar huwa stmat li jikkontribwixxi għar-riskaldament globali, espress f'ekwivalenti ta' kg CO2 fuq perjodu ta' mitt sena (100); |
|
(54) |
għar-refriġeranti fluworinati, il-valuri GWP huma dawk ippubblikati fir-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni adottat mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (1) (valuri tal-2007 tal-IPCC għall-GWP għall-perjodu ta' 100 sena); |
|
(55) |
għall-gassijiet mhux fluworinati, il-valuri GWP huma dawk ippubblikati fl-ewwel valutazzjoni IPCC għall-perjodu ta' 100 sena; |
|
(56) |
Il-valuri GWP għal taħlitiet ta' refriġeranti huma bbażati fuq il-formula stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, bil-valuri tar-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni adottat mill-Panel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (valuri tal-2007 tal-IPCC għall-GWP għall-perjodu ta' 100 sena); |
|
(57) |
għar-refriġeranti mhux inklużi fir-referenzi msemmija hawn fuq, ir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-2010 tal-Panil għal-Valutazzjoni Xjentifika (2) (SAP) skont il-Protokoll ta' Montreal u r-rapport tal-2010 tal-UNEP dwar ir-Refriġerazzjoni, l-Arja Kkundizzjonata u l-Pompi tas-Sħana, (3) jew rapporti aktar ġodda jekk disponibbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ, jintużaw bħala referenzi. |
(1) Ir-Raba' Valutazzjoni tal-IPCC tal-2007 dwar it-Tibdil fil-Klima, Rapport tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima: http://www.ipcc.ch/publications_and_data/publications_and_data_reports.shtml
(2) http://ozone.unep.org/Assessment_Panels/SAP/Scientific_Assessment_2010/index.shtml
(3) http://ozone.unep.org/teap/Reports/RTOC/
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali u kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida
1. REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA
|
(a) |
Il-kabinetti tal-ħżin refriġirat professjonali skont il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, minbarra kabinetti heavy-duty u friġġijiet friżers, għandhom jikkonformaw mal-limiti tal-indiċi tal-effiċjenza enerġitika (EEI) li ġejjin:
L-EEI ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali għandu jiġi kkalkolat skont il-proċedura deskritta fl-Anness III. |
|
(b) |
Mill-1 ta' Lulju 2016, il-kabinetti heavy-duty għandu jkollhom EEI aktar baxx minn 115. |
2. REKWIŻITI GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT
|
(a) |
Mill-1 ta' Lulju 2016, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-prodott li ġejja dwar il-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, u fuq il-websajts b'aċċess b'xejn għall-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi:
It-Tabella 1 ta' hawn taħt tipprovdi l-għamla indikattiva għall-informazzjoni rikjesta Tabella 1 Rekwiżiti ta' informazzjoni għal kabinetti għall-ħżin refriġerat professjonali
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
Mill-1 ta' Lulju 2016, fil-każ ta' kabinetti għall-ħżin refriġerat professjonali, għandha tiġi pprovduta taqsima tal-websajts b'aċċess liberu tal-manifatturi għall-istallaturi u professonisti oħra, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi, li tkun tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(c) |
Mill-1 ta' Lulju 2016 l-informazzjoni indikattiva li ġejja dwar il-prodott għall-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida għandha tiġi pprovduta fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, u fuq il-websajts b'aċċess b'xejn għall-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi:
|
|
(d) |
Id-dokumentazzjoni teknika għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 tinkludi l-elementi li ġejjin:
|
(1) Id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1).
ANNESS III
Metodu għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali
Għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ta' mudell ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali, il-konsum annwali tal-enerġija huwa mqabbel mal-konsum annwali tal-enerġija standard.
L-EEI jiġi kkalkolat bħala:
EEI = (AEC/SAEC) × 100
Fejn:
AEC = E24h × af × 365
AEC= konsum annwali tal-enerġija tal-kabinett f'kWh/sena
E24h= konsum annwali tal-enerġija tal-kabinett fuq 24 siegħa
af = fattur ta' aġġustament li għandu jiġi applikat biss għal kabinetti light-duty, skont l-Anness IV, punt 2(b)
SAEC = M × Vn + N
SAEC= konsum annwali tal-enerġija standard tal-kabinett f'kWh/sena
Vn= volum nett tal-apparat, li huma s-somma tal-volumi netti tal-kabinetti kollha tal-kabinett, espress f'litri.
M u N huma mogħtija fit-Tabella 2.
Tabella 2
Valuri koeffiċjenti M u N
|
Kategorija |
Valur għal M |
Valur għal N |
|
Imkessaħ Vertikali |
1,643 |
609 |
|
Friża Vertikali |
4,928 |
1 472 |
|
Bank Imkessaħ |
2,555 |
1 790 |
|
Bank Friża |
5,840 |
2 380 |
ANNESS IV
Miżuri u kalkoli għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali
|
1. |
Għall-finijiet ta' konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandhom isiru miżuri u kalkoli li jużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom kienu ppubblikati għal dak l-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew li jużaw metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra li jikkunsidraw il-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti. Fil-każ ta' kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stabbiliti fil-punti 2 u 3. |
|
2. |
Għall-istabbiliment tal-valuri tal-konsum annwali tal-enerġija, u l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, il-kejl isir skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
3. |
Il-kundizzjonijiet ambjentali tal-klassijiet tal-klima 3, 4 u 5 huma indikati fit-Tabella 3.
Tabella 3 Kundizzjonijiet ambjentali tal-klassijiet 3, 4 u 5 tal-klima
|
ANNESS V
Rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni
1. REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA
|
(a) |
Mill-1 ta' Lulju 2016, il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COP) u l-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali (SEPR) tal-unitajiet ta' kondensazzjoni ma għandhomx ikunu anqas mill-valuri li ġejjin:
|
|
(b) |
Mill-1 ta' Lulju 2018, il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COP) u l-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali (SEPR) tal-unitajiet ta' kondensazzjoni staġjonali ma għandux ikun anqas mill-valuri li ġejjin:
|
|
(c) |
Għall-unitajiet ta' kondensazzjoni intenzjonati li jiġu kkargati bi fluwidu refriġeranti li għandu potenzjal ta' riskaldament globali anqas minn 150, il-valuri COP u SEPR jistgħu jkunu anqas mill-valuri indikati fil-punt 1(a) b'massimu ta' 15 % u fil-punt 1(b) b'massimu ta' 10 %. |
|
(d) |
L-unitajiet tal-kondensazzjoni li kapaċi joperaw kemm fit-temperatura medja kif ukoll dik baxxa għandhom jikkonformaw mar-rekċiżiti ta' kull kategorija li jkunu ddikjarati għaliha. |
2. REKWIŻITI GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT
Mill-1 ta' Lulju 2016, tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja dwar il-prodott għall-unitajiet ta' kondensazzjoni:
|
(a) |
il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, u websajts aċċessibbli mingħajr ħlas tal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importatur, għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:
|
|
(b) |
taqsima tal-websajts b'aċċess liberu tal-manifatturi għall-istallaturi u professonisti oħra, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi, li tkun tinkludi l-informazzjoni dwar:
|
|
(c) |
id-dokumentazzjoni teknika għall-finijiet tal-valutazzjoni ta' konformità skont l-Artikolu 4 tinkludi l-elementi li ġejjin:
|
It-Tabelli 4 u 5 ta' hawn taħt jipprovdu għamla indikattiva għall-informazzjoni rikjesta
Tabella 4
Rekwiżiti ta' informazzjoni għal unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità ta' tkessiħ nominali aktar baxxa minn 5 kW u 2 kW għal temperaturi operatorji medji u baxxi rispettivament
|
Mudell(i): [informazzjoni li tidentifika l-mudell(i) li hija relatat miegħu/magħhom l-informazzjoni] |
||||||
|
Fluwidu/fluwidi refriġeranti: [informazzjoni għall-identifikazzjoni ta' fluwidu/fluwidi refriġeranti intenzjonat(i) sabiex jintużaw f'unitajiet ta' kondensazzjoni] |
||||||
|
Punt |
Simbolu |
Valur |
Unità |
|||
|
Temperatura evaporatorja (*1) |
t |
– 10 °C |
– 35 °C |
°C |
||
|
Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 32 °C |
||||||
|
Kapaċità ta' tkessiħ nominali |
PA |
x,xxx |
x,xxx |
kW |
||
|
Input elettriku nominali |
DA |
x,xxx |
x,xxx |
kW |
||
|
COP nominali |
COPA |
x,xx |
x,xx |
|
||
|
Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 25 °C |
||||||
|
Kapaċità ta' tkessiħ |
P2 |
x,xxx |
x,xxx |
kW |
||
|
Input elettriku |
D2 |
x,xxx |
x,xxx |
kW |
||
|
COP |
COP2 |
x,xx |
x,xx |
|
||
|
Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 43 °C (fejn ikun applikabbli) |
||||||
|
Kapaċità ta' tkessiħ |
P3 |
x,xxx |
x,xxx |
kW |
||
|
Input elettriku |
D3 |
x,xxx |
x,xxx |
kW |
||
|
COP |
COP3 |
x,xx |
x,xx |
|
||
|
Punti oħra |
||||||
|
Kontroll tal-kapaċità |
fiss/fi stadji/varjabbli |
|||||
|
Dettalji ta' kuntatt |
Isem u indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
|||||
Tabella 5
Rekwiżiti ta' informazzjoni għall-unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità friġeratorja nominali ogħla minn 5 kW u 2 kW għal temperaturi operatorji medji u baxxi rispettivament
|
Mudell(i): [informazzjoni li tidentifika l-mudell (i) li hija relatata miegħu/magħhom l-informazzjoni] |
|||||
|
Fluwidu(i) refriġeranti: [informazzjoni għall-identifikazzjoni ta' fluwidu(i) refriġeranti intenzjonat (i) sabiex jintużaw f'unitajiet ta' kondensazzjoni] |
|||||
|
Punt |
Simbolu |
Valur |
Unità |
||
|
Temperatura evaporatorja (*2) |
T |
– 10 °C |
– 35 °C |
°C |
|
|
Konsum annwali tal-elettriku |
Q |
x |
x |
kWh/a |
|
|
Proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali |
SEPR |
x,xx |
x,xx |
|
|
|
Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 32 °C (Punt A) |
|||||
|
Kapaċità ta' tkessiħ nominali |
PA |
x,xx |
x,xx |
kW |
|
|
Input elettriku nominali |
DA |
x,xx |
x,xx |
kW |
|
|
COP nominali |
COPA |
x,xx |
x,xx |
|
|
|
Parametri b'karga parzjali u temperatura ambjentali ta' 25 °C (Punt B) |
|||||
|
Kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata |
PB |
x,xx |
x,xx |
kW |
|
|
Input elettriku ddikjarat |
DB |
x,xx |
x,xx |
kW |
|
|
COP iddikjarat |
COPB |
x,xx |
x,xx |
|
|
|
Parametri b'karga parzjali u temperatura ambjentali ta' 15 °C (Punt C) |
|||||
|
Kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata |
Pc |
x,xx |
x,xx |
kW |
|
|
Input elettriku ddikjarat |
Dc |
x,xx |
x,xx |
kW |
|
|
COP iddikjarat |
COPC |
x,xx |
x,xx |
|
|
|
Parametri b'karga parzjali u temperatura ambjentali ta' 5 °C (Punt D) |
|||||
|
Kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata |
PD |
x,xx |
x,xx |
kW |
|
|
Input elettriku ddikjarat |
DD |
x,xx |
x,xx |
kW |
|
|
COP iddikjarat |
COPD |
x,xx |
x,xx |
|
|
|
Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 43 °C (fejn ikun applikabbli) |
|||||
|
Kapaċità ta' tkessiħ |
P3 |
x,xx |
x,xx |
kW |
|
|
Input elettriku |
D3 |
x,xx |
x,xx |
kW |
|
|
COP dikjrata |
COP3 |
x,xx |
x,xx |
|
|
|
Punti oħra |
|||||
|
Kontroll tal-kapaċità |
fiss/fi stadji/varjabbli |
||||
|
Koeffiċjent ta' degradazzjoni għal unitajiet fissi u fi stadji tal-kapaċità |
Cdc |
0,25 |
|
||
|
Dettalji ta' kuntatt |
Isem u indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
||||
(*1) Għall-unitajiet ta' kondensazzjoni sabiex joperaw biss temperatura evaporatorja waħda, tista' titħassar waħda miż-żewġ kolonni relatati ma' “Valur”.
(*2) Għall-unitajiet ta' kondensazzjoni maħsuba biex joperaw biss f'temperatura evaporatorja waħda, tista' titħassar waħda miż-żewġ kolonni relatati ma' “Valur”.
ANNESS VI
Kejl u kalkoli għall-unitajiet ta' kondensazzjoni
|
1. |
Għall-finijiet tal-konformità u l-verifika tal-konformità ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli jsiru permezz ta' standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġie ppubblikat għal dak l-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew permezz tal-użu ta' metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra li jikkunsidraw il-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti. Huma għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stabbiliti fil-punt 2. |
|
2. |
Sabiex jiġu stabbiliti l-valuri tal-kapaċità ta' tkessiħ, l-input elettriku, il-koeffiċjent tal-prestazzjoni u l-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali, il-kejl isir skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
Tabella 6
Varjazzjonijiet tat-temperaturi fuq barra matul is-sena skont kundizzjonijiet klimatiċi medji fl-Ewropa għall-unitajiet ta' kondensazzjoni
|
j |
Tj |
hj |
|
1 |
– 19 |
0,08 |
|
2 |
– 18 |
0,41 |
|
3 |
– 17 |
0,65 |
|
4 |
– 16 |
1,05 |
|
5 |
– 15 |
1,74 |
|
6 |
– 14 |
2,98 |
|
7 |
– 13 |
3,79 |
|
8 |
– 12 |
5,69 |
|
9 |
– 11 |
8,94 |
|
10 |
– 10 |
11,81 |
|
11 |
– 9 |
17,29 |
|
12 |
– 8 |
20,02 |
|
13 |
– 7 |
28,73 |
|
14 |
– 6 |
39,71 |
|
15 |
– 5 |
56,61 |
|
16 |
– 4 |
76,36 |
|
17 |
– 3 |
106,07 |
|
18 |
– 2 |
153,22 |
|
19 |
– 1 |
203,41 |
|
20 |
0 |
247,98 |
|
21 |
1 |
282,01 |
|
22 |
2 |
275,91 |
|
23 |
3 |
300,61 |
|
24 |
4 |
310,77 |
|
25 |
5 |
336,48 |
|
26 |
6 |
350,48 |
|
27 |
7 |
363,49 |
|
28 |
8 |
368,91 |
|
29 |
9 |
371,63 |
|
30 |
10 |
377,32 |
|
31 |
11 |
376,53 |
|
32 |
12 |
386,42 |
|
33 |
13 |
389,84 |
|
34 |
14 |
384,45 |
|
35 |
15 |
370,45 |
|
36 |
16 |
344,96 |
|
37 |
17 |
328,02 |
|
38 |
18 |
305,36 |
|
39 |
19 |
261,87 |
|
40 |
20 |
223,90 |
|
41 |
21 |
196,31 |
|
42 |
22 |
163,04 |
|
43 |
23 |
141,78 |
|
44 |
24 |
121,93 |
|
45 |
25 |
104,46 |
|
46 |
26 |
85,77 |
|
47 |
27 |
71,54 |
|
48 |
28 |
56,57 |
|
49 |
29 |
43,35 |
|
50 |
30 |
31,02 |
|
51 |
31 |
20,21 |
|
52 |
32 |
11,85 |
|
53 |
33 |
8,17 |
|
54 |
34 |
3,83 |
|
55 |
35 |
2,09 |
|
56 |
36 |
1,21 |
|
57 |
37 |
0,52 |
|
58 |
38 |
0,40 |
ANNESS VII
Rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-chillers tal-proċess
1. REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA
|
(a) |
Mill-1 ta' Lulju 2016, il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali (SEPR) taċ-chillers tal-proċess ma jkunx anqas mill-valuri li ġejjin:
|
|
(b) |
Mill-1 ta' Lulju 2018, il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali (SEPR) taċ-chiller tal-proċess ma għandux ikun anqas mill-valuri li ġejjin:
|
|
(c) |
Għaċ-chillers tal-proċess maħsuba biex ikunu kkargati bi fluwidu refriġeranti li għandu potenzjal ta' riskaldament globali potenzjali anqas minn 150, il-valuri SEPR jistgħu jkunu anqas mill-valuri indikati fil-punti 1(a) u (b) b'massimu ta' 10 %. |
2. REKWIŻITI GĦALL-INFORMAZZJONI TAL-PRODOTT
Mill-1 ta' Lulju 2016, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-prodott li ġejja għaċ-chillers tal-proċess:
|
(a) |
il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, u l-websajts b'aċċess mingħajr ħlas tal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi, li jinkludu l-elementi li ġejjin:
|
|
(b) |
taqsima tal-websajts b'aċċess liberu tal-manifatturi għall-istallaturi u professonisti oħra, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi, li tkun tinkludi l-informazzjoni dwar:
|
|
(c) |
id-dokumentazzjoni teknika għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 tinkludi l-elementi li ġejjin:
|
Tabella 7
Rekwiżiti ta' informazzjoni għaċ-chillers tal-proċess
|
Mudell(i): [informazzjoni li tidentifika l-mudell(i) li hija relatata miegħu/magħhom l-informazzjoni] |
||||||
|
Tip ta’ kondensazzjoni: [imkessħa bl-arja / imkessħa bl-ilma] |
||||||
|
Fluwidu(i) refriġeranti: [informazzjoni li tidentifika l-fluwidu/fluwidi refriġeranti maħsub/a sabiex jintużaw miċ-chiller tal-proċess] |
||||||
|
Punt |
Simbolu |
Valur |
Unità |
|||
|
Temperatura operatorja |
t |
– 8 °C |
– 25 °C |
°C |
||
|
Proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali |
SEPR |
x,xx |
x,xx |
|
||
|
Konsum annwali tal-elettriku |
Q |
x |
X |
kWh/a |
||
|
Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' referenza (Punt A) |
||||||
|
Kapaċità tat-tkessiħ nominali |
PA |
x,xx |
x,xx |
kW |
||
|
Input elettriku nominali |
DA |
x,xx |
x,xx |
kW |
||
|
EER nominali |
EERA |
x,xx |
x,xx |
|
||
|
Parametri bil-punt nominali B |
||||||
|
Kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata |
PB |
x,xx |
x,xx |
kW |
||
|
Input elettriku ddikjarat |
DB |
x,xx |
x,xx |
kW |
||
|
EER iddikjarat |
EERB |
x,xx |
x,xx |
|
||
|
Parametri bil-punt nominali C |
||||||
|
Kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata |
Pc |
x,xx |
x,xx |
kW |
||
|
Input elettriku ddikjarat |
Dc |
x,xx |
x,xx |
kW |
||
|
EER iddikjarat |
EERC |
x,xx |
x,xx |
|
||
|
Parametri bil-punt nominali D |
||||||
|
Kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata |
PD |
x,xx |
x,xx |
kW |
||
|
Input elettriku ddikjarat |
DD |
x,xx |
x,xx |
kW |
||
|
EER iddikjarat |
EERD |
x,xx |
x,xx |
|
||
|
Punti oħra |
||||||
|
Kontroll tal-kapaċità |
|
fiss/fi stadji (*2)/varjabbli |
||||
|
Koeffiċjent ta' degradazzjoni għal unitajiet ta' kapaċità fissi jew fi stadji (*1) |
Cc |
x,xx |
x,xx |
|
||
|
Dettalji ta' kuntatt |
Isem u indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
|||||
(*1) Jekk Cc mhux determinat b'kejl, allura l-koeffiċjent ta' degradazzjoni prestabbilit għandu jkun Cc = 0,9. Meta jintgħażel il-valur Cc prestabbilit, allura r-riżultati taċ-ċikliċità ma għandux ikun meħtieġ. Inkella, għandu jkun meħtie il-valur tat-test taċ-ċikliċità tat-tkessiħ.
(*2) Għal unitajiet ta' kapaċità fi stadji, għandhom jiġu ddikjarati f'kull kaxxa żewġ valuri diviżi bi slash (“/”) fit-taqsima li tirreferi għall-“kapaċità tat-tkessiħ” u l-“EER”.
Għaċ-chillers tal-proċess intenzjonati li joperaw b'temperatura waħda biss, tista' titħassar waħda miż-żewġ kolonni relatati mal-“Valur”.
ANNESS VIII
Kejl u kalkoli għaċ-chillers tal-proċess
|
1. |
Għall-finijiet tal-konformità u l-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom jintużaw permezz ta' standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati għal dak l-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew permezz tal-użu ta' metodi oħra affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jikkunsidraw il-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti. Huma jissodisafw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stabbiliti fil-punti 2 u 3. |
|
2. |
Għall-istabbiliment tal-valuri tal-kapaċità tat-tkessiħ, l-input elettriku, il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika u l-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali, il-kejl isir skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
ANNESS IX
Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali
Meta jsiru l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II:
|
1. |
L-awtoritajiet tal-Istat Membru jittestjaw unità unika waħda għal kull mudell. |
|
2. |
Il-mudell għandu jiġi kkunsidrat bħala li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II meta:
|
|
3. |
Meta r-riżultat imsemmi fil-punt 2 ma jintlaħaqx, l-awtoritajiet tal-Istat Membru jagħżlu b'mod każwali tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell għall-ittestjar. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet addizzjonali magħżula jistgħu jkunu mudell wieħed jew aktar differenti li ġew elenkati bħala prodott ekwivalenti fid-dokumentazzjoni teknika. |
|
4. |
Il-mudell għandu jiġi kkunsidrat li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II meta:
|
|
5. |
Jekk ir-riżultati msemmija fil-punt 4 ma jintlaħqux, il-mudell u l-mudelli l-oħra kollha ta' kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali ekwivalenti għandhom jiġu kkunsidrati li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu r-riżultati tat-test u informazzjoni rilevanti oħra lill-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni ta' nuqqas ta' konformità tal-mudell. |
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jużaw il-metodi ta' kejl u ta' kalkolu stabbiliti fl-Annessi III u IV.
It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness, huma relatati biss għall-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet ta' Stat Membru u ma jiġux użati mill-fornitur bħala tolleranza permessa sabiex jiġu stabbiliti l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fil-fajl tal-prodott mhumiex aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri rrapportati fid-dokumentazzjoni teknika.
ANNESS X
Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq għall-unitajiet ta' kondensazzjoni
Meta jwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V:
|
1. |
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità unika għal kull mudell. |
|
2. |
Il-mudell tal-unità ta' kondensazzjoni għandu jiġi kkunsidrat li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness V meta:
|
|
3. |
Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2 ma jintlaħaqx, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jagħżlu b'mod każwali tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell għall-ittestjar. |
|
4. |
Il-mudell tal-unità ta' kondensazzjoni għandu jiġi kkunsidrat li ma jikkonformax mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness V meta:
|
|
5. |
Jekk ir-riżultati msemmija fil-punt 4 ma jintlaħqux, il-mudell għandu jiġi kkunsidrat li ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament. |
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jużaw il-metodi ta' kejl u kalkolu stabbiliti fl-Anness VI.
It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma relatati biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istat Membru u ma jintużawx mill-fornitur bħala tolleranza permessa sabiex jiġu stabbiliti l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika.
ANNESS XI
Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq għaċ-chillers tal-proċess
Meta jwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VII:
|
1. |
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unitá unika għal kull mudell. |
|
2. |
Il-mudell taċ-chiller tal-proċess għandu jiġi kkunsidrat li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness VII meta:
|
|
3. |
Meta r-riżultat imsemmi fil-punt 2 ma jintlaħaqx, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu b'mod każwali tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell għall-ittestjar. |
|
4. |
Il-mudell taċ-chiller tal-proċess għandu jiġi kkunsidrat li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness VII meta:
|
|
5. |
Jekk ir-riżultati msemmija fil-punt 4 ma jintlaħqux, il-mudell għandu jiġi kkunsidrat li ma jikkonformax ma'dan ir-Regolament. |
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jużaw il-metodi ta' kejl u kalkolu stabbiliti fl-Anness VIII.
It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma relatati biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istat Membru u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa sabiex jiġu stabbiliti l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika.
ANNESS XII
Parametri ta' referenza indikattivi msemmija fl-Artikolu 6
|
1. |
Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ġiet identifikata kif ġej l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-kabinetti tal-ħżin refriġirat professjonali f'termini tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI):
|
|
2. |
Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ġiet identifikata kif ġej l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-unitajiet ta' kondensazzjoni f'termini ta' koeffiċjent ta' prestazzjoni nominali u proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali:
|
|
3. |
Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ġiet identifikata l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għaċ-chillers tal-proċess f'termini ta' proporzjon ta' prestazzjoni enerġetika staġjonali:
|