|
8.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 177/2 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1094
tal-5 ta' Mejju 2015
li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2010/30/UE titlob li l-Kummissjoni tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar tal-prodotti relatati mal-enerġija li għandhom potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u li għandhom differenzi kbar fil-livelli tal-prestazzjoni b'funzjonalità ekwivalenti. |
|
(2) |
L-enerġija kkunsmata mill-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali tammonta għal proporzjon sinifikanti mid-domanda totali għall-elettriku fl-Unjoni, u hemm differenza kbira bejn l-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali b'funzjonalità ekwivalenti f'termini tal-effiċjenza enerġetika. Hemm possibbiltà sinifikanti li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija tagħhom. Il-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali għalhekk għandhom ikunu koperti b'rekwiżiti dwar it-tikkettar tal-enerġija. |
|
(3) |
Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet armonizzati dwar it-tikkettar u l-informazzjoni standard dwar il-prodotti fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika tal-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali sabiex jipprovdu inċentivi għall-manifatturi biex itejbu l-effiċjenza enerġetika ta' dawk il-prodotti, jinkoraġġixxu lill-utenti finali biex jixtru prodotti effiċjenti fl-enerġija u jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern. |
|
(4) |
L-effett kombinat ta' dan ir-Regolament u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 (2) huwa mistenni li jwassal għal iffrankar annwali stmat ta' madwar 1,8 TWh ta' enerġija fl-2020 u 4,1 TWh fl-2030, li jikkorrispondu għal 0,7 u 1,4 miljun tunnellata ekwivalenti ta' CO2, meta mqabbel ma' dak li jiġri kieku ma tittieħed l-ebda miżura. |
|
(5) |
L-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta għandha tinkiseb permezz ta' proċeduri tal-kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli bbażati fuq l-aktar metodi moderni rikonoxxuti, inkluż, fejn ikunu disponibbli, l-istandards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet għall-istandardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea (3). |
|
(6) |
Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi tat-tikketti tal-prodott għall-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali. |
|
(7) |
Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għall-iskeda tal-prodott u d-dokumentazzjoni teknika għall-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali. |
|
(8) |
Fuq kollox, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għall-informazzjoni li għandha tingħata fi kwalunkwe forma ta' bejgħ ta' kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali li jsir mill-bogħod u fi kwalunkwe reklam u materjal promozzjonali tekniku għal dawn il-prodotti. |
|
(9) |
Huwa xieraq li jsir provvediment għal eżami tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jieħu kont tal-progress teknoloġiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar ta', u l-provvediment ta' informazzjoni supplimentari tal-prodott, dwar il-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali li jaħdmu bid-dawl, inklużi dawk mibjugħa għar-refriġerazzjoni ta' prodotti alimentari u għalf tal-annimali.
3. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-prodotti li ġejjin:
|
(a) |
kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali li s-sors tal-enerġija prinċipali tagħhom mhuwiex l-elettriku; |
|
(b) |
kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali li jaħdmu b'unità ta' kondensazzjoni remota; |
|
(c) |
kabinetti miftuħa, fejn il-ftuħ tagħhom huwa rekwiżit fundamentali għall-funzjonalità primarja tagħhom; |
|
(d) |
kabinetti mfasslin speċifikament għall-ipproċessar tal-ikel, fejn il-preżenza biss ta' kompartiment wieħed, b'volum nett ekwivalenti għal anqas minn 20 % tal-volum nett totali tal-kabinett u mfassal speċifikament għall-ipproċessar tal-ikel, mhijiex biżżejjed għall-eżenzjoni; |
|
(e) |
kabinetti mfasslin speċifikament għall-iskop li jwaqqgħu b'mod ikkontrollat is-silġ ta' prodotti alimentari ffriżati, fejn il-preżenza biss ta' kompartiment wieħed imfassal speċifikament għat-twaqqigħ b'mod ikkontrollat tas-silġ ta' prodotti alimentari ffriżati, mhijiex suffiċjenti għall-eżenzjoni; |
|
(f) |
friġġijiet għall-insalata (saladettes); |
|
(g) |
bankijiet ta' qadi (serve-over) u forom simili oħra ta' kabinetti maħsuba prinċipalment għat-turija u l-bejgħ ta' prodotti alimentari flimkien mar-refriġerazzjoni u l-ħażna; |
|
(h) |
kabinetti li ma jużawx ċiklu ta' refriġerazzjoni bil-kompressjoni tal-fwar; |
|
(i) |
kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali magħmulin ta' darba skont speċifikazzjonijiet ta' konsumatur individwali u li mhumiex ekwivalenti għal kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali oħra kid imfissra fid-definizzjoni 9 tal-Anness I; |
|
(j) |
friġġijiet-friżers; |
|
(k) |
kabinetti tal-arja statika; |
|
(l) |
kabinetti inkorporati; |
|
(m) |
kabinetti bil-karru u kabinetti jinfdu miż-żewġ naħat; |
|
(n) |
friżers bil-bieba minn fuq. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali” tfisser apparat ta' refriġerazzjoni iżolat li jintegra kompartiment wieħed jew aktar aċċessibbli permezz ta' bieba jew kexxun wieħed jew aktar, li kapaċi jżomm b'mod kontinwu t-temperatura tal-prodotti alimentari sal-limiti preskritti f'temperatura operatorja refriġeratorja jew tal-friża, billi juża ċiklu ta' kompressjoni tal-fwar, u maħsub għall-ħażna ta' prodotti alimentari f'ambjenti mhux domestiċi iżda mhux għat-turija lil jew għall-aċċess mill-konsumaturi; |
|
(b) |
“prodotti alimentari” tfisser ikel, ingredjenti, xorb, inkluż l-inbid, u prodotti oħra maħsuba primarjament għall-konsum u li jeħtieġu tkessiħ f'temperaturi speċifiċi; |
|
(c) |
“kabinett inkorporat” tfisser apparat ta' refriġerazzjoni fiss insulat maħsub biex jiġi installat f'kabinett, fi spazju vojt f'ħajt jew f'xi post simili, u li jeħtieġ finitura bl-għamara; |
|
(d) |
“kabinett bil-karru” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali li jinkludi kompartiment wieħed uniku li jagħmilha possibbli li jiddaħħlu xtillieri bir-roti tal-prodott; |
|
(e) |
“kabinett jinfed miż-żewġ naħat” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali aċċessibbli miż-żewġ naħat; |
|
(f) |
“kabinett tal-arja statika” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali mingħajr ċirkolazzjoni interna furzata tal-arja, imfassal speċifikament biex jaħżen prodotti alimentari sensittivi għat-temperatura jew biex jevita l-effett tat-tnixxif fuq prodotti alimentari maħżuna mingħajr għeluq issiġillat, fejn kompartiment wieħed tal-arja statika fi ħdan il-kabinett mhuwiex suffiċjenti biex il-kabinett jiġi kklassifikat bħala kabinett tal-arja statika; |
|
(g) |
“kabinett miftuħ” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali li l-għeluq imkessaħ tiegħu jista' jintlaħaq minn barra mingħajr ma tinfetaħ bieba jew kexxun, fejn is-sempliċi preżenza ta' kompartiment wieħed li jista' jintlaħaq minn barra bla ma tinfetaħ bieba jew kexxun, b'volum nett ekwivalenti għal anqas minn 20 % tal-volum totali tal-kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali, mhix biżżejjed biex tikkwalifikah bħala tali; |
|
(h) |
“saladette” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali b'bieba waħda jew aktar jew partijiet ta' quddiem tal-kxaxen fil-pjan vertikali li għandu qtugħ fil-wiċċ ta' fuq li fih jistgħu jiddaħħlu kontenituri ta' ħżin temporanji għall-ħażna b'aċċess faċli ta' prodotti alimentari bħal, imma mhux biss, ingredjenti li jitpoġġew fuq il-pizza jew affarijiet tal-insalata; |
|
(i) |
“kabinett kombinat” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali li jinkludi żewġ kompartimenti jew aktar b'temperaturi differenti għat-tkessiħ u l-ħażna ta' prodotti alimentari; |
|
(j) |
“friġġ friżer” tfisser tip ta' kabinett kombinat li jinkludi mill-anqas kompartiment wieħed maħsub esklussivament għal temperatura operatorja friġeratorja u kompartiment maħsub esklussivament għal temperatura operatorja tal-friża; |
|
(k) |
“friżer bil-bieba li tinfetaħ minn fuq” tfisser friżer għall-ikel li fiha l-kompartiment(i) hu(ma) aċċessibbli min-naħa ta' fuq tat-tagħmir jew li għandha kemm kompartimenti tat-tip li jinfetħu kemm minn fuq kif ukoll tat-tip bil-wieqfa, meta, iżda l-volum gross tal-kompartiment(i) tat-tip li jinfetaħ minn fuq jaqbeż il-75 % tal-volum gross totali tat-tagħmir. |
Artikolu 3
Responsabbiltajiet tal-fornituri u l-iskeda ta' żmien
1. Mill-1 ta' Lulju 2016, il-fornituri li jqiegħdu kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali fis-suq jew ipoġġuhom fis-servizz għandhom jassiguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
għal kull kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali għandha tiġi pprovduta tikketta stampata fil-format u li tinkludi l-informazzjoni stipulata fl-Anness III; |
|
(b) |
għal kull mudell ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali għandha ssir disponibbli għan-negozjanti tikketta elettronika fil-format u li tinkludi l-informazzjoni stipulata fl-Anness III; |
|
(c) |
għandha tkun disponibbli skeda dwar il-prodott, kif stipulat fl-Anness IV; |
|
(d) |
għal kull mudell ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali għandha ssir disponibbli għan-negozjanti skeda elettronika dwar il-prodott, kif stipulat fl-Anness IV; |
|
(e) |
id-dokumentazzjoni teknika, kif stipulata fl-Anness V, għandha tingħata lill-awtoritajiet tal-Istati Membri meta dawn jitolbuha; |
|
(f) |
kwalunkwe reklam relatat ma' mudell speċifiku ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali u li jkun fih informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz għandu jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell; |
|
(g) |
kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku dwar mudell speċifiku ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali u li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu għandu jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell. |
2. It-tikketti fl-Anness III għandhom jakkumpanjaw il-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali li jitqiegħdu fis-suq skont l-iskeda ta' żmien li ġejja:
|
— |
mill-1 ta' Lulju 2016: it-tikketta 1 jew it-tikketta 2; |
|
— |
mill-1 ta' Lulju 2019: it-tikketta 2. |
Artikolu 4
Responsabbiltajiet tan-negozjanti
In-negozjanti ta' kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali għandhom jassiguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
fil-punt tal-bejgħ, kull kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali għandu jkollu t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1) fuq il-faċċata jew fuq il-wiċċ ta' fuq tal-apparat, b'mod li tkun tidher ċar; |
|
(b) |
il-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali offruti għall-bejgħ, kiri jew lokazzjoni, fejn l-utent finali ma jistax ikun mistenni li jara l-prodotti muri, għandhom ikunu mmarkati bl-informazzjoni pprovduta mill-fornituri skont l-Anness VI, ħlief meta l-offerta ssir fuq l-Internet, f'liema każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII; |
|
(c) |
kwalunkwe reklam relatat ma' mudell speċifiku ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali u li jkun fih informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz għandu jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell; |
|
(d) |
kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku dwar mudell speċifiku ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali u li jiddeskrivi l-parametri tekniċi tiegħu għandu jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell. |
Artikolu 5
Kejl u kalkolu
L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta' proċeduri ta' kejl u kalkolu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, ibbażati fuq l-aktar metodi moderni rikonoxxuti, kif stipulat fl-Anness IX.
Artikolu 6
Proċedura tal-verifika għal finijiet ta' sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stipulata fl-Anness X meta jivvalutaw il-konformità tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika, il-konsum annwali tal-enerġija u l-volumi dikjarati.
Artikolu 7
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress tekniku mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta b'mod partikolari:
|
(a) |
kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-ishma mis-suq tad-diversi tipi ta' apparat; |
|
(b) |
il-verifika tat-tolleranzi stabbiliti fl-Anness X; |
|
(c) |
l-addattezza tal-introduzzjoni ta' metodu għad-determinazzjoni tal-konsum tal-enerġija annwali standard għar-refriġiranti-friżers; |
|
(d) |
l-addattezza tal-introduzzjoni ta' metodu revedut għall-konsum tal-enerġija annwali standard ta' kabinetti ta' mal-bankijiet. |
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.
(2) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta' Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u refriġeranti tal-proċess (ara l-paġna 19 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi II sa X
Għall-finijiet tal-Annessi II sa X, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“volum nett” tfisser il-volum li jesa' l-prodotti alimentari sal-limitu tat-tagħbija; |
|
(2) |
“temperatura operatorja friġeratorja” tfisser li t-temperatura tal-prodotti alimentari maħżuna fil-kabinett tinżamm kontinwament f'temperatura bejn – 1 °C u 5 °C; |
|
(3) |
“temperatura operatorja tal-friża” tfisser li t-temperatura tal-prodotti alimentari maħżuna fil-kabinett tinżamm kontinwament f'temperatura aktar baxxa minn – 15 °C, li tinftiehem bħala l-ogħla temperatura tal-pakkett tat-test l-aktar sħun; |
|
(4) |
“kabinett polivalenti” tfisser li kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali jew kompartiment separat tal-istess kabinett jistgħu jiġu ssettjati f'temperaturi differenti għal prodotti alimentari mkessħa jew iffriżati; |
|
(5) |
“kabinett vertikali” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali b'għoli globali daqs jew ogħla minn 1 050 mm b'bieba jew kexxun ta' quddiem wieħed jew aktar ta' aċċess għall-istess kompartiment; |
|
(6) |
“kabinett bank” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali b'għoli globali aktar baxx minn 1 050 mm b'bieba jew kexxun ta' quddiem wieħed jew aktar ta' aċċess għall-istess kompartiment; |
|
(7) |
“kabinett light-duty”, li jissejjaħ ukoll “kabinett semiprofessjonali”, tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali li kapaċi biss iżomm temperatura operatorja friġeratorja jew tal-friża fil-kompartiment(i) kollu/kollha tiegħu b'mod kontinwu f'kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għall-klassi klimatika 3, kif dettaljata fit-Tabella 3 tal-Anness IX; jekk il-kabinett kapaċi jżomm temperatura f'kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għall-klassi klimatika 4, huwa m'għandux jitqies bħala kabinett light-duty. |
|
(8) |
“kabinett heavy-duty” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali li kapaċi jżomm temperatura operatorja friġeratorja jew tal-friża b'mod kontinwu fil-kompartiment(i) kollu/kollha tiegħu f'kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għall-klassi klimatika 5, kif dettaljata fit-Tabella 3 fl-Anness IX; |
|
(9) |
“apparat ekwivalenti għal-kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali” tfisser mudell ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali mqiegħed fis-suq bl-istess volum nett, l-istess karatteristiċi tekniċi, ta' effiċjenza u prestazzjoni, u l-istess tipi u volumi ta' kompartiment bħal mudell ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali ieħor imqiegħed fis-suq taħt numru ta' kodiċi kummerċjali differenti mill-istess manifattur. |
ANNESS II
Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali għandha tiġi determinata fuq il-bażi tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI), kif stabbilit fit-Tabella 1.
Tabella 1
Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali
|
Klassi tal-effiċjenza enerġetika |
EEI |
|
A+++ |
EEI < 5 |
|
A++ |
5 ≤ EEI < 10 |
|
A+ |
10 ≤ EEI < 15 |
|
A |
15 ≤ EEI < 25 |
|
B |
25 ≤ EEI < 35 |
|
C |
35 ≤ EEI < 50 |
|
D |
50 ≤ EEI < 75 |
|
E |
75 ≤ EEI < 85 |
|
F |
85 ≤ EEI < 95 |
|
G |
95 ≤ EEI < 115 |
L-EEI għandu jiġi kkalkulat kif spjegat fl-Anness VIII.
ANNESS III
Tikketti
1. Tikketta 1 — Kabinetti tal-ħżin refriġeraotrji professjonali fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:
|
I. |
l-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali; |
|
II. |
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur; |
|
III. |
il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II; ir-ras tal-vleġġa li tinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titpoġġa fl-istess għoli bħal dak għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti; |
|
IV. |
il-konsum annwali tal-elettriku f'kWh f'termini tal-konsum finali ta' enerġija kull sena, ikkalkulat skont l-Anness IX u aġġustat sal-eqreb numru sħiħ; |
|
V. |
it-total tal-volumi netti, espress f'litri, tal-kompartimenti tat-tkessiħ kollha li jaħdmu f'temperatura operattiva mkessħa; fejn l-ebda kompartimenti li jaħdmu f'temperatura operattiva mkessħa m'huma preżenti, il-fornitur għandu jiddikjara “-L” minflok valur; |
|
VI. |
it-total tal-volumi netti, espress f'litri, tal-kompartimenti kollha li jaħdmu f'temperatura operattiva ffriżata; fejn l-ebda kompartimenti li jaħdmu f'temperatura operattiva ffriżata m'huma preżenti, il-fornitur għandu jiddikjara “-L” minflok valur; |
|
VII. |
il-klassi tal-klima (3, 4 jew 5), flimkien mat-temperatura tal-bozza niexfa assoċjata (f'°C) u l-umdità relattiva (f' %), kif imsemi fit-Tabella 3, Anness IX. |
Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 3. Permezz ta' deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE” (1), tista' tiżdied ukoll kopja tal-ekotikketta.
2. Tikketta 2 — Kabinetti tal-ħsin refriġeranti professjonali fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa G
L-informazzjoni elenkata fil-punt 1 għandha tiġi inkluża f'din it-tikketta.
Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 3. Permezz ta' deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE”, tista' tiżdied kopja tal-ekotikketta.
3. Id-disinn tat-tikketta għall-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali għandu jkun kif ġej:
Fejn:
|
(a) |
It-tikketta għandha tkun mill-anqas 110 mm wiesgħa u 220 mm għolja. Fejn it-tikketta tkun stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda jibqa' proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta' hawn fuq; |
|
(b) |
L-isfond tat-tikketta għandu jkun abjad. |
|
(c) |
Il-kuluri għandhom ikunu CMYK — cyan, maġenta, isfar u iswed; pereżempju, 00-70-X-00 jindika 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed. |
|
(d) |
It-tikketta għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin (in-numri jirreferu għad-dijagramma li tidher hawn fuq):
|
(1) Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).
ANNESS IV
Skeda tal-prodott
|
1. |
L-informazzjoni fl-iskeda dwar il-prodott tal-kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali għandha tingħata fl-ordni li ġej u għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f'letteratura oħra mogħtija mal-prodott:
|
|
2. |
Skeda waħda tista' tkopri firxa ta' mudelli ta' kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali forniti mill-istess fornitur. |
|
3. |
L-informazzjoni fl-iskeda tista' tingħata fil-forma ta' kopja tat-tikketta, bil-kulur jew l-iswed u l-abjad, f'liema każ għandha tiġi pprovduta wkoll l-informazzjoni elenkata fil-punt 1 u li ma tidhirx fuq it-tikketta. |
ANNESS V
Dokumentazzjoni teknika
|
1. |
Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1)(c) għandha tinkludi:
|
|
2. |
Fejn l-informazzjoni li tkun inkluża fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għal mudell ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali tkun inkisbet permezz ta' kalkolu bbażat fuq mudell ekwivalenti ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi dettalji ta' dawn il-kalkoli u tat-testijiet imwettqa mill-fornituri biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkoli li jsiru. L-informazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli ta' kabinetti tal-ħżin refriġeranti l-oħra kollha fejn l-informazzjoni tkun inkisbet fuq l-istess bażi. |
|
3. |
L-informazzjoni kontenuta f'din id-dokumentazzjoni teknika tista' tiġi amalgamata mad-dokumentazzjoni teknika pprovduta skont il-miżuri taħt id-Direttiva 2009/125/KE. |
ANNESS VI
Informazzjoni li għandha tingħata f'każijiet fejn l-utenti finali ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott muri, ħlief fuq l-Internet
|
1. |
Informazzjoni li għandha tingħata f'każijiet fejn l-utenti finali ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott muri, ħlief fuq l-Internet:
|
|
2. |
Meta tingħata informazzjoni oħra li tinsab fl-iskeda tal-prodott, din għandha tkun fil-forma u l-ordni speċifikati fl-Anness IV. |
|
3. |
Id-daqs u t-tipa li bihom tkun stampata jew murija l-informazzjoni msemmija f'dan l-Anness għandhom ikunu tali li tkun tista' tinqara. |
ANNESS VII
Informazzjoni li għandha tingħata fil-każ ta' bejgħ, kiri jew lokazzjoni minn fuq l-Internet
|
1. |
Għall-finijiet tal-punti minn 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
2. |
It-tikketta xierqa magħmula disponibbli mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1)(b) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott skont l-iskedi ta' żmien indikati fl-Artikolu 3(2). Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li din tkun tidher u tinqara b'mod ċar u għandu jkun proporzjonat mad-daqs speċifikat fil-punt 3 tal-Anness III. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża displej nisġa, f'liema każ l-istampa użata għall-aċċess tagħha trid tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet li hemm fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża displej nisġa, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel għafsa tal-mouse, mogħdija bil-mouse jew espansjoni tal-iskrin tattili fuq l-istampa. |
|
3. |
L-istampa użata biex tiġi aċċessata t-tikketta fil-każ ta' displej nisġa għandha:
|
|
4. |
Fil-każ ta' displej nisġa, is-sekwenza tad-displej tat-tikketta għandha tkun kif ġej:
|
|
5. |
L-iskeda xierqa tal-prodott magħmula disponibbli mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1)(d) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs għandu jkun tali li l-iskeda tal-prodott tkun tista' tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-prodott tista' tintwera billi jintuża displej nisġa, f'liema każ il-link li tintuża biex tiġi aċċessata għandha tindika b'mod ċar u li jinqara “Skeda tal-prodott”. Jekk jintuża displej nisġa, l-iskeda għandha tidher mal-ewwel għafsa tal-mouse, mogħdija bil-mouse jew espansjoni tal-iskrin tattili fuq il-link. |
ANNESS VIII
Metodu għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali
Għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ta' mudell ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali, il-konsum tal-enerġija annwali tal-kabinett għandu jiġi mqabbel mal-konsum tal-enerġija annwali standard tiegħu.
L-EEI għandu jiġi kkalkulat bħala:
EEI = (AEC/SAEC) × 100
Fejn:
AEC = E24h × af × 365
|
AEC |
= |
il-konsum tal-enerġija annwali tal-kabinett f'kWh/sena |
|
E24h |
= |
il-konsum ta' enerġija tal-kabinett f'24 siegħa |
|
af |
= |
fattur ta' aġġustament li għandu jiġi applikat biss għall-kabinetti light-duty, skont l-Anness IX, punt 2 |
SAEC = M × Vn + N
|
SAEC |
= |
il-konsum tal-enerġija annwali tal-kabinett f'kWh/sena |
|
Vn |
= |
il-volum nett tal-apparat, li huwa t-total tal-volumi netti tal-kompartimenti kollha tal-kabinett, espress f'litri. |
M u N huma mogħtija fit-Tabella 2.
Tabella 2
Valuri tal-koeffiċjenti M u N
|
Kategorija |
Valur għal M |
Valur għal N |
|
Vertikali Friġeratorja |
1,643 |
609 |
|
Vertikali tal-Friża |
4,928 |
1 472 |
|
Bank Friġeratorja |
2,555 |
1 790 |
|
Bank tal-Friża |
5,840 |
2 380 |
ANNESS IX
Kejl u kalkolu
|
1. |
Għall-finijiet ta' konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati, li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra li jqisu l-aktar metodi moderni rikonoxxuti b'mod ġenerali. Huma għandhom jissodisfaw id-definizzjonijiet tekniċi, il-kundizzjonijiet, l-ekwazzjonijiet u l-parametri stabbiliti f'dan l-Anness. |
|
2. |
Biex jiġu stabbiliti l-valuri tal-konsum tal-enerġija annwali u l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali, il-kejl għandu jsir fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
3. |
Il-kundizzjonijiet ambjentali tal-klassijiet klimatiċi 3, 4 u 5 huma murija fit-Tabella 3.
Tabella 3 Kundizzjonijiet ambjentali tal-klassijiet klimatiċi 3, 4 u 5
|
ANNESS X
Proċedura tal-verifika għall-finijiet ta' sorveljanza tas-suq
Għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja:
|
1. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda għal kull mudell. |
|
2. |
Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
3. |
Meta ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu b'mod aleatorju tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell għall-ittestjar. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet addizzjonali magħżula jistgħu jkunu ta' mudell jew aktar differenti li ġew elenkati bħala prodott ekwivalenti fid-dokumentazzjoni teknika. |
|
4. |
Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
5. |
Meta ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4, il-mudell u l-mudelli ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżultati tat-test u informazzjoni rilevanti oħra lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar mit-teħid tad-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta' konformità tal-mudell. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi ta' kejl u kalkolu stabbiliti fl-Annessi VIII u IX.
It-tolleranzi tal-verifika stipulati f'dan l-Anness għandhom jiġu applikati biss għall-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, u jkunu jirrappreżentaw il-varjazzjonijiet permessi tar-riżultati tal-kejl tat-testijiet tal-verifika, u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur fl-istabbiliment tal-valuri fid-dokumentazzjoni teknika jew fl-interpretazzjoni ta' dawn il-valuri bil-ħsieb li tinkiseb klassifika aħjar tat-tikkettar jew biex bi kwalunkwe mod tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar.