7.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1088

tat-3 ta' Lulju 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward ta' tnaqqis għall-proċeduri tal-manutenzjoni għall-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 (2) jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u l-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir ajrunwatiċi u dwar l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u l-persunal involuti f'dawn il-kompiti.

(2)

Hemm bżonn li titnaqqass il-kumplessità ta' dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni biex jiġu adattati fir-rigward tar-riskji assoċjati mal-kategoriji differenti tal-inġenji tal-ajru u t-tip ta' tħaddim u, b'mod partikolari, biex jitnaqqsu r-riskji marbuta mal-inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali, sabiex jitwettaq tnaqqis fil-proċeduri tal-manutenzjoni biex iwasslu għal flessibilità akbar u tnaqqis tal-ispejjeż għas-sidien tal-inġenji tal-ajru affettwati.

(3)

Barra minn hekk, peress li xi ċertifikati, kif stipulat fl-Appendiċi tal-Annessi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 (3), jirreferu għal dak ir-Regolament, li ġie riformulat bir-Regolament (UE) Nru 1321/2014, hemm bżonn li jiġu aġġornati dawk ir-referenzi.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt (ka) li ġej wara l-punt (k):

“(ka)

‘inġenji tal-ajru tat-tip ELA2’ tfisser l-inġenji tal-ajru ‘European Light Aircraft’ bl-ekwipaġġi:

(i)

ajruplan b'Massa Massima ta' Tluq (take-off) (MTOM) ta' 2 000 kg jew inqas li mhuwiex ikklassifikat bħala inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni;

(ii)

glajder jew glajder bil-mutur b'MTOM ta' 2 000 kg jew inqas;

(iii)

ballun tal-arja;

(iv)

ġifen tal-ajru li jaħdem b'arja sħuna;

(v)

ġifen tal-ajru li jaħdem bil-gass li jikkonforma mal-karatteristiċi kollha li ġejjin:

toqol statiku massimu ta' 3 %,

forza propulsiva mhix diriġuta (għajr fid-direzzjoni opposta),

disinn konvenzjonali u sempliċi tal-istruttura, tas-sistema ta' kontroll u tas-sistema ‘ballonet’, u

kontrolli li ma jaħdmux bil-qawwa;

(vi)

Inġenju tal-ajru li jaħdem bir-rotors (Very Light Rotorcraft).”

(2)

Fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Il-programmi ta' manutenzjoni approvati f'konformità mar-rekwiżiti applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2015 għandhom jitqiesu approvati f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.”

(3)

L-Artikolu 8 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu (2)(b), id-data tat-“28 ta' Settembru 2015” tinbidel bid-data tat-“28 ta' Settembru 2016”;

(b)

Fil-paragrafu (4), “Ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003” jinbidel bir-“Regolament (UE) Nru 1149/2011”

(c)

Jiżdied il-paragrafu (6) li ġej:

“6.   Bis-saħħa tad-deroga mill-paragrafu 1:

(a)

L-awtoritajiet kompetenti jew, fejn applikabbli, organizzazzjonijiet jistgħu jkomplu joħorġu ċ-ċertifikati, il-ħarġa preċedenti, kif stipulat fl-Appendiċi III tal-Anness I (il-Parti-M) jew l-Appendiċi II u l-Appendiċi III tal-Anness IV (il-Parti-147) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, fis-seħħ qabel is-27 ta' Lulju 2015, sal-31 ta' Diċembru 2015.

(b)

Iċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2016 jibqgħu validi sa meta jinbidlu, jiġu sospiżi jew revokati.”

(4)

L-Anness I (il-Parti-M) hu emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(5)

L-Anness II (il-Parti-145) hu emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(6)

L-Anness IV (il-Parti-147) hu emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament..

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta' Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-werrej hu emendat kif ġej:

(i)

il-punt M.A.607 jinbidel b'dan li ġej:

“M.A.607

L-istaff li jiċċertifika u l-istaff għar-reviżjoni tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà”

(ii)

il-punt M.A. 614 jinbidel b'dan li ġej:

“M.A.614

Rekords tar-reviżjoni tal-manutenzjoni u l-ajrunavigabbiltà”

(2)

Il-punt M.A.201 hu emendat kif ġej:

(i)

Fil-punt (a), il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru titwettaq f'konformità mal-programm ta' manutenzjoni approvat kif speċifikat fil-punt M.A.302.”;

(ii)

Il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

Biex jiġu ssodisfati r-responsabbiltajet tal-punt (a),

(i)

sid l-inġenju tal-ajru jista' jagħti b'kuntratt il-kompiti marbutin mal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà lil organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà approvata skont it-Taqsima A, is-Subparti G ta' dan l-Anness (il-Parti M). F'dan il-każ, l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà tassumi r-responsabbiltà għat-twettiq xieraq ta' dawn il-kompiti. Il-kuntratt deskritt fl-Appendiċi I għandu jintuża f'dan il-każ;

(ii)

sid li jiddeċiedi li jimmaniġġja l-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess, mingħajr kuntratt skont l-Appendiċi I, jista' madankollu jagħmel kuntratt limitat għall-iżvilupp tal-programm ta' manutenzjoni u jipproċessal-approvazzjoni tiegħu skont il-punt M.A. 302 ma':

organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà approvata skont it-Taqsima A, is-Subparti G ta' dan l-Anness (il-Parti M), jew

fil-każ tal-inġenji tal-ajru ELA 2 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-Parti 145 jew tas-Subparti F tal-M.A.,

F'dak il-każ, il-kuntratt limitat jittrasferixxi r-responsabbilità għall-iżvilupp u, ħlief fil-każ meta dikjarazzjoni tinħareġ mis-sid skont l-M.A.302 (h), billi jipproċessal-approvazzjoni tal-programm tal-manutenzjoni lill-organizzazzjoni kuntrattjata.”

(3)

Fil-punt M.A.301, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

it-twettiq tal-manutenzjoni kollha, f'konformità mal-programm ta' manutenzjoni appovata tal-inġenju tal-ajru skont l-M.A.302;”

(4)

Il-punt M.A.302 hu emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (c), l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Meta l-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru hija mmnaiġġjata minn organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà approvata skont it-Taqsima A, is-Subparti G ta' dan l-Anness (il-Parti M), jew meta hemm kuntratt limitat bejn is-sid u din l-organizzazzjoni skont il-punt M.A.201(e)(ii), il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru u l-emendi tiegħu jistgħu jkunu approvati permezz ta' proċedura ta' approvazzjoni indiretta.”

(ii)

jiżdiedu l-punti (h) u (i) li ġejjin:

“(h)

Fil-każ ta' inġenji tal-ajru ELA1 li mhumiex involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, il-konformità mal-punti (b), (c), (d), (e), u (g) tista' tinbidel bil-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

1.

Il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jidentifika b'mod ċar is-sid u l-inġenju tal-ajru speċifiku li għalih qed jirreferi, inkluż kull magna u skrun installat.

2.

Il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jew:

jikkonforma mal-‘Programm Minimu ta' Spezzjoni’, li jinsab fil-punt (i), li jikkorrispondi għal dak l-ajruplan partikulari, jew

jikkonforma mal-punti (d) u (e).

Il-programm ta' manutenzjoni ma għandux ikun inqas restrittiv mill-‘Programm Minimu ta' Spezzjoni’.

3.

Il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jinkludi r-rekwiżiti obbligatorji kollha tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà, bħal Direttivi dwar l-Ajrunavigabbiltà, it-Taqsima tal-Limitazzjoni tal-Ajrunavigabbiltà (ALS) tal-Istruzzjonijiet għall-Ajrunavigabbiltà Kontinwata (ICA) jew rekwiżiti speċifiċi tal-manutenzjoni li jinsabu fl-Iskeda Informattiva taċ-Ċertifikat tat-Tip (TCDS).

Barra minn hekk, il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jidentifika kull kompitu addizzjonali ta' manutenzjoni li għandu jitwettaq minħabba t-tip speċifiku tal-inġenju tal-ajru, minħabba l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u minħabba t-tip u l-ispeċifiċità tal-operazzjoni. L-elementi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala minimi:

Tagħmir speċifiku installat u modifiki tal-inġenju tal-ajru.

Tiswijiet inkorporati fl-inġenju tal-ajru.

Komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat (Life Limited) u komponenti kritiċi għas-sikurezza tat-titjira.

Rakkomandazzjonijiet ta' manutenzjoni, bħalma huma l-intervalli taż-Żmien bejn kull Tiġdid Maġġuri (TBO), rakkomandati permezz ta' bulettini dwar is-servizz, ittri dwar is-servizz, u informazzjoni oħra mhux obbligatorja dwar is-servizz.

Direttivi/rekwiżiti operazzjonali applikabbli relatati mal-ispezzjoni perjodika ta' ċertu tagħmir.

Approvazzjonijiet operazzjonali speċjali.

L-użu tal-inġenju tal-ajru u l-ambjent operazzjonali.

Manutenzjoni tal-pilota-sid (jekk applikabbli).

4.

Jekk il-programm ta' manutenzjoni ma jiġix approvat mill-awtorità kompetenti (direttament jew mill-organizzazzjoni tas-Subparti G tal-M.A. permezz ta' proċedura ta' approvazzjoni indiretta), il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jkun fih dikjarazzjoni ffirmata fejn is-sid jiddikjara li dan huwa l-programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru skont ir-reġistrazzjoni partikolari tal-inġenji tal-ajru u s-sid jiddikjara li hu kompletament responsabbli għall-kontenut tiegħu u, b'mod partikolari, għal kull devjazzjoni introdotta fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tad-Detentur tal-Approvazzjoni tad-Disinn.

5.

Għandha ssir reviżjoni tal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru mill-inqas darba kull sena. Din ir-reviżjoni tal-programm ta' manutenzjoni għandha titwettaq jew:

mill-persuna li twettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A. 710(ga), jew

mill-organizzazzjoni tas-Subparti G tal-M.A. li timmaniġġja l-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru f'dawk il-każijiet fejn ir-reviżjoni tal-programm ta' manutenzjoni ma titwettaqx flimkien mar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà.

Jekk ir-reviżjoni turi diskrepanzi fuq l-inġenju tal-ajru marbuta ma' nuqqasijiet fil-kontenut tal-programm ta' manutenzjoni, il-persuna li twettaq ir-reviżjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-Reġistrazzjoni u s-sid għandu jemenda l-programm tal-manutenzjoni kif miftiehem ma' dik l-awtorità kompetenti.

(i)

Fil-każ tal-inġenji tal-ajru ELA1 għajr l-iġfna tal-ajru, li mhumiex involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, il-‘Programm Minimu ta' Spezzjoni’ msemmi fil-punt (h) hawn fuq, għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.

Dan għandu jkun fih l-intervalli ta' spezzjoni li ġejjin:

Għall-ajruplani ELA1 u għal Touring Motor Gliders (TMG) tat-tip ELA 1, kull intervall annwali jew kull intervall ta' 100 siegħa, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. Tista' tiġi applikata tolleranza ta' xahar wieħed jew ta' 10 sigħat għal dak l-intervall sakemm l-intervall li jmiss huwa kkalkolat mid-data jew is-sigħat oriġinarjament skedati.

għall-glajders ELA 1, il-glajders bil-mutur tat-tip ELA1 għajr TMG u blalen tat-tip ELA 1, kull intervall annwali. Tista' tiġi applikata tolleranza ta' xahar wieħed għal dak l-intervall sakemm l-intervall li jmiss huwa kkalkolat mid-data oriġinarjament skedata.

2.

Għandu jkun fih dan li ġej:

Kompiti ta' manutenzjoni kif meħtieġ mir-rekwiżiti tad-Detentur tal-Approvazzjoni tad-Disinn.

Spezzjoni tal-marki.

Reviżjoni tar-rekords tal-użin u tal-użin skont ir- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (*), il-punt NCC.POL.105.

Test operazzjonali tat-transponder (jekk jeżisti).

Test operazzjonali tas-sistema statika Pitot

Fil-każ tal-ajruplani ELA1:

Kontrolli operazzjonali għall-qawwa u l-rpm, il-manjeti, il-fjuwil u l-pressjoni taż-żejt, it-temperaturi tal-magna.

Għal magni mgħammra b'kontroll awtomatiku tal-magna, il-proċedura ppubblikata għat-tnedija.

Għall-magni dry-sump, il-magni bit-turbokompressur u l-magni mkessħa bil-likwidu, il-kontroll operazzjonali għal sinjali ta' ċirkolazzjoni mfixkla tal-fluwidi.

Spezzjoni tal-kondizzjoni u t-twaħħil tal-oġġetti strutturali, tas-sistemi u l-komponenti li jikkorrispondu għall-oqsma li ġejjin:

Għall-ajruplani ELA1:

Il-qafas tal-inġenju tal-ajru

Il-kabina tal-ekwipaġġ u l-kabina tal-bdoti

It-tagħmir tal-inżul

It-taqsima tal-ġewnaħ u ċ-ċentru

Il-kontrolli tat-titjir

Is-sistema tal-assemblaġġ tad-denb

L-avjonika u l-elettriku

L-impjant tal-enerġija

Il-klaċċijiet u l-gerboksis

L-iskrun

Is-sistemi varji bħas-sistema tas-salvataġġ ballistika

Għall-glajders ELA1 u għall-glajders bil-mutur tat-tip ELA 1

Il-qafas tal-inġenju tal-ajru

Il-kabina tal-ekwipaġġ u l-kabina tal-bdoti

It-tagħmir tal-inżul

It-taqsima tal-ġewnaħ u ċ-ċentru

Is-sistema tal-assemblaġġ tad-denb

L-avjonika u l-elettriku

L-impjant tal-enerġija (meta applikabbli)

Sistemi varji bħal ballast li tista' titneħħa, il-brejk bil-paraxut u l-kontrolli, u s-sistema tal-ballast tal-ilma

Għall-blalen tal-arja sħuna ELA1:

Envelopp

Il-berner

Il-kannestru

Il-kontenituri tal-fjuwil

It-tagħmir u l-istrumenti

Għall-blalen tal-gass ELA1:

Envelopp

Il-kannestru

It-tagħmir u l-istrumenti

Sakemm dan ir-Regolament ma jispeċifikax ‘Programm Minimu ta' Spezzjoni’ għall-iġfna tal-ajru, il-programm ta' manutenzjoni tagħhom għandu jikkonforma mal-punti (d) u (e).

(*)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal- 5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).”"

(5)

Fil-punt M.A.604, il-punt (a), il-punti 5 u 6 jinbidlu b'dawn li ġejjin:

“5.

lista tal-istaff li jiċċertifika u, jekk applikabbli, l-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-istaff responsabbli għall-iżvilupp u l-ipproċessar tal-programm ta' manutenzjoni, bl-ambitu tal-approvazzjoni tagħhom, u;

6.

lista tal-postijiet fejn issir il-manutenzjoni, flimkien ma' deskrizzjoni ġenerali tal-faċilitajiet, u;”

(6)

Il-punt M.A.606 hu emendat kif ġej:

(i)

il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

Għandha tintwera u tiġi rreġistrata l-kwalifika tal-persunal kollu involut fil-manutenzjoni, fir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u fl-iżvilupp tal-programmi ta' manutenzjoni.”

(ii)

jiżdiedu l-punti (i) u (j) li ġejjin:

“(i)

Jekk l-organizzazzjoni twettaq reviżjonijet tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà korrispondenti għal inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali skont il-M.A.901(l), għandu jkollha staff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà kwalifikat u awtorizzat skont il-M.A.901(l)(1).

(j)

Jekk l-organizzazzjoni hija involuta fl-iżvilupp u l-ipproċessar tal-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni għall-inġenji tal-ajru ELA2 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali skont il-M.A.201(e)(ii), għandu jkollha staff kwalifikat li jkun kapaċi juri għarfien u esperjenza rilevanti.”

(7)

Il-punt M.A.607 hu emendat kif ġej:

(i)

it-titlu jinbidel b'dan li ġej:

“M.A.607   L-istaff li jiċċertifika u l-istaff għar-reviżjoni tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà”

(ii)

fil-punt (b), l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tinbidel b'dan li ġej:

“Kull każ bħal dan għandu jkun irrappurtat lill-awtorità kompetenti fi żmien sebat ijiem minn meta ħarġet din l-awtorizzazzzjoni ta' ċertifikazzjoni.”

(iii)

il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

L-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata għandha tirreġistra d-dettalji kollha rigward l-istaff li jiċċertifika u l-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u għandha żżomm lista attwali tal-istaff kollu li jiċċertifika u l-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, flimkien mal-ambitu tal-approvazzjoni tagħhom bħala parti mill-manwal tal-organizzazzjoni skont il-punt M.A.604(a)5.”

(8)

Il-punt M.A.614 hu emendat kif ġej:

(i)

it-titlu jinbidel b'dan li ġej:

“M.A.614   Rekords tar-reviżjoni tal-manutenzjoni u l-ajrunavigabbiltà”

(ii)

il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

L-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata għandha tirreġistra d-dettalji kollha tax-xogħol mwettaq. Ir-rekords meħtieġa li juru li r-rekwiżiti ġew issodisfati għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' rilaxx għas-servizz inklużi d-dokumenti ta' rilaxx tas-sottokuntrattur u għall-ħruġ ta' kull ċertifikat u rakkomandazzjoni ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandhom jinżammu.”

(iii)

il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

L-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata għandha żżomm kopja tar-rekords kollha tal-manutenzjoni u kwalunkwe dejta tal-manutenzjoni assoċjata għal tliet snin mid-data marbuta ma' meta l-inġenju tal-ajru jew il-komponent tal-inġenju tal-ajru ġie rilaxxat mill-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata. Barra minn hekk, għandha tinżamm kopja tar-rekords kollha marbuta mal-ħruġ ta' rakkomandazzjonijiet u ta' ċertifikati ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għal tliet snin mid-data tal-ħruġ u għandha tipprovdi kopja minnhom lil sid l-inġenju tal-ajru.

1.

Ir-rekords skont dan il-punt għandhom jinħażnu b'tali mod li jiżgura li jitħarsu mill-ħsara, mit-tibdil jew mis-serq.

2.

Il-ħardwer kollu tal-kompjuter użat sabiex isiru kopji ‘backup’ għandu jinżamm f'postijiet differenti minn dawk li fihom id-dejta dwar ix-xogħol, b'tali mod li tkun żgurata l-kondizzjoni tajba tagħhom.

3.

Meta organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata ttemm l-operat tagħha, ir-rekords kollha miżmuma tal-manutenzjoni li jkopru l-aħħar tliet snin għandhom jingħataw lill-aħħar sid jew klijent tal-inġenju tal-ajru jew komponent rispettiv jew għandhom jinħażnu kif speċifikat mill-awtorità kompetenti.”

(9)

Fil-punt M.A.615, jiżdiedu l-punti (e) u (f) li ġejjin:

“(e)

jekk speċifikament approvata biex tagħmel dan għall-inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali,

1.

twettaq reviżjonijet tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà korrispondenti, skont il-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt M.A.901(l), u

2.

twettaq reviżjonijet tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ rakkomandazzjonijiet korrispondenti, bil-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt M.A.901(l) u l-M.A.904(a)2 u (b).

(f)

tiżviluppa l-programm ta' manutenzjoni u tipproċessal-approvazzjoni tiegħu skont il-punt M.A.302 għall-inġenji tal-ajru tat-tip ELA 2 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, bil-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt M.A.201(e)(ii), u limitata għall-kategoriji tal-inġenji tal-ajru mniżżla fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

L-organizzazzjoni għandha twettaq manutenzjoni biss fuq inġenju tal-ajru jew il-komponent li għalih tkun approvata meta l-faċilitajiet, it-tagħmir, l-għodda, il-materjal, id-dejta tal-manutenzjoni u l-istaff li jiċċertifika kollha jkunu disponibbli.”

(10)

Fil-punt M.A.617, il-punt 6 jinbidel b'dan li ġej:

“6.

il-faċiltajiet, it-tagħmir, l-għodda, il-materjal, il-proċeduri, l-ambitu tax-xogħol u l-istaff li jiċċertifika u l-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li jistgħu jaffettwaw l-approvazzjoni.”

(11)

Fil-punt M.A.707, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

L-istaff tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħtur mill-organizzazzjoni approvata tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà jista' jinħariġlu biss awtorizzazzjoni mill-organizzazzjoni approvata tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà meta tiġi aċċettata formalment mill-awtorità kompetenti wara t-tlestija sodisfaċenti ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni tal-istaff tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-organizzazzjoni skont proċedura approvata mill-awtorità kompetenti.”

(12)

Il-punt M.A.710 hu emendat kif ġej:

(i)

il-punt (ga) li ġej jiddaħħal wara l-punt (g):

“(ga)

Għall-inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali li għalihom il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru ġie stabbilit skont il-M.A.302(h), il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jiġi eżaminat flimkien mar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà. Din ir-reviżjoni għandha ssir mill-persuna li twettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà.”

(ii)

il-punt (h) jinbidel b'dan li ġej:

“(h)

Jekk l-eżitu tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ma jkunx konklussiv jew jekk ir-reviżjoni skont il-punt M.A.710(ga) turi diskrepanzi fuq l-inġenju tal-ajru marbuta man-nuqqasijiet fil-kontenut tal-programm ta' manutenzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tkun infurmata malli jkun prattikabbli iżda f'kull każ fi żmien 72 siegħa minn meta l-organizzazzjoni tkun identifikat il-kondizzjoni marbuta mar-reviżjoni. Iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ma jistax jinħareġ qabel ma s-sejbiet kollha jkunu ġew konklużi.”

(13)

Il-punt M.A.901 hu emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jinħareġ skont l-Appendiċi III (il-Formoli 15a, 15b jew 15c tal-EASA) meta titlesta reviżjoni sodisfaċenti tal-ajrunavigabbiltà. Iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jibqa' validu għal sena.”

(ii)

jiżdied il-punt (l) li ġej:

“(l)

Għall-inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, l-organizzazzjoni ta' manutenzjoni tal-Parti 145 jew tas-Subparti F tal-M.A. li twettaq l-ispezzjoni annwali li hemm fil-programm ta' manutenzjoni tista', jekk tkun approvata b'mod xieraq, twettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà korrispondenti, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.

L-organizzazzjoni taħtar staff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

L-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu awtorizzazzjoni ta' staff li jiċċertifika għall-inġenju tal-ajru korrispondenti.

(b)

L-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu ta' mill-inqas tliet snin esperjenza bħala staff li jiċċertifika.

(c)

L-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà huwa indipendenti mill-proċess tal-ġestjoni tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru li qed ikun eżaminat jew li jkollu l-awtorità globali fuq il-proċess tal-ġestjoni tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru li qed jiġi eżaminat.

(d)

L-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ikun kiseb għarfien tal-partijiet ta' dan l-Anness (il-Parti M) rilevanti għall-ġestjoni tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà.

(e)

L-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ikun kiseb għarfien ippruvat tal-proċeduri tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni rilevanti għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà.

(f)

L-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jkun ġie aċċettat formalment mill-awtorità kompetenti wara li jkun wettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni tal-istaff tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-organizzazzjoni skont proċedura approvata mill-awtorità kompetenti.

(g)

L-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jkun wettaq mill-inqas reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà waħda f'dawn l-aħħar tnax-il xahar.

2.

Ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà titwettaq fl-istess żmien tal-ispezzjoni annwali li hemm fil-programm ta' manutenzjoni u mill-istess persuna li tirrilaxxa tali spezzjoni annwali, bil-possibbiltà li tintuża d-dispożizzjoni tad-90 jum ta' antiċipazzjoni li hemm fil-M.A.710(d).

3.

Ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tinkludi reviżjoni sħiħa dokumentata skont il-punt M.A.710(a).

4.

Ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tinkludi stħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.710(b) u (c).

5.

Tinħareġ il-Formola 15c tal-EASA taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, f'isem l-organizzazzjoni ta' manutenzjoni, mill-persuna li tkun wettqet ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà meta tkun sodisfatta li:

(a)

ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tkun twettqet kompletament u b'mod sodisfaċenti; u

(b)

il-programm ta' manutenzjoni ġie eżaminat skont il-punt M.A.710(ga); u

(c)

ma hemm l-ebda nuqqas ta' konformità magħruf li jipperikola s-sikurezza tat-titjira.

6.

Kopja taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi żmien 10 ijiem mid-data tal-ħruġ.

7.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-Reġistrazzjoni tiġi infurmata fi żmien 72 siegħa jekk l-organizzazzjoni tkunx determinat li r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mhix konklussiva jew jekk ir-reviżjoni skont il-punt M.A.901(l)5(b) turi diskrepanzi fuq l-inġenju tal-ajru marbuta man-nuqqasijiet fil-kontenut tal-programm ta' manutenzjoni.

8.

Il-manwal jew l-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni tiddeskrivi dawn kollha li ġejjin:

(a)

Il-proċeduri għat-twettiq tar-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u l-ħruġ taċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà korrispondenti.

(b)

L-ismijiet tal-membri tal-istaff li jiċċertifika awtorizzati li jwettqu reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u joħorġu ċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà korrispondenti.

(c)

Il-proċeduri għar-reviżjoni tal-programm ta' manutenzjoni.”

(14)

Fil-punt M.A.904, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Meta tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru huwa konformi mar-rekwiżiti rilevanti, l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà jew l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni, jekk ikun japplika, għandha tibgħat rakkomandazzjoni dokumentata għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà lill-Istat Membru tar-Reġistrazzjoni.”

(15)

Il-punt M.B.301 jinbidel b'dan li ġej:

“M.B.301   Programm ta' manutenzjoni

(a)

Ħlief għal dawk il-każijiet fejn is-sid ikun ħareġ dikjarazzjoni għall-programm tal-manutenzjoni skont il-punt M.A.302(h), l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-programm ta' manutenzjoni huwa f'konformità mal-punt M.A.302.

(b)

Ħlief għal dak li ġie ddikjarat mod ieħor fil-punti M.A.302(c) u M.A.302(h) il-programm ta' manutenzjoni u l-emendi tiegħu għandhom ikunu approvati direttament mill-awtorità kompetenti.

(c)

Fil-każ ta' approvazzjoni indiretta, il-proċedura tal-programm ta' manutenzjoni għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti permezz tal-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità fl-ajrunavigabbiltà.

(d)

Sabiex programm ta' manutenzjoni jkun approvat skont il-punt (b) ta' dan il-punt, l-awtorità kompetenti għandu jkollha l-aċċess għad-dejta kollha meħtieġa fil-punti M.A.302(d), (e), (f) u (h).”

(16)

Fl-Appendiċi II, il-punt 5 jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (x) tal-Blokk 12 Rimarki jinbidel b'dan li ġej:

“(x)

Għall-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont id-Subparti F tal-Anness I (il-Parti-M), iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz tal-komponent imsemmi fil-punt M.A.613:

‘Jiċċertifika li, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-blokk, ix-xogħol identifikat fil-blokk 11 u deskritt f'dan il-blokk twettaq skont ir-rekwiżiti tat-Taqsima A, is-Subparti F tal-Anness I (il-Parti M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 u fir-rigward ta' dak ix-xogħol, l-oġġett jitqies bħala lest biex jinħareġ għall-użu. DIN MHUX RILAXX SKONT L-ANNESS II (IL-PARTI-145) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1321/2014’”

(ii)

il-Blokk 14a jinbidel b'dan li ġej:

“Immarka l-kaxxa/kaxex ix-xierqa billi tindika liema regolamenti japplikaw għax-xogħol imlesti. Jekk il-kaxxa ‘regolamenti oħra speċifikati fil-blokk 12’ tkun immarkata, ir-regolamenti tal-awtorità/ajiet l-oħra tal-ajrunavigabbiltà jridu jiġu identifikati fil-blokk 12. Trid tiġi mmarkata mill-inqas kaxxa waħda, jew jistgħu jiġu mmarkati żewġ kaxxi, kif xieraq.

Għall-manutenzjoni kollha mwettqa minn organizzazzjonijiet ta' manutenzjoni approvati skont it-Tqasima A, is-Subparti F tal-Anness I (il-Parti M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, il-kaxxa ‘regolament ieħor speċifikat fil-blokk 12’ għandha tiġi mmarkata u l-istqarrija taċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz issir fil-blokk 12. F'dak il-każ, l-istqarrija taċ-ċertifikazzjoni ‘sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-blokk’ hija maħsuba biex tindirizza l-każijiet li ġejjin:

(a)

Fejn il-manutenzjoni ma setgħetx titlesta.

(b)

Fejn il-manutenzjoni kienet differenti mill-istandard mitlub mill-Anness I (il-Parti M).

(c)

Fejn il-manutenzjoni twettqet skont rekwiżit differenti minn dak speċifikat fl-Anness I (il-Parti M). F'dan il-każ il-blokk 12 għandu jispeċifika r-regolament nazzjonali partikolari,

Għall-manutenzjoni kollha mwettqa minn organizzazzjonijiet ta' manutenzjoni approvati skont it-Tqasima A tal-Anness II (il-Parti-145) tar-Regolament (UE) Nru/2014, l-istqarrija ta' ċertifikazzjoni ‘sakemm mhux speċifikat fil-blokk 12’ hija maħsuba biex tindirizza l-każijiet li ġejjin:

(a)

Fejn il-manutenzjoni ma setgħetx titlesta.

(b)

Fejn il-manutenzjoni kienet differenti mill-istandard mitlub mill-Anness II (il-Parti-145).

(c)

Fejn il-manutenzjoni twettqet skont rekwiżit differenti minn dak speċifikat fl-Anness II (il-Parti-145). F'dan il-każ il-blokk 12 għandu jispeċifika r-regolament nazzjonali partikolari.”

(17)

L-Appendiċi III hu emendat kif ġej:

(i)

Il-Formola 15b tal-EASA u l-Formola 15a tal-EASA jinbidlu b'dan li ġej:

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(ii)

tiżdied il-formola 15c tal-EASA li ġejja:

Image

Test ta 'immaġni

(18)

Fl-Appendiċi IV, it-tabella fil-partita 13 hi emendata kif ġej:

(i)

il-kaxex li jikkorrispondu għall-“inġenju tal-ajru” jinbidlu b'dan li ġej:

“KLASSI

KATEGORIJA

LIMITAZZJONI

BAŻI

LINJA

INĠENJI TAL-AJRU

Ajruplani A1 ta' aktar minn 5 700  kg

[Kategorija riżervata għall-Organizzazzjonijiet ta' Manutenzjoni approvati skont l-Anness II (il-Parti-145)]

[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-ajruplan jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]

Eżempju: Airbus serje A320

[IVA/LE] (*)

[IVA/LE] (*)

Ajruplani A2 ta' 5 700  kg u inqas

[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-ajruplan jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]

Eżempju: DHC-6 serje Twin Otter

Iddikjara jekk il-ħruġ tar-rakkomandazzjonijiet u ċ-ċertifikati ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà hux awtorizzat jew le (possibbli biss għall-inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali)

[IVA/LE] (*)

[IVA/LE] (*)

Ħelikopters A3

[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-ħelikopter jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]

Eżempju: Robinson R44

[IVA/LE] (*)

[IVA/LE] (*)

Inġenju tal-ajru A4 għajr A1, A2, u A3

[Għandu jiddikjara l-kategorija (glajder, ballun tal-ajru, ġifen tal-ajru), il-manifattur jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompit(i) ta' manutenzjoni.]

Iddikjara jekk il-ħruġ tar-rakkomandazzjonijiet u ċ-ċertifikati ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà hux awtorizzat jew le (possibbli biss għall-inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali)

[IVA/LE] (*)

[IVA/LE] (*)”

(ii)

fil-qiegħ tat-tabella, tiżdied in-nota ta' qiegħ il-paġna li ġejja:

“(*)

Ħassar kif xieraq.”

(19)

L-Appendiċi V jinbidel b'dan li ġej:

Appendiċi V

Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (il-Parti-M), is-subparti F

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(20)

Fl-Appendiċi VIII, il-punt (b) jiġi emendat kif ġej:

(i)

tiżdied il-partita 9 li ġejja:

“9.

huwa parti mill-kontroll annwali jew ta' kull 100 siegħa li hemm fil-Programm Minimu ta' Spezzjoni fil-M.A.302(i).”

(ii)

it-tielet sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Il-kriterji 1 sa 9 ma jistgħux jingħelbu minn struzzjonijiet anqas ristrettivi maħruġa skont ‘il-Programm ta' Manutenzjoni tal-M.A.302(d)’”.



ANNESS II

L-Anness II (il-Parti-145) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-werrej tal-Parti-145 hu emendat kif ġej:

(i)

jiżdied il-punt 145.A.36 li ġej:

“145.A.36

Rekords tal-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà”

(ii)

il-punt 145.A.55 jinbidel b'dan li ġej:

“145.A.55

Rekords tar-reviżjoni tal-manutenzjoni u l-ajrunavigabbiltà”

(2)

Il-punt 145.A.30 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (e), l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u tikkontrolla l-kompetenza tal-persunal involut f'kull manutenzjoni, żvilupp tal-programmi ta' manutenzjoni, reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà, ġestjoni u/jew verifiki tal-kwalità f'konformità ma' proċedura u ma' standard maqbul mill-awtorità kompetenti.”

(ii)

fil-punt (j)5, l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tinbidel b'dan li ġej:

“Kull każ bħal dan kif speċifikat f'dan il-punt għandu jkun irrappurtat lill-awtorità kompetenti fi żmien sebat ijiem minn meta ħarġet din l-awtorizzazzzjoni ta' ċertifikazzjoni.”

(iii)

jiżdiedu l-punti (k) u (l) li ġejjin:

“(k)

Jekk l-organizzazzjoni twettaq reviżjonijet tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà korrispondenti għal inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali skont il-M.A.901(l), għandu jkollha staff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà kwalifikat u awtorizzat skont il-M.A.901(l)(1).

(l)

Jekk l-organizzazzjoni hija involuta fl-iżvilupp u l-ipproċessar tal-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni għall-inġenji tal-ajru ELA2 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali skont il-M.A.201(e)(ii), għandu jkollha staff kwalifikat li jkun kapaċi juri għarfien u esperjenza rilevanti.”

(3)

jiżdied il-punt 145.A.36 li ġej:

“145.A.36   Rekords tal-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

L-organizzazzjoni għandha tirreġistra d-dettalji kollha rigward l-istaff li jiċċertifika u għandha żżomm lista attwali tal-membri kollha tal-istaff li jiċċertifika, flimkien mal-ambitu tal-approvazzjoni tagħhom bħala parti mill-espożizzjoni tal-organizzazzjoni skont il-punt 145.A.70(a)6.

L-organizzazzjoni għandha żżomm ir-rekord għall-aħħar tliet snin tal-istaff imsemmi f'dan il-punt li jkun temm l-impjieg (jew l-impenn bħala kuntrattur jew voluntier) mal-organizzazzjoni jew malli tkun ġiet irtirata l-awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fuq talba, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni għandha tforni lill-membri tal-istaff imsemmi f'dan il-punt b'kopja tar-reġistru personali tagħhom meta jħallu l-organizzazzjoni.

L-istaff imsemmi f'dan il-punt għandu jingħata l-aċċess wara talba għar-rekords personali tagħhom kif spjegat hawn fuq.”

(4)

Il-punt 145.A.55 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-titlu jinbidel b'dan li ġej:

“145.A.55   Rekords tar-reviżjoni tal-manutenzjoni u l-ajrunavigabbiltà”

(ii)

il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

L-organizzazzjoni għandha tirreġistra d-dettalji kollha tax-xogħol tal-manutenzjoni mwettaq. Bħala minimu, l-organizzazzjoni għandha żżomm ir-rekords meħtieġa biex tipprova li r-rekwiżiti kollha għall-ħruġ taċ-ċertifikat għar-rilaxx għas-servizz ġew issodisfati, inkluż id-dokumenti għar-rilaxx tas-sottokuntrattur, u għall-ħruġ ta' kull ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u rakkomandazzjoni.”

(iii)

fil-punt (c), l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“L-organizzazzjoni għandha żżomm kopja tar-rekords dettaljati kollha tal-manutenzjoni u kwalunkwe dejta tal-manutenzjoni għal tliet snin mid-data marbuta ma' meta l-inġenju tal-ajru jew il-komponent tal-inġenju tal-ajru ġie rilaxxat mill-organizzazzjoni. Barra minn hekk, għandha tinżamm kopja tar-rekords kollha marbuta mal-ħruġ tar-rakkomandazzjonijiet u ċ-ċertifikati ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għal tliet snin mid-data tal-ħruġ u għandha tipprovdi kopja tagħhom lil sid l-inġenju tal-ajru.”

(iv)

Fil-punt (c), il-partita 3 tinbidel b'dan li ġej:

“3.

Meta organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont l-Anness (il-Parti-145) ttemm l-operat tagħha, ir-rekords kollha miżmuma tal-manutenzjoni li jkopru l-aħħar tliet snin għandhom jingħataw lill-aħħar sid jew klijent tal-inġenju tal-ajru jew komponent rispettiv jew għandhom jinħażnu kif speċifikat mill-awtorità kompetenti.”

(5)

Il-punt (a) tal-punt 145.A.70 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-partita 6 tinbidel b'dan li ġej:

“6.

lista tal-istaff li jiċċertifika, staff ta' appoġġ u, jekk applikabbli, l-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-istaff responsabbli għall-iżvilupp u l-ipproċessar tal-programm ta' manutenzjoni, bl-ambitu tal-approvazzjoni tagħhom;”

(ii)

il-partita 12 tinbidel b'dan li ġej:

“12.

il-proċeduri u s-sistema ta' kwalità stabbiliti mill-organizzazzjoni skont il-punti 145.A.25 sa 145.A.90 u kull proċedura addizzjonali segwita skont l-Anness (il-Parti M)”

(6)

Fil-punt 145.A.75, jiżdiedu l-punti (f) u (g) li ġejjin:

“(f)

jekk speċifikament approvata biex tagħmel dan għall-inġenji tal-ajru ELA1 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali,

1.

twettaq reviżjonijet tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà korrispondenti, skont il-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt M.A.901 (l), u

2.

twettaq reviżjonijet tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ rakkomandazzjonijiet korrispondenti, bil-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt M.A.901(l) u l-M.A.904(a)2 u (b).

(g)

tiżviluppa l-programm ta' manutenzjoni u tipproċessal-approvazzjoni tiegħu skont il-punt M.A.302 għall-inġenji tal-ajru tat-tip ELA 2 mhux involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, bil-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt M.A.201(e)(ii), u limitata għall-kategoriji tal-inġenji tal-ajru mniżżla fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.”

(7)

Fil-punt 145.A.85, il-partita 6 tinbidel b'dan li ġej:

“6.

il-faċiltajiet, it-tagħmir, l-għodda, il-materjal, il-proċeduri, l-ambitu tax-xogħol u l-istaff li jiċċertifika u l-istaff għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li jistgħu jaffettwaw l-approvazzjoni.”

(8)

L-Appendiċi III jinbidel b'dan li ġej:

Appendiċi III

Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness II (il-Parti-145)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

L-Anness IV (il-Parti-147) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Appendiċi II jinbidel b'dan li ġej:

Appendiċi II

Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tat-Taħriġ fil-Manutenzjoni li hemm referenza għaliha fl-Anness IV (il-Parti-147) — Il-Formola 11 tal-EASA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(2)

Fl-Appendiċi III, il-Formoli 148 u 149 tal-EASA jinbidlu b'dan li ġej:

Appendiċi III

Ċertifikati ta' Rikonoxximent li hemm referenza għalihom fl-Anness IV (il-Parti-147) — Il-Formoli 148 u 149 tal-EASA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni